Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

In-newtralità

E-mail Print PDF
Share

farell_gazzettiDak li ghaddej fil-pajjiz gar taghna, il-Libja, huwa ta’ thassib serju.  M’hemmx dubju li hadd ma jiehu pjacir bi gwerra wara biebu. U r-ragunijiet m’humiex biss minhabba l-perikli li din tista’ ggib maghha, imma anke minhabba konsegwenzi ohra.

 

Is-sitwazzjoni, per ezempju, tista’ thalli konsegwenzi negattivi fil-qasam tat-turizmu.

Propju ftit tal-jiem ilu, meta kien mitlub jikkummenta dwar dan, il-President tal-Ghaqda tal-Lukandi u Restoranti, George Micallef qal li s-sitwazzjoni digà waslet biex gruppi zghar mir-Renju Unit, Franza u l-Germanja hassru l-vakanza li kienu digà ippjanaw li jqattghu f’pajjizna.

George Micallef ta l-kummenti tieghu propju ftit sighat biss qabel bdew l-attakki fuq il-Libja minn forzi barranin li qeghdin isegwu r-rizoluzzjoni tal-Gnus Maghquda.

M’hemm l-ebda dubju ghalhekk li s-sitwazzjoni, b’dawn l-attakki, ghall-aghar tista’ tmur, u mhux ghall-ahjar. Aktar u aktar meta hemm pajjizi ohra li qeghdin jippretendu li pajjizna ghandu jintuza bhala bazi ghall-attakki fuq il-pajjiz girien taghna.

U hawnhekk wiehed ma jistax ma jikkummentax fuq in-newtralità li pajjizna ghandu mnaqqxa fil-kostituzzjoni tieghu.
L-ewwel u qabel kollox, kull min ghandu rasu fuq ghonqu, ma jistax ma jasalx ghall-konkluzjoni kemm kienet ghaqlija d-decizjoni tal-Gvern Laburista mmexxi minn Dom Mintoff propju li jnaqqax in-newtralità fil-Kostituzzjoni taghna.

Imma hawn min jirraguna li n-newtralità kif imnaqqxa fil-kostituzzjoni taghna, m’ghadhiex aktar mehtiega.

Dak li gara u qieghed jigri, juri kemm min jahseb b’dan il-mod, ma jafx x’qieghed jghid u kapaci biss ihares sal-ponta ta’ mniehru.

Konferma ta’ dan huwa l-fatt li bhala poplu Malti u Ghawdxi, ninsabu maghqudin u ghajr xi ftit eccezzjonijiet, kulhadd huwa tal-fehma li f’din is-sitwazzjoni jaqbel ghal pajjizna, jaqbel ghalina li nghozzu n-newtralità u naghmlu minn kollox biex pajjizna ma jservix ta’ bazi, anke jekk konvint li lkoll kemm ahna kontra kull vjolenza, issir minn min issir.

Mhux in-numri li jghoddu

Semmejt il-kumment li ta l-President tal-MHRA, George Micallef dwar il-qasamtat-turizmu.

Ta’ spiss nismghu ftahir minn kelliema min-naha tal-Gvern, b’mod specjali min-naha tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi, ta’ kemm morna tajjeb fil-qasam tat-turizmu s-sena l-ohra.

Lawrence Gonzi jiftahar li s-sena l-ohra kellna numru rekord ta’ turisti - sahansitra aktar mis-sena 2008, li kienet l-ahjar sena ghat-turizmu f’pajjizna.

Jiftahar li fost il-pajjizi membri tal-Unjoni Ewropea, is-sena l-ohra hadd ma mar ahjar minna.

Imma n-numru  m’humiex kollox. M’humiex in-numri li jghoddu.

Huwa minnu li n-numru ta’ turisti li zaru pajjizna s-sena l-ohra kien aktar minn dak tas-sena 2008.  Imma r-rizultat x’kien?

Komparat mas-sena 2008, il-profitti tal-lukandi ta’ hames stilel naqsu b’5.5%, waqt li dawk tal-lukandi ta’ erba’ stilel, naqsu b’16.4%.
Ir-ragunijiet jistghu jkunu diversi.  Fosthom issemma l-fatt li n-numru ta’ turisti li ghazlu li joqoghdu f’akkomodazzjoni privata u mhux f’lukanda, zdied bi 11.3% meta mqabbel mas-sena l-ohra.

Issemmiet ukoll id-decizjoni tal-Gvern li jzid il-VAT fuq l-akkomodazzjoni minn 5 ghal 7%, fl-istess zmien li pajjizi ohra, bhall-Grecja u l-Germanja naqsuha. Fi kliem il-President tal-MHRA George Micallef din iz-zieda fil-VAT ma setghetx tkun imposta fi zmien aktar aghar.

Ovvjament, spejjez akbar imposti mill-gvern iwasslu ghal nuqqas fil-profitti, u n-nuqqas fil-profitti jwassal dhul inqas ghall-haddiema fis-settur, u ghall-familji taghhom.

U meta nghid il-haddiema fis-settur, ma nfissirx biss il-haddiema tal-lukandi.  Hemm ukoll il-haddiema tar-restoranti.  Hbieb tieghi li ghandhom restoranti f’Marsaxlokk, Birzebbuga u Wied iz-Zurrieq kollha kelma wahda - m’humiex ihossu z-zieda fit-turizmu li qieghed jiftahar biha l-Gvern.

L-istess jghiduli hbieb tieghi li bid-dghajjes taghhom jiehdu lit-turisti jzuru l-Blue Grotto.

Ghalhekk mhux in-numri li jghoddu.  Jiftahar kemm jiftahar Lawrence Gonzi kemm qieghed jikseb successi, il-verità hija li l-maggoranza l-kbira tal-familji m’humiex jaraw titjib fil-livell tal-ghixien taghhom.

Min bhali jghix qalb il-familji, min jiltaqa’ mal-familji kuljum, bhalma naghmel jien, jaf li dak li qieghed nghid huwa l-verità sagrosanta.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
16C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata