Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Stima ta’ injorant

E-mail Print PDF
Sharephoto3Minn Rennie Mercieca

Huma bosta dawk li jemmnu li l-injoranza hija l-akbar ghadu tas-socjetà u dan huwa fatt.  Harsa madwarna malajr nindunaw illi l-injoranza qed terga’ tgholli rasha fis-socjetà taghna. Kemm u kif wiehed irid jistharrigha.
Wiehed m’ghandux jahseb li l-injoranza waqfet tezisti f’dawn l-ahhar 25 sena.   Jekk immorru lura fl-istorja anki Napuljun innifsu stqarr li ghalkemm rebah hafna mill-battalji kontra l-ghedewwa, l-akbar battalja li sab l-aktar difficli kienet dik li jirbah l-injoranza.  Ghalhekk nistghu nikkonfermaw li         l-injoranza ilha tezisiti u  li  zgur  zdiedet fostna l-Maltin f’dawn l-ahhar zminijiet.
L-injoranza ghandha l-possibbiltà li tiehu hafna forom differenti. Issib min ghax tat-tajjeb, liebes pulit u qieghed tard ghax-xoghol, ghandu dritt sagru sant li jghaddi jsuq kif irid u warrablu ha jghaddi!! 

Issib min ghax fadallu ewro fil-but x’jonfoq, jew ghax huwa xi protagonist fuq ix-xandir televiziv, jippretendi li jinqeda u jaqbez lil haddiehor f’xi kju.  Haddiehor jahseb li ghax innegozja xi bicca art ghandu dritt jimla lit-triq kollha bit-trab!! 

Insomma nista’ nibqa’ nsemmi u ma nieqaf qatt u certament inti li qed taqra dan l-artiklu qed jigu f’mohhok numru sostanzjali ta’ sitwazzjonijiet simli!!
Il-bniedem ma jistax iqis lilu innifsu bhala aktar intelligenti minn haddiehor ghax huwa superjuri f’xi qasam partikolari.  Rari persuna tinduna illi la hija superjuri f’xi qasam tista’ tkun inferjuri f’xi qasam iehor. 

Ma jaghmilx zball dak il-bniedem li jassocja l-injoranza ma’ dan il-qasam ukoll. Ta’ min jinnota illi bosta huma dawk illi sforz l-egoizmu u l-kilba ghall-poter ma jindunawx illi jkunu qeghdin jiehdu pozizzjonijiet li ma jkunux jifilhu u kapaci ghalihom.  Huwa l-kaz f’pajjizna?

Ma jaghmilx zball lanqas dak li jahseb li l-injoranza hija marbuta mal-edukazzjoni.  Illum f’pajjizna huwa fatt li jekk wiehed ma jmurx tajjeb fl-iskola, jkun ferm difficli ghalih biex isib impjieg, avolja l-istatistika mhabbra mill-awtoritajiet tixhed differenti fi hdan listi Ewropej! 

Harsa mill-qrib lejn il-famuza statistika  edukattiva, malajr ninudnaw fejn sejrin.  Ta’ min ifakkar x’qed isir minnhom dawk l-istudenti li jammontaw ghal aktar minn 40% li jispiccaw l-edukazzjoni obbligatorja minghajr il-hiliet bazici. 

Ahseb u ara kemm imsieken huma kapaci jaghmlu l-ezamijiet tas-SEC!  Qed nergghu immorru lura ghal zminijiet  ta’ qabel  is-sebghinijiet, fejn minhabba nuqqas t’edukazzjoni l-poplu qed jerga’ jaqa’ lura.

Kawlata quick fix

Dana biex ma nsemmux il-kawlata quick fix li qed naghmlu fir-riforma edukattiva. Imma din inhalluha ghal darba ohra.
U x’qed isir minnhom dawk li studjaw  u qalghu fwiedhom jistinkaw; fejn qed isibu jahdmu? 

U jekk isibu jahdmu,  x’tip ta’ xoghol ghandhom?   Apparti dan kollu,  wiehed irid janalizza kif qed jigu impjegati l-haddiema.

Ftit tal-jiem ilu kont qed nitkellem ma’ habib tieghi dwar din il-kwistjoni u tani biex naqra l-kuntratt kif hu impjegat.  Apparti n-nuqqas kbira ta’ dettal informattiv fuq ix-xoghol, dan il-kuntratt jghid: “L-ingagg tieghek huwa specifikament ta’ natura temporanja u jista’ jigi mitmum mill-Gvern jew rapprezentant tieghu, ...........fi kwalunkwe zmien minghajr ma tinghata raguni billi        tigi avzat bil-miktub gimgha bil-quddiem”.

Ghidli int x’serhan tal-mohh  b’dan il-kuntratt,  ghandu dan ir-ragel li jrid jaqla’ l-hobza ta’ kuljum ghal familtu?  Tajjeb li nghid bil-permess tieghu li dan hu wiehed minn dawk li ma jistax jidhol f’Union!!

Il-Letteratura Maltija wkoll tifthilna tieqa fuq l-injoranza f’pajjizna.  Kittieba bhal Guzè Ellul Mercer u Guzè Orlando Smith fil-kitba taghhom irriflettew fuq kemm l-injoranza frott tas-sitwazzjoni socjo-politika, tohnoq lill-bniedem u ma thallihx jiehu d-dinjità tieghu.

Fost kwotazzjonijiet ohra laqtitni din partikolari: “ ..kellhom dehen u ghaqal kbir f’dak li jolqot lilhom, izda f’ghajnejhom il-poplu ma kienx jisthoqqlu li jigi meqjus ahjar minn ftit zrameg”.   Tfakkrek f’xi  haga din?

Fejn wasalna llum?  Wasalna f’punt li pajjizna huwa immexxi minn persuni li jahsbu li huma superjuri ghal haddiehor, mhux ghax kapaci izda ghax huma ta’ gewwa u hbieb sew ma’ ta’ fuqhom.

L-azzjonijiet taghhom jitkellmu wehidhom u jirriflettu l-medjokrità li qieghed fiha l-pajjiz. Min hu kapaci qed jitwarrab minhabba l-principji sodi  tieghu, b’kuntrast man-nuqqas kbira ta’ stoffa mill-parti l-ohra.  Wasalna f’punt fejn ghamejna fit-tlellix u insejna l-essenza.  Jekk din mhix injoranza, mela x’inhi?
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
16C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata