Bis-sentenza recenti tal-Qorti Kostituzzjonali fil-kawza li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala ghamel kontra l-Gvern, il-MEPA u l-WastServ, gie rikonoxxut id-dritt li kunsill lokali li f’isem ir-residenti tieghu, jfittex il-gvern centrali legalment. Dan kien pass fid-direzzjoni t-tajba, sostna l-Perit Stefan Buontempo, il-Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Kunsilli Lokali.
L-isfortuna hija li l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi jqis lill-kunsilli lokali bhala xkiel ghall-gvern centrali. Dan is-sentiment gie espress ukoll mill-Ministru George Pullicino meta fl-istess kawza sostna li kunsill lokali m’ghandux, legalment, id-dritt li jirrapprezenta lic-cittadini tal-lokal tieghu kontra l-Gvern.
Stefan Buontempo heggeg lill-Prim Ministru Gonzi, li tahtu jaqghu l-kunsilli lokali, biex il-kunsilli lokali ma jkollhom ebda xkiel procedurali biex jiehdu azzjoni legali kontra l-gvern centrali fl-interess tal-lokalitajiet u residenti li huma jservu.
Ir-rwol tal-kunsilli lokali jinsab fil-qalba tal-process demokratiku. “Kunsill lokali ghandu dritt jirrapprezenta lil-lokalità f’dawk l-oqsma kollha li jkollhom effett fuq il-hajja fil-komunità,” temm jghid Stefan Buontempo.

| < Prev | Next > |
|---|






