Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Gesu` u l-appostli jilbsu tal-ahhar moda

E-mail Print PDF
Share

"Nemmnu li l-istorja tal-passjoni ghadha relevanti ghal-llum il-gurnata" - Zghazagh Azzjoni Kattolika Birzebbuga

pegeant_zak_2011edHekk kif ghal darb' ohra qed noqorbu lejn il-festi tal-Gimgha l-Kbira, madwarna qed nibdew naraw diversi esibizzjonijiet marbuta ma` dawn il-festi religjuzi. Dawn l-esibizzjonijiet jiehdu hafna forom diversi, fosthom xeni statici tal-ahhar cena, purcissjonijiet bil-vari u l-kostumi, wirjiet ta' artiggjanat, kif ukoll drammi tal-passjoni. Wiehed jista` jghid li dawn il-festi, apparti r-rabta religjuza taghhom, saru wkoll parti mill-kultura taghna l-Maltin.

Izda minkejja l-popolarita` li l-Gimgha l-Kbira kisbet fost il-Maltin, xi whud m'ghadhomx japrezzaw daqstant l-attivitajiet marbuta maghha, sempliciment ghax ma jaraw xejn gdid fihom minn sena ghall-ohra. Ghalkemm il-forom tal-arti f'dawn il-festi huma kollha aprezzati ferm, izda xi whud forsi m'ghadhomx ihossu l-bzonn li jhallsu mizata, ckejkna kemm tkun ckejkna, biex jaraw l-istess xeni tas-sena ta' qabel.

Kien propju ghalhekk li z-zghazagh ta` ZAK Birzebbuga hargu b'idea innovativa ghal din is-sena- id-dramm Gesu` 2011. Propju bhal ma jissuggerixxi l-isem, dan id-dramm huwa wiehed modern ghall-ahhar, fejn Gesu`, l-appostli u dawk ta` madwaru jilbsu hwejjeg moderni ta' rockers u hippies, kollox tal-ahhar moda! Tkellimt ma` ANNMARIE BONNICI li ilha tihu sehem attiv f'dawn id-drammi ghal dawn l-ahhar snin, biex nifhem ezatt dan id-dramm partikolari f'hiex jikkonsisti.

Gesu` 2011 huwa dramm kompletament originali, jew addattament ta` xi dramm barrani?

Dan huwa dramm b'kitba u produzzjoni originali ghall-ahhar. Fil-fatt inkiteb minn Charles Falzon, wiehed mill-mexxejja ta` din l-Azzjoni. Minkejja li dan l-iskript ghandu mnaqqax fih diversi kant spiritwali maghruf, izda ahna ghamilniehom bi stil modern, u dan kollu sar bl-ghajnuna ta` Matthew Fenech u Carlo Fenech. Min-naha l-ohra, Genevieve Darmanin kienet inkarigata miz-zfin, filwaqt li l-kant ha hsiebu Chris Bonnici. Izda jkolli nghid li mpossibli nsemmi lil kulhadd, ghax hemm hafna kontributuri li taw ghajnuna siewja biex jittella` dan id-dramm, li ilna nahdmu bis-shih fuqu ghal dawn l-ahhar xhur.

Tahseb li l-ilbies modern ta` Kristu, l-appostli u l-karattri bibblici jistghu jkunu kontroversjali ghal dawk li huma konservattivi?

Le, ma nahsibx li ghandu ghalfejn ikun hemm xi tip ta' kontroversja. Nahseb huwa mod tajjeb ta` kif il-bniedem jista` jidhol fl-istorja tal-hajja ta' Kristu. Wara kollox, Gesu` ma giex ghan-nies tal-Lhudija biss, izda gie ghal kull post u ghal kull zmien. Dan kien l-ghan ta' karattri differenti;

li jkun hemm ghaqda bejn dak li gara fil-hajja ta' Kristu u bejn il-prezent. Filwaqt li uhud mill-karattri tradizzjonali bhal Pilatu, Guda, l-Madonna u l-Madalena se jkunu hemm, hafna karattri ohrajn ser jinghataw dehra kompletament differenti. Il-karattri kollha ha jkunu lebsin stil modern, u ser ikun hemm ukoll diversi karattri godda bhal ma huma dawk tad-Dawl u d-Dlam. F'dan id-dramm se naraw ukoll il-prezenza qawwija tan-nisa; fattur li ma tantx ikun prezenti fi drammi tradizzjonali.

Id-dramm tal-passjoni huwa biss wiehed mill-hafna attivitajiet li torganizzaw... x'inhu l-iskop ewlieni taghhom?

ZAK Birzebbuga tifforma parti mill-ghaqda nazzjonali ZAK Malta. Bhalissa qeghdin jattendu madwar 90 addoloxxenti u zghazagh f'din l-ghaqda, li huma mmexxija minn grupp ta' leaders li jahdmu b'mod volontarju. L-ghan ta` din l-organizzazzjoni hi li toffri liz-zghazagh ambjent tajjeb fejn ikunu jistghu jikbru u jizviluppaw it-talenti taghhom. Jinghataw attenzjoni specjali l-formazzjoni tal-karattru u l-ispiritwalita`, u fil-fatt ta` kull gimgha jsiru laqghat ma` dawn iz-zghzagh li jiffukaw fuq dawn iz-zewg aspetti. Fost il-hafna attivitajiet li norganizzaw matul is-sena hemm live-ins, mixjiet matul il-lejl, BBQs, treasure hunts u anki quddiesa animata.

Gesu` 2011 ser tittella' nhar is-Sibt 9 u l-Hadd 10 t'April, fis-7.30 ta' filghaxija fis-Sala tal-Iskola Primarja gewwa Birzebbuga. Il-biljetti, li jiswew biss €5, jistghu jinxtraw billi wiehed icempel fuq 79270902. Il-flus li jingabru minn dan id-dramm ikomplu jghinu lil din l-ghaqda volontarja biex tisskokta bix-xoghol siewi taghha maz-zghazagh u l-addoloxxenti.

 

 

Kummenti (1)Add Comment
Messagg modern
Minn Bernard Micallef, April 10, 2011
Pageant sabiha immens. Originali, b'muzika u kant mill-aqwa, u rectar u zfin espressiv. Ghandha wkoll messagg pozittiv hafna, li jghinek tifhem ahjar il-missjoni ta' Kristu f'din id-dinja, missjoni li ghada ghaddejja sal-lum. Prosit kbira lil ZAK Birzebbuga!
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
16C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata