Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Hawwadni ha nifhmek

E-mail Print PDF
Share

alexSegwejt b’reqqa d-dibattitu parlamentari dwar il-mozzjoni mressqa mill-Partit Laburista rigward ir-referendum konsultattiv ghad-dhul tad-divorzju f’pajjizna. Ghal certu mumenti bdejt nigi f’dubju jekk kontx qieghed insegwi ir-radju tal-Parlament Malti jew dak ta’ xi stazzjon tat-Taliban li jxandar minn go xi ghar.

Nistqarr mieghek li kien hemm wkoll xi diskorsi li tant urtajt ruhi nsegwihom, li ghamilt hin twil nifti u nixghel ir-radju ha nkun cert li spiccaw jitkellmu u b’hekk inkun nista’ nisma’ l-intervent tal-kelliem ta’ wara. Wiehed minn dawn id-dikorsi patetici u arkajici kien minghajr ebda dubju dak tal-Prim Ministru.

Ma nistax ma naghmilx referenza ghal certu punti li qajjem, fosthom dak fejn qabbel id-divorzju propost bil-Private Members Bill tad-deputati Jeffrey Pullicino Orlando u Evarist Bartolo, ma’ dak ta’ Las Vegas.

Sahansitra wasal fl-estremità jghid li l-proposta li ghandna quddiemna huwa tip ta’ divorzju aghar u aktar irresponsabbli minn dak ta’ Las Vegas. Kif jista’ qatt wiehed jqabbel divorzju responsabbli bhal dak li ghandhom fl-Irlanda u li fuqu hija mibnija l-proposta taghna, ma’ wiehed li jista’ jittiehed mil-lejl ghan-nhar bhal dak ta Las Vegas? Kif jista’ wiehed jghaddi lil poplu Malti daqshekk biz-zmien?

Kif jista’ politiku jiddikjara pubblikament li ma jinteressahx mill-interessi u t-tbatijiet tal-minoranzi fil-pajjiz biex skont hu jipprotegi l-motto tal-partit tieghu ‘religio et patria’.

Kif jista’ wiehed ihalli lil ulied emarginati fis-socjetà ghaliex il-genituri taghhom ma sabux xorti fl-ewwel zwieg? Kif jista’ wiehed jkun daqsekk ipokrita li jasal jaccetta argumenti favur il-koabitazzjoni biex zgur ma nlissnux il-kelma divorzju f’pajjizna!

Matul il-gimghat li ghaddew smajt wkoll numru ta’ interventi ta’ deputati Nazzjonalisti jiehdu gost iqabblu lil pajjizna mal-Filippini, pajjiz li bhalna ghadu ma mplimentax id-divorzju.

Wasalna f’assurdità daqsekk minghajr limiti li minflok nikkumparaw lil pajjizna mal-pajjizi tal-Unjoni Ewropea, spiccajna nikkumparaw lilna nfusna mal-pajjizi Asjatici! Dik hija l-vizjoni li n-Nazzjonalisti ghandhom ghal pajjizna.

Hawnhekk harget bic-car id-differenza bejn il-vizjoni tal-mexxej Laburista Joseph Muscat li sahaq li ahna m’ahniex Ewropej biss ghaliex jkollna fil-but il-munita ewro, ahna irridu nhaddnu verament wiehed mill-aktar valuri b’sahhithom li jghaqqad lic-cittadini Ewropej, irridu li verament inkunu poplu tolleranti, poplu li jifhem it-tbatijiet u l-wegghat ta’ haddiehor u ma jipprovax jimponi l-valuri tieghu fuq haddiehor.

Dik hija l-libertà li tant ftahru li ggieldu ghaliha in-Nazzjonalisti fis-snin tmenin? Libertà li kif spjega tajjeb id-deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Oralndo, kienet biss tasal sac-cikkulata u t-toothpaste?

Wara d-dahk jigi l-biki

Wara jiem ta’ xalar, kuluri, bluha u tbahrid li jgibu maghhom il-jiem tal-Karnival, jaslu wkoll festi ohra kemmxejn differenti, celebrazzjonijiet li jgeghluna nirriflettu fuq it-tbatijiet li ghadda minnhom Gesù Kristu.

Ghalkemm ma nqisx ruhi bhala xi wiehed religjuz, jew xi qaddis miexi fl-art, xorta wahda nistqarr li dawn il-jiem idahhluni daqsxejn f’qoxorti u bhala Nisrani niehu gost nattendi ghal xi funzjoni religjuza ’l hawn u ’l hinn.

Il-Hadd l-ghadda, wara li domt daqsxejn intella’ u nnizzel, iddecidejt li mmur nisma’ quddies bil-kwiet. Nghid il-verità kelli premonizzjoni qabel dhalt gewwa l-Knisja li ma kontx ser nibqa’ hemm sakemm il-Father jaghtina l-assoluzzjoni u jibghatna lura fil-paci tal-Mulej.

Fil-fatt hekk gara. Lanqas lahaq beda l-Omelija l-Father li mit-tbatija ta’ Kristu ma dawwarx is-suggett fuq id-divorzju u l-ghawg u thezziz tas-snin li jgib mieghu. Però f’nofs l-Omelija mar pass oltre minn dmiru, pass li jien bhala cittadin Malti, cittadin li dejjem gharaft li hemm differenza u separazzjoni bejn l-affarijiet tal-Knisja u dawk tal-Istat, ma stajt naccetta qatt.

Il-Father b’ton awtoritarju qal dawn il-kliem precizi ‘Min jivvota favur id-divorzju, irid jaghti rendikont lil Alla. Kienet wisq ghalija... qomt mill-post mudlam li kont mistur fih, u tlaqt ’il barra bil-kwiet, ixxukjat li dak li kellhom jaffaccjaw missirijietna fis-snin sittin kien qed jerga’ jimmaterjalizza ruhu quddiemi f’din l-imbierka celebrazzjoni ta’ fidi.

Nistqarr mieghek li ghalkemm nemmen li l-Knisja ghanda dritt li tesprimi ruhha favur zwieg dejjiemi, ma nasal qatt naccetta li noqoghdu nbezzghu n-nies bil-babaw. Qisu id-dhul tad-divorzju f’pajjizna hija l-glieda finali tal-apokalissi fejn it-tajjeb jiggieled kontra l-hazin, fejn ix-xitan in persona jarma ruhu ghall-ahhar battalja kontra l-angli tal-paci. Dan zgur li mhuwiex il-mod ta’ kif ghandna niddiskutu dan is-suggett.

Kont ninsab konvint li l-Knisja tghallmet mill-izbalji tal-passat. Però mid-dehera xorta wahda ha nibqghu inbezzghu lil dawk il-Maltin leali lejn il-Knisja u t-taghlim taghha bid-dnub il-mejjet u dak kollu li jgib mieghu.

Messagg car u semplici lill-awtoritajiet ekklezjastici, ejjew ma nergghux noholqu sentimenti anti-klerikali fil-pajjiz. Hemm hafna persuni li qeghdin ibatu u b’argumenti bhal dawn ser nkomplu nkabrulhom il-feriti u t-tbatijiet taghhom.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
16C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata