Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Maratona Gbir ta’ Fondi

E-mail Print PDF
Share

lydia_abelaIl-Partit Laburista jista’ jwettaq il-hidma tieghu grazzi ghal tant u tant nies li ta’ kuljum jaghtu l-hin taghhom bla hlas u b’dedikazzjoni kbira. Hidma li tirrikjedi hafna energija.

Flimkien mar-rizorsi umani, li jibqghu il-bazi tal-hidma li jwettaq il-partit, hemm bzonn ukoll tar-rizorsi finanzjarji biex inkomplu ghaddejjin bil-progetti li rridu nwettqu.


Il-Partit Laburista tul iz-zminijiet dejjem kien jiddependi mill-generozità tal-poplu.


Il-partit jiddependi, u ghandu jibqa’ jiddependi sew jekk fil-gvern u kif ukoll fl-oppozizzjoni, mill-ftit li jaghtu l-hafna.


Dawk il-hafna li jemmnu fl-ideali tal-partit, u li jemmnu li l-partit joffri l-ahjar politika ghall-pajjiz u l-ahjar alternattiva minn kull partit politiku iehor.


Il-mira taghna hi li nkomplu ninvestu biex nissahhu aktar minn qatt qabel u dan mhux fl-interess tal-Partit Laburista biss, imma aktar minn hekk, fl-interess tal-poplu Malti u Ghawdxi kollu, u fl-interess ta’ pajjizna. Irridu nassikuraw ruhna li nwasslu l-messagg taghna bl-ahjar mod possibbli, izda minghajr ghajnuna finanzjarja, dan ma jkunx possibbli. Irridu nassikuraw ruhna li nkunu l-aktar partit ippreparat biex jirbah l-elezzjoni generali li jmiss.


Hu mehtieg li mhux biss il-messagg ikun tajjeb, izda li dan jasal b’mod effettiv, partikolarment lil dawk li ghadhom mhumiex decizi lil min ser jivvutaw, u lil dawk li ghadhom mhumiex konvinti mill-bidliet kbar li ghadda minnhom il-Partit.

Komunikazzjoni

Hemm bzonn li ninvestu aktar fit-teknologija tal-informatika u fir-ricerka.

Il-htiega li l-Partit ikun rilevanti u jkollu prezenza li tinhass fuq l-internet hi kbira, u dan kif rajna fl-elezzjoni li ghaddiet, fejn jehtieg li nkunu aggornati u fuq quddiem nett fuq dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni, li maz-zmien qed jassumu dejjem importanza akbar.

Dawn huma mezzi li bis-sahha taghhom il-messagg politiku tal-Partit jista’ jasal b’mod ferm effettiv lil sezzjonijiet partikolari ta’ l-elettorat.

Fl-ahharnett nixtieq niehu l-opportunità biex nirringrazzja minn qalbi lil kull min qed jghin u ghen fil-passat, grazzi lill-kumitati lokali kollha tal-Partit Laburista li ihabbtu bieb bieb f’kull rahal f’Malta u Ghawdex, ghall-hin li joffru bla waqfien biex jigbru l-fondi b’risq il-partit u li kieku ma kienx ghalihom, is-successi li naghmlu kull sena zgur li ma kinux ikunu possibbli.

Mexjin tajjeb u mexjin ’l quddiem, però l-hidma ma tista’ tieqaf qatt biex tabilhaqq il-Partit Laburista jkun il-Partit li jispira l-fiducja tal-maggoranza tal-poplu taghna biex jaghtih il-mandat elettorali biex imexxi lil pajjizna fis-snin li gejjin.

Nappella ghalhekk biex nhar il-Hamis 31 ta’ Marzu 2011 tattendu bi hgarkom ghal Maratona Gbir ta’ Fondi gewwa c-Centru Nazzjonali Laburista, u filwaqt li flimkien niccelebraw Jum il-Helsien, tgawdu u tiddevertu maghna fl-ispettaklu li ser jittella’ dakinhar, taghtu donazzjoni zghira u minn qalbkom, u fl-istess hin tkunu qed tghinu lill-Partit Laburista biex iwettaq il-progetti tieghu. L-ghotja taghkom hija investiment fil-poplu Malti u Ghawdxi kollu.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
16C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata