Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Biex naghmlu progress

E-mail Print PDF
ShareIllum intemm s-sensiela ta’ artikli dwar dak li ntqal fis-seminar dwar l-edukazzjoni organizzat mill-Forum Zghazagh Laburisti bid-diskors ta’ Sandro Craus.
L-Aspett Storiku

L-edukazzjoni dejjem fissret hafna ghall-Partit Laburista. Kienu Gvernijiet Laburisti li hadmu biex l-edukazzjoni tkun obbligatorja u minghajr hlas; li waqqaf il-Kulleggi tal-Ghalliema, fejn tharrgu numru kbir ta’ ghalliema li edukaw lilna u li llum ahna qed nedukaw lill-enerazzjoni ta’ warajna.

Konsultati jew infurmati?

Biex tkun ghalliem trid tkun imwieled ghalliem. Min ipprova jsir ghalliem u ma kellux il-vokazzjoni, kellu hajja qasira f’din il-professjoni. L-ghalliema huma fattur importanti fit-tfassil tal-personalità u fl-izvilupp akkademiku u socjali ta’ kull individwu. Ghalhekk  meta titnieda xi policy gdida fil-qasam edukattiv, l-ghalliema ghandhom jigu kkonsultati u mhux sempliciment jigu infurmati,  bla ebda cans li jippartecipaw fit-tfassil ta’ xi politika gdida.
Hekk qed jigri f’dawn it-tibdiliet kollha li qed isehhu llum!  Donnu li llum kulhadd sar jaf xi jrid isir fil-klassi, minbarra l-ghalliem meta l-ghalliema, specjalment dawk li ghandhom esperjenza f’dan il-qasam, huma rizors importanti biex verament ikollna sistema li tirnexxi. Izda donnu fl-edukazzjoni jifhmu biss xi ghaxar persuni mlahhqa fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni li jiehdu d-decizjonijiet ghan-nom tal-ghalliema! Dan m’ghandux isir.

Investiment fl-ghalliem

Hemm bzonn li l-ghalliem jigi mharreg fit-teknologija moderna biex tkun tista’ tigi zvilupata pedagogija ahjar u l-kontenut akkademiku jkun aktar interessanti ghall-istudenti. Ma jfissirx li ghax ghalliem ikun ilu jghallem, allura m’ghandux bzonn aktar li jitghallem. Anzi tajjeb li l-ghalliema jkollhom l-opportunitajiet biex itejjbu s-servizz taghhom. Imma dan it-tahrig m’ghandux isir biex nghidu li sar! Ghandu jkun hemm preparamenti mill-organizzaturi halli kollox ikun fuq livell professjonali u verament ikollna tahrig li jiggwadajna l-ghalliem, u fl-ahhar mill-ahhar l-istudent. Illum l-ghalliema spiccaw jitkarrbu biex jitharrgu, meta ma johrogux il-flus mill-but biex jiksbu dan it-tahrig.

MATSEC

Jehtieg li nindirizzaw il-problema tal-passes li l-istudenti qed  igibu fil-MATSEC. Hafna ghalliema jghidulek li l-livell fil-Malti, l-Ingliz, Matematika, Xjenza u Lingwi barranin qed jonqos. U donnu m’hu qed jigri xejn! Niftahru kemm qed jidhlu studenti l-Junior College, l-MCAST u l-Università u l-problemi li ghandna qed jibqghu ikarku maghna tul is-snin.
Il-livell tal-Ingliz fl-Università naqas hafna! U dan kulhadd jafu,  imma l-aqwa li kulhadd jiggradwa. Jista xi hadd janalizza l-kwalità ta’ certa lectures li isiru fl-Università?
Ghandna nhejju z-zghazagh taghna biex ikomplu fil-mixja edukattiva taghhom anke meta jispiccaw l-iskola obbligatorja. Jehtieg li naraw ghaliex numru hekk kbir ta’ studenti ma jkomplux jistudjaw! Possibbli hadd m’hu qed jinduna li s-sillabi li ghandna fil-livell primarju u sekondarju (f’certu suggetti) huma twal wisq. Fil-livell primarju aktar mohhna fil-kwantità milli kwalità.

Studenti bi bzonnijiet specjali

Li tohloq ambjent inklussiv fl-iskola hu obbligu ta’ kull mexxej. Irridu nghinu aktar lil dawn l-istudenti biex jintegraw fis-socjetà. Sfortunatament mhux qed naghtu kaz bizzejjed it-tibdil socjali li qed isehh madwarna. Hafna drabi qed niffukaw biss fuq tfal bi bzonnijiet specjali, u naghmlu sew, izda mbaghad ninsew tfal li ghandhom iz-zewg genituri jahdmu, tfal gejjin minn familji separati, tfal li tilfu lil xi wiehed mill-genituri taghhom ta’ età zghira, tfal li l-genituri taghhom huma lliterati, tfal li gejjin minn familji li ghandhom dhul finanzjarju baxx. Dawn ukoll ghandhom bzonn attenzjoni specjali ghax jistghu jkunu riskju li ma jkomplux l-istudji taghhom aktar minn studenti ohra.

Konkluzjoni

Ghandha tinghata aktar libertà lill-mexxejja tal-iskejjel biex dawn ikunu aktar flessibbli. B’hekk ikunu jistghu jindirizzaw ahjar il-problemi li jkun hemm fl-iskejjel taghhom. Biex ir-riformi fil-qasam edukattiv jirnexxu, ghandu jkun hemm aktar konsultazzjoni ma’ min jipprovdi s-servizz, jigifieri l-ghalliema, u hadd m’ghandu jippretendi li jaf aktar billi jimplimenta xi haga li saret f’pajjiz iehor ghax pajjizna ghandu cirkostanzi differenti. Fuq kollox irridu nibdew nitghallmu nisimghu l-esperjenzi ta’ kuljum tal-ghalliema u minn hemm nibdew nippjanaw halli fl-ahhar nimplimentaw politika li tixraq lil uliedna.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
16C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata