Minn RENÈ MONSEIGNEUR awtur tal-pubblikazzjoni gdida tal-SKS: Iz-Zghazagh fil-Partit Laburista
Nofs seklu ghadda bhal lehha ta’ berqa min fuq dawn il-grajjiet: grajjiet li hallew sinjali evidenti fuq l-istorja taghna; grajjiet li hallew griehi fondi li ghadhom ma fiqux. Bir-rebha tal-Partit Laburista fl-elezzjoni tal-1955, bir-Referendum tal-Integration u bl-irvellijiet ta’ April 1958, beda jberraq fir-relazzjonijiet bejn il-Kurja u l-PL u li kellhom jwasslu ghall-konflitt politiku-religjuz tas-snin sittin.
Fil-Pastorali tar-Randan tal-21 ta’ Frar 1960, l-Isqfijiet sostnew li “l-velenu socjalista diehel gmielu specjalment fost certi zghazagh”.
Huma sahqu li “hadd ma jista’ fl-istess hin ikun Kattoliku sincier u Socjalista fil-veru sens tal-kelma.” Ghall-kliem daqstant iebes kien hemm it-twegiba tal-Ghaqda Zghazagh Laburisti fil-harga tal-gazzetta tal-GhZL, The Struggle, bl-editur Lorry Sant. Ta’ dan, nhar id-9 ta’ April, Lorry Sant inghata l-piena tal-interdett.
Delegazzjoni Laburista atten-diet ghall-laqgha tal-AAPSO – organizzazzjoni li kienet tissielet il-Kolonjalizmu. Dan gibed l-ghadab tal-Partiti ‘Ta’ Taht l-Umbrella’, li stqarrew lealtà lejn il-Kurja u tal-gurnal ekklezjastiku Lehen is-Sewwa.
Fil-Pastorali tar-Randan saret kritika harxa kontra l-affiljazzjoni tal-PL mas-Socialist International u mal-AAPSO, li tpingiet bhala organizzazzjoni Komunista u ghadu tar-religjon Kattolika. Il-PL intalab biex “jirtira mis-Socialist International u l-GhZL mill-International Union of Social Youth.
Il-PL fisser li l-ghan tieghu hu l-kisba tal-Indipendenza tassew mill-hakkiem barrani u kkundanna l-agir tal-Arcisqof Gonzi bhala persuna privata u li holoq xkiel ghall-pajjiz fil-mixja tieghu lejn l-Indipen-denza.
Il-Kurja qalet li jekk l-Ezekuttiv tal-PL ma kienx se jaghmel apologija pubblika, kien se jinghata l-interdett. L-Ezekuttiv wiegeb li qabel ikun jista’ jirrispondi, ried isegwi process demokratiku u jmur quddiem il-Konferenza Generali.
It-twegiba ma gietx accettata mill-Kurja u fit-8 ta’ April 1961 gharrfet lill-Agent Segretarju tal-PL, Joe Zerafa li, wara li l-Ezekuttiv sejjah Konferenza Generali, minflok irtira l-istqarrija tal-politika, l-Isqfijiet imponew l-Interdett fuq il-membri tal-Ezekuttiv tal-PL. Il-Konferenza Generali ltaqghet l-ghada tal-Interdett. Id-delegati approvaw l-istqarrija tal-politika tal-PL, u sostnew li l-istqarrija ma kien fiha xejn li l-pubbliku ma jafx u li l-indhil tal-Isqfijiet kien biss wiehed politiku.
Bdew jinzammu bosta pur-cissjonijiet, kortej u pellegrinaggi, bil-kampanji kontra l-PL mill-gazzetti u minn fuq il-pulpti, ssoktaw jihraxu hekk kif bdiet toqrob l-elezzjoni tal-1962. L-aktar zewg grajjiet li jibqghu mfakkra b’dieqa huma l-meetings f’Birkirkara u f’Ghawdex. Tal-ewwel ghall-hornijiet, sfafar u b’daqq ta’ qniepen bl-ghan li jisfrattaw id-diskorsi tal-kelliema u t-tieni sahansitra kkaratterizzat minn incidenti u vjolenza fuq il-partitarji Laburisti.
Il-Kurja kkundannat l-offizi kontra l-Arcisqof, l-appogg lill-mexxejja tal-PL, kull kitba, qari u bejgh ta’ Il-Helsien, il-Voice of Malta, u The Whip, filwaqt li hadd ma seta’ jikkritika xi direttiva tal-Kurja. F’anqas min 30 sena rega’ fegg id-dnub il-mejjet fix-xena politika.
Bla ma jgeddulek il-bulettin, kont tisfa eskluz mis-Sagramenti: imcahhad mit-tqarbin, bla assoluzzjoni fil-qrar u bla tberik ta’ darek fi zmien l-Ghid. Min kien ta’ fehma Laburista ma setax joqghod parrinu; l-ulied li twieldu f’interdett beda jitnizzel hdejn isimhom bil-Latin: ‘missierhom interdettjat’. Ghal dawk li kienu bl-interdett, iz-zwieg taghhom kien isir bil-mohbi fis-Sagristija. Din il-kefrija lahqet il-quccata fic-cahda tal-grizma tal-morda u d-dfin f’art mhux ikkonsagrata, maghrufa bhala ‘Il-Mizbla’.
Fuq l-ghatba tal-elezzjoni ta’ ‘Frar l-iswed’ fl-1962, l-kampanja kontra l-PL hraxet. Il- Pastorali dwar l-elezzjonijiet wissiet li kulhadd kellu d-dmir li bil-vot jghin il-partiti li kienu ta’ sostenn ghall-Knisja u kontra l-politika antikattolika u socjalista tal-PL.
Saret laqgha mal-konfessuri li matulha, taht piena ta’ skomunika, gie ordnat biex jistaqsu lill-penitenti jekk kinux se jivvutaw ’il-PL, u f’liema kaz jirrifjutawlhom l-assoluzzjoni.
Wara li waslet fi tmiemha wahda mill-aktar elezzjonijiet mudlama, issoktat il-mixja lejn l-Indipendenza. Matul ir-referendum ghall-Indipendenza, il-PL safa ccensurat mill-mezzi tax-xandir u Lorry Sant kellu jwassal il-messagg tal-PL fuq ir-radju mill-Egittu.
Fir-referendum tal-Indipen-denza, il-Kurja zammet lura milli tohrog direttivi formali u f’cirkulari habbret li “l-kwistjoni tal-Indipendenza, minnha nfisha hija kwistjoni politika li fiha l-Knisja ma tindahalx”.
Ghalkemm ma sarux stqarrijiet ufficjali dwar kif jivvutaw il-fidili, xorta thaddmet kampanja ta’ pressjoni sottili ghall-vot favur il-Kostituzzjoni l-gdida.
Il-vot ahhari kien favur l-Indipendenza, ghalkemm kiseb biss il-maggoranza relattiva ta’ 42% tal-elettorat. Il-kisba tal-Indipendenza waslet fil-21 ta’ Settembru 1964, izda dan l-avveniment ma sehhx wahdu. Bla mistenni u minghajr ma kien hemm tibdil fit-twemmin tal-PL, il-Kurja habbret it-tnehhija tal-interdett fuq l-Ezekuttiv tal-PL u dak fuq Lorry Sant.
Fi klima politika li setghat tidher ferm aktar favorevoli, bdiet toqrob l-Elezzjoni tal-1966. Beda johrog car li l-elezzjoni regghat ma kinitx se tkun hielsa minn indhil tal-Kurja. Il-Pastorali tal-elezzjoni fakkret li t-tilwima politiko-religjuza kienet ghadha ma ntemmitx u regghat fethet front kontra l-PL.
Filwaqt li l-interdett kien tnehha, id-dnub fuq min jivvota lill-PL u fuq min jikteb, jaqra jew jirriklama fil-gurnali Laburista kien ghadu fis-sehh. Ghal darba ohra l-PN rebah l-elezzjoni bil-PL jirnexxilu jkabbar l-appogg tieghu.
Il-kwistjoni kellha zvolta importanti ma’ tmiem l-elezzjoni. Il-Kurja bdiet tappella ghall-ghaqda tal-poplu u bdew jigu rtirati l-mizuri tad-dnub il-mejjet minn fuq il-gazzetti Laburisti u tad-dfin fic-cimiterji. Id-diskussjonijiet komplew bit-tmiem tal-kwistjoni waslet biss fl-4 ta’ April 1969. Nhar il-Gimgha l-Kbira gie ffirmat dokument storiku biex qatt ma jerga’ jkun hemm indhil jew dnub il-mejjet fl-elezzjonijiet.
Kellhom jghaddu disa’ snin sabiex dan il-kapitlu iswed tal-istorja ta’ pajjizna jasal fi tmiemu.
L-istorja kollha tal-interdett, ritratti unici, id-dokumenti kollha dwar l-interdett ippubblikati ghall-ewwel darba u l-korrispondenza bejn l-Ghaqda Zghazagh Laburisti u l-Kurja, fil-ktieb il-gdid Iz-Zghazagh fil-Partit Laburista, ricerka u kitba ta’ Renè Monseigneur, pubblikazzjoni SKS. Gabra tas-sittin sena storja tal-Forum Zghazagh Laburisti u l-istorja tal-Partit Laburista, ghall-bejgh fl-attivitajiet tal-Ewwel ta’ Mejju.

| < Prev | Next > |
|---|






