Saturday, 23 April 2011 15:19
Ritianne Agius
Share
Il-Hadd li ghadda Manwel Dimech jaghlaq 90 sena mill-mewt tieghu fl-ezilju, gewwa Lixandra, l-Egittu, ‘l boghod minn pajjizu u ‘l boghod minn familtu, Dimech miet itturufnat minhabba l-principji li kien jemmen fihom. Kienu principji li ma nizlux tajjeb mal-awtoritajiet oppressivi ta’ dak iz-zmien - primarjament mal-Imperu Ingliz u mal-Knisja Maltija. Bla dubju, bil-filosfija tieghu, Dimech kien krucjali biex ta zvolta lill-istorja ta’ pajjizna. Illum, 90 sena wara, wiehed jistaqsi jekk kliem Dimech ghadux jidwi fil-prezent, u fuq kollox, jekk dan hux qed jinghata widen.
RITIANNE AGIUS iltaqghet ma’ FR MARK MONTEBELLO biex titkixxef izjed dwar dan il-personagg kbir, u forsi tikseb twegiba ghal dawn il-mistoqsijiet fundamentali.
Bir-ricerka estensiva tieghek, nimmagina li sirt taf lil Dimech mill-qrib, kwazi qisek iltqajt mieghu. Min kien Manwel Dimech bhala persuna?
Bhala persuna Manwel Dimech kien ta’ karattru helu hafna; kien fabbli, simpatiku hafna, u jekk tiltaqa’ mieghu probabbli ma kontx tinduna li fih hemm ggant. Min kien jiltaqa’ mieghu, l-ewwel kien jingibed lejn il-personalità tieghu. Izda Dimech f’mohhu ma kienx ihares biss fuq il-qoxra tal-affarijiet, imma jinzel iktar fil-fond. Kien ihares lejn il-persuni bhala nies li minn gewwa jew kienu hielsa, inkella mjassra, u dejjem sottomessi li jibqghu minn taht. Dawn kienu n-nies tal-faxxa l-baxxa.
Haddiehor, il-faxxa taparsi gholja, li kienu l-Inglizi jew il-hbieb taghhom, ma kienux iharsu lejn Dimech bl-istess mod bhal dawk tal-faxxa l-baxxa.
Dawn kienu jaraw lil Dimech bhala caccarun, kriminali (kien il-habs hafna drabi) u bniedem tal-poplu minghajr ebda potenzjal. Ma kienux jinteressaw ruhhom fil-filosofija tieghu jew f’dak li kien jipprova jghid. Kellhom pregudizzju ghami kontrih, bhal ma kellhom pregudizzju kontra l-poplu kollu l-‘baxx’.
Ghalihom il-poplu l-baxx lanqas biss kien parti mill-poplu, ghax huma meta kienu jitkellmu fuq ‘il popolo’ jew ‘la patria’, kienu jirreferu biss ghan-nobbli u ghll-faxxa l-gholja. Izda Dimech, meta juza l-kelma poplu kien jinkludi lil kulhadd, u f’dan l-aspett huwa kien jemmen hafna fl-ugwaljanza.
Dimech kien fabbli u ferriehi, anki mall-familja tieghu. Kien joqghod jisma’ lil kulhadd, izda fl-istess kien bniedem b’energija tremenda, il-hin kollu fuq il-molol, sejjer min hawn ghal hemm. U mohhu dejjem irembel u jahseb. Hija xi haga impressjonanti kif kien jahdem mohh Dimech.
Izda x’kien li gibdek lejn dan il-personagg tant li ddedikajt daqshekk hin u energija biex issir tafu u twasslu lil haddiehor?
Ir-raguni principali hija li Dimech huwa l-persuna li fih ihaddan it-tamiet, ir-realtajiet, u fl-istess hin it-tbatijiet tal-poplu Malti fil-bidu tas-seklu ghoxrin, u ghalhekk jista’ jitqies bhala l-personifikazzjoni taghhom.
Gie mix-xejn, anzi aghar mix-xejn, u sar statura monumentaali. U l-process ta’ dan kollu hija l-filosofija tieghu, l-valuri tieghu li jghoddu sallum. Kienu jghoddu ghalih u ghan-nies, u ghadhom jghoddu sallum.
F’hiex tikkonsisti din il-filosofija ta’ Dimech, u b’liema mod ghadha relevanti sallum?
Il-filosofija ta’ Dimech fiha sistema, u ghalhekk insejhulha filosofija, imma fiha wkoll applikazzjonijiet. Dawn l-applikazzjonijiet forsi wiehed lanqas jobsor li huma marbutin ma’ sistema. Ezempju ta’ dawn l-applikazzjonijiet huwa wiehed semplici: meta Dimech kontinwament kien jitkellem kontra l-ismijiet tat-toroq bl-Ingliz. Huwa kien jghid li ahna Maltin, u ghalhekk kellu jkollna ismijiet bil-Malti. Ir-raguni ghal dan ma kinitx sempliciment ghall-lingwa Maltija, imma biex in-nies ikollhom rispett lejhom infushom. L-istess kienu l-ismijiet tat-tfal bl-Ingliz, ghax hemmhekk kien jilmah kif il-poplu qed jimita lil min qed jahkmu.
Dimech gej minn familja ta’ artisti, u ghad ghandna hafna statwi tal-familja tieghu madwar Malta. Jekk tmur il-Belt fejn il-Prim Ministru ghamel l-ilma jizfen f’Misrah San Gorg, tara l-arma tal-Imperu Ingliz li hija maghmula mill-familja ta’ Dimech. Hemm statwi ohra bhal San Pubbliju l-Furjana u l-Bambina tal-Isla, li wkoll maghmulin minnhom.
Dimech ukoll kellu potenzjal artistiku, imma ma setax johrog minhabba l-limitazzjonijiet politici, ekonomici u religjuzi ta’ zmienu. Dimech ried jirbah dawn il-limitazzjonijiet, li hu kien isejhilhom xkilijiet, biex jizviluppa ruhu.
Dan l-istess mudell huwa rah fuq il-poplu. Fil-fatt Dimech kien jghid “Hazin min jghid li l-poplu fqir, ghax il-poplu m’huwiex fqir, imma mfaqqar.” Il-poplu mfaqqar ghax ma jistax jikseb id-dinjità u r-rispett tieghu nnifsu minhabba li hemm strutturi politici, ekonomici, socjali u religjuzi li qeghdin jassruh. Il-filosofija ta’ Dimech kienet li jirbah dawn il-limitazzjonijet biex il-poplu jkollu dak kollu li kien nieqes minnu, u li kien tieghu bi dritt. Din hija filosofija li tghodd ghalina lkoll illum, biex nirbhu kull tip ta’ jasar mentali, affettiv, politiku, ekonomiku, socjali u religjuz u nkunu hielsa. Dan huwa l-ghan tal-filosofija ta’ Dimech.
Minn zmien Dimech ‘l hawn ghaddew 90 sena, izda dawn l-istrutturi oppressivi nbidlu?
L-istrutturi ta’ opressjoni ghadhom l-istess minn zmien Kristu sallum. Dejjem ghandek hidma li m’hix trasparenti. F’dan Dimech kien modern hafna, ghax kien jemmen fl-access shih tal-informazzjoni li tista’ temancipa lin-nies. Din l-informazzjoni emancipatorja Dimech isejhilha ‘dawl’. Ghalhekk huwa dejjem jghid “Aghtu d-dawl lin-nies”.
Min-naha l-ohra d-dlam huwa informazzjoni li thalli lin-nies zghar u fil-jasar. Ezempju; jekk inti tghidli “Taf xi trid taghmel biex issolvi l-problemi li ghandek fiz-zwieg tieghek? Nigi nberiklek id-dar!” Dik hija informazzjoni, imma informazzjoni ta’ jasar, ghax iz-zwieg ma jissolvix bit-tberik. Affarijiet bhal dawn huma d-dlam; meta int ghandek informazzjoni gejja, imma m’hix informazzjoni li tkabbrek, imma informazzjoni li thallik injorant. U dik l-injoranza hija jasar.
L-istruttura hija dejjem l-istess - thalli lin-nies ma jafux kollox, ghax jekk isiru jafu kollox, iwarrbu lill-istruttura. Thalli lin-nies bl-impressjonijiet. Ezempju, jien nista’ naghti l-impressjoni li l-Qorti hija dejjem gusta, li hija l-paladin tal-gustizzja f’Malta. Jekk in-nies jemmnu fiha dik, il-Qorti tkun tista’ taghmel li trid. Nista’ naghti l-impressjoni, li jien, Fr Mark, ragel tajjeb u ta’ karità, u jekk in-nies jibdew jemmnu f’dik l-impressjoni, jien nista’ naghmel li rrid. Meta ahna npoggu l-fiducja taghna ghamja f’xi hadd, dik hija ricetta tal-isfruttament. Din il-persuna tista’ tkun il-Papa, jista’ jkun Kap ta’ Gvern, Kap tal-Oppozizzjoni, tista’ tkun omm innifisha, ghax dak ifisser li f’xi hin din il-persuna ha tabbuza mill-fiducja li tajtha.
F’dan kollu s-socjalizmu ghadu ma ssemmiex. Tahseb li nistghu nsejjhu lil Dimech bhala Socjalist?
Skont b’liema mod. Ghandek hafna tipi ta’ socjalizmu, u s-socjalizmu li kien jaf hu ma kienx joghgbu. Fil-fatt is-socjalizmu li kien jaf bih hu kien isejjahlu ‘serq’. Jekk inti tiehu fergha iktar wiesgha, f’certu sens Dimech jista jissejjah socjalist, però biss f’certu sens. Ghandek socjalisti li ghandhom politika socjali u ekonomika li hija awtoritarja u li toqrob lejn il-kollettivizmu u anki lejn id-dittatorjat, u dan Dimech ma kienx jaqbel mieghu.
Imbaghad ghandek socjalizmu li huwa iktar liberali, li jersaq lejn il-liberalizmu, u dak Dimech kien jaqbel mieghu. F’dan l-aspett nistghu nghidu li Dimech kien socjalist liberali estrem, ghax ried ibiddel sahansitra l-istrutturi. Imma s-socjalizmu li qed jigi prattikat illum f’pajjizna Dimech ma nahsibx li kien jaqbel daqstant mieghu, sempliciment ghax m’huwiex socjalizmu li jbiddel l-istrutturi li qed jaghsru lin-nies.
Jekk thares lejn il-principji ekonomici u socjali tal-Partit Nazzjonalista, minn zmien Eddie Fenech Adami sa zmien Lawrence Gonzi, tara li dawn l-oqsma ddeterjoraw. Min-naha l-ohra, jekk thares lejn il-Partit Laburista minn zmien Dom Mintoff sa Joseph Muscat, tara li dan mexa ‘l boghod minn socjalizmu awtoritarju u resaq iktar qrib lejn socjalizmu liberali. Probabbli li l-GWU u l-Alternattiva bhalissa huma iktar qrib lejn il-filosofija ta’ Dimech, filwaqt li l-PL bhalissa ghandu pozizzjoni iktar centrista u l-PN jinsab izjed ‘il boghod.
F’essay intitolata ‘Lejn Socjalizmu Sinjifikanti u Relevanti’, inti ghidt li “is-socjalizmu Malti tallum ghandu jieqaf jilghab f’idejn haddiehor”. X’ridt tfisser ezattament?
Din hija xi haga li nistghu nitghallmu minghand Dimech. Dimech kien ‘spiritwalment safi’, u dan ifisser, kif qal kemm il-darba hu stess, li ma jinxtarax: “l-agenda naghmilha jien, u mhux taghmilieli int!” Dik kienet dejjem it-tattika tal-Inglizi u ta’ kull oppressur, li jippruvaw jiddettaw l-agenda socjali u ekonomika, u dik hija xi haga li Dimech ma kienx jaqbel maghha.
Fl-opinjoni tieghi il-partiti politici ghandu jkollhom agenda taghhom li ma tkunx iddettata jew influwenzata minn terzi. Il-partiti ghandhom ikollhom pozizzjoni cara skont il-principji politici li jhaddnu, u skont l-ebda principji ohra. Izda mbaghad nifhem li meta wiehed jiehu certu pozizzjonijiet progressivi li jitqiesu estremi, bhal perezempju johrog jghid li huwa favur iz-zwieg bejn l-omosesswali, ibqa’ cert li dan il-partit jispicca biex jitlef l-elezzjoni.
Huwa ghalhekk li s-socjalizmu ghandu d-dmir li jeduka, u dan proprju ghaliex is-socjalizmu minn dejjem kien skola. F’dan is-sens nara kif Dom Mintoff u s-sistema tieghu tista’ tghin iktar lill-Partit Laburista llum il-gurnata, u dan ghaliex Mintoff kien ghalliem.
Mintoff kien imur il-pjazza u jghallem lin-nies, kien jghallem fil-meetings, u xi kultant kien jiehu izjed minn meeting wiehed. Izda fl-ahhar, meta n-nies ikunu lesti, kien johrog bil-proposta. Socjalisti ta’ statura kbira bhal Lenin, Gandhi, Dalai Lama, Martin Luther King, dawn kollha kienu jghallmu kontinwament, biex imbaghad il-proposti li johrgu bihom, ikunu jaghmlu sens. Jekk is-socjalizmu, anki llum, mhux se jkun skola, allura mhu se jkun xejn.
B’liema mod Manwel Dimech huwa differenti minn intelletwali ohra? X’inhi dik il-haga li taghmlu daqshekk uniku?
Manwel Dimech huwa uniku fl-istorja tal-filosofija ta’ pajjizna, ghax holoq filosofija hu stess, u mhux mexa fuq ta’ haddiehor. Il-filosofija hareg biha sforz il-limitazzjonijiet li kellu u t-tbatijiet li kien ghaddej minnhom. Hu ma kellux edukazzjoni, u ghalhekk qatt ma seta’ jimxi fuq il-filosofija ta’ haddiehor, ghax ma kien jaf b’xejn. L-ikbar intelletwali ta’ pajjizna kollha applikaw il-filosofija li kienet diga tezisti, imma Dimech le. U ghalhekk jien inqisu bhala l-ikbar Malti li qatt kellna.
Dimech lanqas biss qatt mar gurnata wahda l-iskola, u sa tlettax-il sena lanqas kien jaf jikteb u jaqra. Ghalih dan kienet impossibli li jaghmel success f’hajtu, ghax ma kien jaf assolutament xejn. Jekk thares lejn Mikiel Anton Vassalli, Gorg Preca, Dom Mintoff, dawn kollha hadu edukazzjoni tajba li tathom spinta kbira ‘l quddiem.
Imma Dimech trabba fil-faqar, fl-injoranza u fil-kriminalità.
Biss biss kien ghaxar darbiet go Kordin. Dimech kien genju, imbuttat biss mic-cirkostanzi ta’ hajtu. Fil-fatt l-ikbar gid li sarlu kien fl-iktar mumenti iebsa ta’ hajtu. Meta kien il-habs, f’periklu mortali kontinwu, Dimech hareg u sploda bil-qawwa.
Dimech beda taht ix-xejn, u spicca eziljat u maqtul martri. Li kieku ntefa’ jibki go rokna, ukoll konna nghidu “Xi bniedem kien!”, imma terga’ Dimech m’ghamilx hekk. Mhux talli hadem u stinka ghall-gid tieghu nnifsu, imma hadem ukoll ghal dawk ta’ madwaru.
Wara mewtu, il-ftit dixxipli tieghu komplew jahdmu u hargu fit-tletinijiet fil-Partit Laburista. Fil-fatt, il-manifest taghhom kien jghid hekk: “Missierna Manwel Dimech, ahna uliedu. Dimech zera, ahna inkabbru”.
Lil Dimech il-Knisja ghadha sal-llum ma hafritlux! Il-Knisja kienet kawza diretta ta’ hafna mill-hsara li Dimech garrab f’hajtu, u indirettament kienet ukoll responsabbli tal-ezilju u tal-mewt tieghu. Dak iz-zmien il-Knisja kienet kollox f’Malta, u sallum ghadha ma talbitx apologija fil-kaz tieghu.