Il-propagandisti Nazzjonalisti f’Kastilja u f’Tal-Pietà, flimkien mal-apologisti Nazzjonalisti tal-Bidnija u ta’ Where’s Everybody?, ftiehmu jew qablu minghajr ma ftiehmu, li jahilbu kemm jifilhu l-effetti tal-krizi Libjana biex jonhfu l-profil ta’ Lawrence Gonzi ghal skopijiet partiggjani, flok hallew li din il-krizi tigi mmaniggjata b’mod responsabbli minghajr dat-tip ta’ fili.
Kien inevitabbli li f’temp ta’ ftit granet kien se jsegwi fall out minhabba din l-istrumentalizzazzjoni ghal finijiet par-tiggjani ta’ kwistjoni mill-aktar sensittiva u tahraq.
Il-propagandisti u apologisti Nazzjonalisti ppumpjaw kemm felhu biex jipprogettaw lil Malta bhala centru ta’ ghajnuna umanitarja, b’vapuri militari dehlin u hergin mill-Port il-Kbir, cruise liners flok bit-turisti, mimlijin bil-haddiema barranin li telqu hesrem mil-Libja u bl-ajruport ta’ Hal Luqa mballat b’ajruplani militari.
Apparti dan, mexxewha wkoll kemm felhu li pajjizna seta’ minn hin ghall-iehor jiffaccja invazjoni kbira ta’ immigranti illegali li ghax ma jifilhux aktar is-sitwazzjoni fil-pajjizi tal-kosta Nord Afrikana fejn kienu qeghdin jghixu, jiddeciedu li jimbarkaw bl-eluf taghhom lejn l-Ewropa, bl-ewwel art li jsibu tkun Malta.
L-istrategija ta’ RCC, Pisani, Galizia, Bondi u dawk li jizfnu ghad-daqqa tal-bakketta taghhom fil-PBS u fil-gurnali bl-Ingliz psewdo indipendenti, kienet li dawn zminijiet mhux normali u straordinarjii, u allura m’ghandniex aktar nahsbu fil-problemi normali ta’ kuljum.
U quddiem is-sitwazzjoni riskjuza ta’ gwerra civili f’pajjiz bieb u ghatba maghna, ikollna naccettaw dak li s-soltu ma naccettawx, l-inkompetenza tal-Gvern f’diversi oqsma tat-tmexxija, u nirringrazzjaw ’l Alla ghall- par idejn sodi ta’ Lawrence Gonzi fuq it-tmun ta’ Kastilja li qieghed imexxina quddiem dan l-ghawg kollu.
Imma kif appena beda jidher evidenti li l-krizi Libjana kienet se ttawwal fuq medda ta’ zmien, il-Gvern Nazzjonalista spicca jkun vittma tal-propaganda tieghu stess. Il-ghaliex min jaf kemm il-barrani li potenzjalment din is-sena seta’ jghaddilu minn mohhu li jigi Malta bhala turist, hassar il-hsieb hekk kif beda jara lil Malta involuta daqstant mill-vicin f’din il-krizi.
Dan kollu konsegwenza tal-hype kollu, artificjali jew mhux, li holqu l-propagandisti, apologisti Nazzjonalisti biex dakollu jonfhu l-immagni ta’ Lawrence Gonzi bhala ‘statista’ internazzjonali biex ikun jista’ jittraxxendi mill-fallimenti tal-politika tieghu fil-livell nazzjonali.
Biex jirrimedjaw xi ftit ghal dan it-tip ta’ fall out fuq it-turizmu b’mod partikolari, din il-gimgha thabbar illi gew ivvotati xi fondi addizzjonali ghall-Awtorità Maltija tat-Turizmu biex issir kampanja pubblicitarja halli nserhu mohh it-turisti potenzjali li s-sitwazzjoni f’Malta hija wahda normali.
Dan wara li sar dak l-ippumpjar kollu biex nuru mad-dinja kollha x’opra kbira u hidma straordinarja kien qieghed jaghmel il-Prim Ministru Gonzi quddiem krizi internazzjonali li messitna daqstant mill-vicin.
Tight rope dancing
Matul din il-gimgha, rega’ spikka t-tight rope dancing ta’ Lawrence Gonzi li kellu bicca xoghol xejn facli biex isib il-bilanc bejn id-dikjarazzjoni pjuttost pruzuntuza tieghu meta bhala Prim Ministru ta’ wiehed mill-izghar pajjizi tad-dinja, qal lil xi hadd bhal Gaddafi x’ghandu jaghmel b’hajtu.
Imbaghad ftit tal-granet wara, Gonzi spicca jitlob lil Unjoni Ewropea tassigura li s-sanzjonijiet taghha ma jolqtux b’mod negattiv l-investimenti Libjani f’Malta u l-investimenti Maltin fil-Libja.
F’radda ta’ salib minn sitwazzjoni fejn qal lil Gaddafi biex ibewweg ’l hemm, habta u sabta kellu jinzel saqajh mal-art biex is-sanzjonijiet tal-UE jaffettwaw mill-inqas l-investimenti tal-Gvern ta’ Gaddafi f’Malta.
Il-Prim Ministru Gonzi ghal darb’ohra ghamel ‘gaffe diplomatika’ u naqas mill-prudenza li zgur titlob is-sitwazzjoni internazzjonali delikata tal-mument, meta biex jinstema’ tal-helu ma’ udjenza Ewropea, qal affarijiet li kien ikun ahjar li ma qalhom xejn.
Gonzi qal illi Malta mhijiex lesta li taghmilha ta’ medjatur bejn il-Libja u l-Unjoni Ewropea, kif kienet talbet il-Libja permezz tal-mibghut ta’ Gaddafi Mohammed Taher Siyala, li zar Malta aktar kmieni din il-gimgha.
Gonzi seta’ bil-pulit u minghajr arja zejda, irrifjuta li jaghmilha ta’ medjatur, minghajr ma jidher li qieghed jaffronta l-Libja. Kien hemm pajjizi ferm akbar minna li ntalbu li jaghmluha tal-medjaturi bhala, imma li rrifjutaw bil-pulit li jaqdu dan ir-rwol, minghajr ma qadu jirrikorru ghall-paroli fil-vojt ta’ Lawrence Gonzi.
L-propagandisti/apologisti tal-PN ippum-pjaw u nefhu kemm felhu l-ballun baraxx dwar il-krizi tal-Libja fit-tentattiv taghhom biex jghollu l-profil tal-profil tal-Prim Ministru f’mument fejn dan kien f’livell mill-aktar baxx. Imma huma u jaghmlu dan, m’gharfux jikkoncertaw fuq ‘il-missjoni’ taghhom, u spiccaw jisparaw f’saqajhom meta infexxew, is-sniper tal-Bidnija fuq quddiem, iqattghu kemm jifilhu fl-eks-Ministru John Dalli li waqt seminar ghal negozjanti Maltin, gie kkwotat li ha pozizzjoni kemxejn differenti minn ta’ Gonzi dwar x’ghandu jaghmel Gaddafi bil-bqija ta’ hajtu.
Ezempju klassiku ta’ kif l-ispinn, specjalment meta jkun imgebbed u mqanzah, jispicca jispara f’wicc min ikun warajh. Dan meta dik li ghanda linja diretta bejn Kastilja u l-Bidnija, infexxet fid-daghdiegha feroci taghha ta’ insulti u insinwazzjonijiet kontra John Dalli, li ghalkemm setghet ghamlet hsara diretta lil Dalli, il-vittma vera u proprja tal-fall-out ghal darb’ohra jerga’ jkun Gonzi. Ghax regghu telghu fil-wicc ix-xquq u l-kunsenturi li jezistu fil-Partit Nazzjonalista, li tant huma kbar li mal-ewwel opportunità erhilhom il-kurrenti rivali jinfexxu jqattghu u jaghmlu kkapuljat minn xulxin.

| < Prev | Next > |
|---|






