Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

100 Sena ta’ Jum Internazzjonali tan-Nisa

E-mail Print PDF
Sharelydia_abelaNhar it-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011 gie iccelebrat il-100 sena ta’ Jum Internazzjonali tan-Nisa. Jum il-Mara huwa okkazzjoni biex nieqfu u nirriflettu fuq il-mixja tal-mara u l-avvanz li ghamlet fil-glieda taghha ghall-ugwaljanza. Mad-dinja kollha, l-access tan-nisa ghall-edukazzjoni zdied, il-partecipazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xoghol kibret u numru ta’ drittijiet gew addottati f’bosta pajjizi.

Fuq bazi lokali, il-gurnata ta’ Jum il-Mara hija wkoll okkazzjoni biex nirriflettu fuq ix-xoghol kbir li wettqu n-nisa tul l-istorja ta’ pajjizna. Jekk inharsu lura lejn il-mixja tal-mara f’pajjizna naraw il-kisbiet kbar li saru. Is-sena 1947 ghalina n-nisa hija sena memorabbli meta l-Partit Laburista mexxa ‘l quddiem id-demokrazija partecipattiva u l-mara inghatat id-dritt tal-vot.

Fl-istess sena il-Mara Maltija saret eligibbli li tikkontesta fl-elezzjonijiet generali.
Imma, ghalkemm dan il-Jum huwa jum li jgghielna nharsu lura u niccelberaw dak li akkwistajna, tajjeb li f’dan il-Jum nieqfu u nirriflettu fuq dak kollu li ghad fadal xi jsir biex il-mara tkompli tikber. F’numru ta’ pajjizi madwar id-dinja, in-nisa ghandhom jigu meqjusa bhala citaddini tat-tieni klassi.

Il-partecipazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xoghol u, bl-istess mod fil-qasam politiku, ghadha wahda difficli. Is-socjeta’ taghna  ghadha ma tagevolax bizzejjed lil mara biex tiehu rwol attiv barra mill-familja. Ma hemmx dubju illi l-partecipazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xoghol hija ta’ kontribut kbir fl-izvilupp ekonomiku tal-pajjiz. Imma, sfortunatament ghalkemm nitkellmu hafna fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet tal-mara huma biss fuq il-karta. Huwa nkwetanti l-fatt li l-paga tal-mara, ghall-istess xoghol, ghadha anqas minn dik tar-ragel. Ghadu jezisti gap sostanzjali bejn il-qliegh taz-zewg sessi. Madwar l-Ewropa id-diskrepanza hi ta’ 17.5%, dan ifisser li biex il-mara taqla’ dak li l-counterpart taghha qala’ ghas-sena 2010, hija trid tahdem sa Marzu 2011.

L-istatistika turi illi l-partecipazzjoni tal-mara fil-qasam politiku, meta komparata ma’ dak tar-ragel hija wahda minima. Ir-rizultati matul iz-zminijiet juru illi ladarba eletta, is-success tal-kandidati nisa huma daqs ta’ l-irgiel. Dan juri li din allura ma hiex kwistjoni ta’ kapacita’ imma wahda ta’ opportunita’. Minkejja l-progress li ghamlet il-mara tul iz-zminijiet, xorta wahda jibqa’ l-fatt illi jezisti nuqqas kbir tal-prezenza tal-mara fl-istrutturi ta’ l-istat li huma kontrollati mir-ragel li jeskludu lill-mara fuq livelli ta’ tehid ta’ decizjoni.

 

Sfortunatament ghandna naraw nuqqas ta’ rapprezentanza tal-mara fuq livelli ta’ tehid ta’ decizzjonijiet f’kull settur. Minn studju li sar madwar l-Ewropa, Malta giet klassifikata fl-ahhar post bi tnejn fil-mija biss ta’ bordijiet kemm pubblici u anke privati li ghandhom diretturi femminili. L-average madwar l-Ewropa huwa dak ta’ tnax fil-mija. Decizjonijiet krucjali f’setturi socjali, politici u ekonomici ghandhom jittiehdu mill-irgiel. Il-fatt li aktar nisa qed jigradwaw mill-Univerista’ taghna, b’rizultati tajbin, xi drabi ahjar minn dawk ta’ l-irgiel, u l-fatt li xorta wahda m’ahniex naraw aktar nisa jokkupaw certu karigi, juri bic-car illi hemm xi haga hazina.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
16C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata