Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Kull bniedem ghandu l-valur tieghu

E-mail Print PDF
Share

Is-solidarjetà bejn il-generazzjonijiet - l-esperjenza u energija, l-ahjar ricetta ghas-success fis-socjetà. L-anzjani li ghandhom l-esperjenza u z-zghazagh li ghandhom hafna iktar energija.   Is-solidarjetà bejn ir-razza umana kienet minn dejjem il-pedament li fuqu emmen, hadem ghalih u bena sistemi  ta’ gustizzja socjali ghas-socjetà taghna l-Partit Laburista.

It-twelid u it-tishih tal-welfare state ma setghax isir kieku ahna ma nemmnux fis-solidarjetà u ghalhekk hloqna politika biex minn jiflah hafna jaghti ftit, halli jghin lil dawk li ekonomikament jifilhu inqas minnu.

Kienet s-solidarjetà li dejjem emminna fiha li geghelitna naghmlu politika biex naghtu ghajnuna lit-tarbija minn qabel ma titwieled; kif titwieled sakemm tibqa’ l-iskola, jekk taghzel li tibqa’ tistudja. Jekk tkun zvinturata u ma ssibx xoghol, jekk ikollha xi incident fuq il-post tax-xoghol u twegga’ u ma tkunx tista’ tibqa’ tahdem.

Hloqna pensjoni mhux kontributorja anki ghal dawk li ghandhom bzonnijiet specjali u li ma jkunux jistghu jirritornaw ghad-dinja tax-xoghol. Hloqna pensjoni ghall-anzjani taghna u hafna u hafna beneficcji ohrajn.

Dan kollu u hafna iktar ma stajniex naghmluh kieku ma konniex nemmnu fis-solidarjetà.

Min ma jemminx fis-solidarjetà huwa egoist, jahseb fih innifsu biss u jimpurtah minn dak li jigri lilu biss. Ahna nemmnu fis-solidarjetà ghaliex nemmnu li l-ebda bniedem ma jista’ jghix wahdu u iktar ma nghinu u nkunu lesti li naghmlu sagrificcji ghal xulxin, aktar se nghixu ahjar.

L-ikbar zball ta’ kull gvern,  jkun jekk jaqsam is-socjetà taghna f’sezzjonijiet u jipprova jxewwex u jghawwi sezzjoni kontra ohra. Jidentifika lil nies bi bzonnijiet specjali, lil ommijiet xebbiet, lill-istudenti, lill-pensjonanti, lill-anzjani… lin-nies bla xoghol u jipprova jaghti stampa li dawn piz fuq is-socjetà.

Is-socjetà taghna m’ghandiex tkun mibnija fuq il-mibgheda ta’ grupp kontra  iehor, imma trid thares lejn il-bniedem b’mod shih li kull wiehed minnha ghandu hafna tajjeb u hafna komuni. Irridu nibnu is-socjetà taghna fuq it-tajjeb ta’ kull wiehed u wahda minna.

L-istat ghandu jkun l-mutur li jaghti l-opportunità biex din l-energija – rizultat tal-energija ta’ kull individwu, jinghaqdu u permezz taghha jinholoq iktar gid u iktar opportunitajiet. Is-socjetà ghandha tkun bhal tim tal-futbol;  plejers differenti, bi rwoli differenti imma b’ghan wiehed.

Is-socjetà nhares lejha bhala familja tradizzjonali fejn it-tfal u z-zghazagh jkollhom mhabba specjali ghan-nanniet u fejn in-nanniet jinbidlu meta jkunu man-neputijiet, sitwazzjoni li la t-tfal ma jimmaginaw hajjithom minghajr in-nanniet u l-anqas in-nanniet ma jimmaginaw hajjithom minghajr in-neputijiet.

L-ulied jinbidlu fil-prezenza tan-nanniet

Tant ir-rabta bejn it-tfal u z-zghazagh kienet dejjem qawwija man-nanniet, li l-qawl Malti jghidlek li tan-nanna helu manna u ghandu jkun ikompli….u tan-nannu kemm ifuh. Il-genituri jibqghu sahansitra skantati kif uliedhom jinbidlu fl-imgiba u fl-aptit meta jkunu man-nanniet taghhom.

Imma din hija is-sitwazzjoni li s-socjetà trid timmira lejha…sitwazzjoni fejn iz-zewg gruppi jaraw it-tajjeb ta’ xulxin u jahdmu halli dak it-tajjeb jikber u jsir iktar dominanti. Hadd ma jhoss li in-nannu huwa ta’ theddida, jew in-neputi huwa ta’ theddida ghan-nanniet….imma jhossu li z-zewg rwoli jikkumplimentaw lil xulxin bla problema ta’ xejn.

L-istat jrid jkun impenjat biex johloq sitwazzjoni fejn is-socjetà ikollha tahdem ghal ghan wiehed, dak li ntejbu l-livell tal-hajja ta’ kull persuna irrilevanti mill-kulur tal-gilda ta’ dik l-persuna (u din forsi ghal xi whud saret daqsxejn difficli li jemmen fiha), irrilevanti mit-twemmin religjuz taghha, mill-orjentazzjoni sesswali u mill-età.

Inti min inti, temmen f’hiex temmen, tigi minn min tigi, ghandek kemm ghandek età, inti bniedem u bhala uman ghandna nharsu lejk b’mod shih.

Nahseb li biex naghmlu dan, il-bniedem irridu nohorguh mil-labirint, mill-kaxxi li forsi hemm min jipprova jdahhal lil bniedem fihom u nharsu lejn il-bniedem bhala bniedem b’mod holistiku, b’mod shih.

Jekk jirnexxilna naghmlu dan, ahna nistghu nahdmu biex inkabbru s-solidarjetà li tant ghandna bzonn biex bhala socjetà nirnexxu u nimxu ’l quddiem.  Imma dan mhux sejjer jigri wahdu. Fid-dinja ma jsir xejn wahdu.

Irridu noholqu sitwazzjonijiet fejn persuni ta’ età, orjentazzjoni sesswali, twemmin u razza differenti jahdmu flimkien, fil-komunità, fuq il-post tax-xoghol u fis-socjetà li qed nghixu fiha.

Noholqu inizjattivi ta’ hidma, volontarja u mhiex. Biex persuni minn kull aspett tal-hajja jahdmu flimkien biex hadd ma jahseb u jhoss li ghandu xi theddida minn xi grupp jew minn xi hadd iehor, ghaliex l-iehor jew l-ohra ghandu xi tip ta’ kulur tal-gilda, età, orjentazzjoni sesswali jew twemmin religjuz differenti minn tieghu.

L-istat ghandu jkun hemm biex jaghti ezempju, meta ahna nghidu li m’hemm hadd ghar-rimi, inkunu qed infissru li fis-socjetà taghna hemm spazju ghal kulhadd, indipendentement mill-età, orjentazzjoni sesswali, kulur tal-gilda jew twemmin religjuz u politiku.

It-twemmin fis-solidarjetà intergenerazzjonali nistghu nigbruh f’dan is-slogan, f’din l-istqarrija ta’ twemmin. Iva ghaliex ma hemm hadd ghar-rimi, kulhadd huwa bzonnjuz u kulhadd ghandu sehem x’jaghti. Ahna nemmnu ukoll li bil-partecipazzjoni taghna ilkoll ahna kapaci naghmlu dinja ahjar.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
16C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata