Kull decizjoni tasal wara li jigu mgharbula ghazliet li jkun hemm quddiem min ghandu r-responsabbiltà li jiehu d-decizjoni u jaghmel l-ghazla. L-ghazliet jistghu jkunu variji izda min ikun qed jerfa’ responsabbiltà ghandu janalizza kull aspett u fl-ahhar ghandu jaccerta li jaghmel ghazla.
Maghzula mistoqsija
Wara sighat ta’ dibattitu fl-oghla istituzzjoni ta’ pajjizna, ittiehdet decizjoni li se taghti l-opportunità lill-poplu isemma’ lehnu u jaghmel ghazla. Ghazla jekk f’pajjizna ghandux jigi introdott id-dritt li persuna tkun tista’, f’cirkustanzi partikolari, taghzel li tapplika ghal divorzju. Din hija decizjoni importanti li se tittiehed wara ghazliet li saru dwar liema tip ta’ divorzju ghandu jigi introdott f’pajjizna.
Id-dibattitu enfasizza hafna t-tip ta’ mistoqsija li l-poplu ghandu jigi mistoqsi fir-referendum. Jekk il-mistoqsija ghandhiex tkun wahda generika, jigifieri l-elettur jiddeciedi jaqbilx mad-divorzju jew le, jew inkella mistoqsija aktar elaborata li fiha jigu indikati l-elementi ewlenin tat-tip ta’ divorzju li qed jigi propost.
Il-Prim Ministru u l-maggoranza tad-deputati tieghu riedu mistoqsija generika. Mistoqsija li tkun miftuha minghajr ma taghti stampa cara dwar it-tip ta’ divorzju li qed jigi propost fl-abbozz li hemm imressaq ghad-diskussjoni fil-Parlament.
Min-naha l-ohra, l-ghazla li saret mill-maggoranza tal-membri parlamentari, ghazla li approvat il-mozzjoni mressqa mill-Grupp Parlamentari Laburista, hija mistoqsija li tispjega b’mod car dak li se jaghzel il-poplu fir-referendum. Mistoqsija li tfisser b’mod car meta persuna tista’ titlob ghad-dritt tad-divorzju u xi jkunu l-obbligi ta’ dik il-persuna li tapplika ghal dan id-dritt jekk il-Parlament japprova l-ligi li tintroduci d-dritt tad-divorzju.
Din kienet ghazla importanti. Kienet ghazla importanti li assigurat li l-poplu se jsemma’ lehnu dwar dan l-issue. Ghazla li se taghti lil poplu l-opportunità li juri x’inhi x-xewqa tieghu dwar id-dhul ta’ dan id-dritt. Fil-fehma tieghi saret ghazla gusta mal-poplu li se jigi mistieden biex jesprimi l-ghazla tieghu fir-referendum. Ghazla li se taghti linji gwida cari lill-Parlament dwar it-tip ta’ divorzju li ghandu jidhol jekk il-maggoranza ta’ dawk li jivvutaw fir-referendum jaghzlu ‘iva’.
L-Ghazla tal-Poplu
Issa li l-poplu gie accertat li jsemma’ lehnu f’referendum, kien importanti hafna li l-Mexxej Laburista jkompli jispjega b’mod car il-pozizzjoni tieghu. Joseph Muscat mill-gdid qieghed ifisser li huwa jaqbel mad-dhul tad-dritt ta’ divorzju responsabbli li se jkun qieghed iwassal dan il-messagg bhala veduta tieghu dwar id-dhul ta’ dan id-dritt.
Bl-istess mod car, il-Mexxej Laburista qieghed ifisser li kull min jidentifika ruhu mal-Partit Laburista, jista’ jaghmel dik l-ghazla li jidhirlu l-ahjar skont il-kuxjenza tieghu. Ghandu l-jedd li jwiegeb ghad-domanda maghzula ghar-referendum kif jahseb li huwa l-ahjar.
Ghazla ghal pajjizna
Il-krizi fil-Libja li kulma jmur qed tiskala, giet indirizzata mill-Gnus Maghquda din il-gimgha permezz tal-Kunsill tas-Sigurtà. Giet imposta no-fly zone izda ghadu mhux car kif din id-decizjoni se tigi infurzata mill-kommunità internazzjonali. Din kienet ghazla li waslet wara li l-krizi fil-Libja ilha ghaddejja ghal diversi granet, bi glied kbir f’din l-art li sa xi zmien ilu kienet mezz ta’ ghajxien ghal tant nies minn madwar id-dinja.
Pajjizna wkoll ghandu quddiemu ghazla importanti f’din is-sitwazzjoni. Huwa cert li pajjizna jrid josserva d-decizjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Gnus Maghquda. Dan huwa dover ta’ pajjizna lejn il-komunità internazzjonali, izda pajjizna m’ghandux iservi ta’ bazi militari. Pajjizna ghandu jkun mezz biex jassisti lin-nies u jservi ta’ infermier fil-Mediterran, izda pajjizna m’ghandux ikunu parti minn operazzjoni militari.
F’dawn il-mumenti din hija l-unika ghazla li ghandu jaghmel pajjizna.
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

| < Prev | Next > |
|---|






