Haddiema ingaggjati minn agenziji u korporazzjonijiet pubblici fuq kuntratti ta’ self-employed
Diversi agenziji tal-gvern u korporazzjonijiet pubblici qeghdin jirrikorru ghall-prattika abbuziva li flok ma jingaggjaw haddiema fuq kuntratt ta’ impjieg, qeghdin jingaggjawhom bhala self-employed u b’hekk icahhduhom minn diversi beneficcji taht il-ligi tax-xoghol u l-ligijiet socjali.
Filwaqt li din il-prattika abbuziva hija mifruxa sew fis-settur privat, fix-xhur u s-snin li ghaddew kien il-Gvern innifsu permezz tal-agenziji u l-korporazzjonijiet tieghu, li irrikorra ghaliha biex numru ta’ haddiema jigu mcahhda mill-protezzjoni li suppost taghtihom il-ligi.
Il-gazzetta Kullhadd ippruvat tikseb informazzjoni dettaljata dwar kemm huma l-kazijiet ta’ persuni self-employed li huma ingaggjati minn dipartimenti, agenziji u korporazzjonijiet tal-gvern li effettivament qeghdin jaghmlu xoghol li normalment isir minn impjegati, imma din l-informazzjoni baqghet ma nghatatx mill-Gvern.
Madankollu huwa fatt maghruf illi din il-prattika hija wahda mifruxa sew u qeghdin jirrikorru ghaliha diversi agenziji u korporazzjonijiet pubblici.
Mitlub jikkumenta dwar dan il-fenomenu, is-Segretarju Generali tal-GWU Tony zarb, qal illi l-Unjin ghandha informazzjoni li sahansitra anki l-Korporazzjoni ghax-Xoghol u t-Tahrig qed tirrikorri ghal din il-prattika li thaddem haddiema fuq kuntratt ta’ self-employed.
Sadanittant Noel Vella, Direttur tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg, qal illi Il-Gvern irid li din il-prattika tinqata’ għaliex, fost ohrajn, ma jkunx gust li l-ħaddiema jkollhom iħallsu l-kontribuzzjoni tas-sigurtà socjali huma personalment, flok min ihaddimhom. Dr. Vella qal illi ghalkemm min qed jimpjega persuni bhala self-employed, teknikament mhux qed jikser il-ligi, il-Gvern irid li din il-prattika ma tibqax aktar u qed jiehu diversi passi.
Noel Vella qal illi ghalhekk id-Dipartiment ghar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjieg (DIER) qed jaghmel minn kollox biex jindirizza din is-sitwazzjoni u biex jaghlaq il-loop-holes kollha li jistghu jezistu.
Qed jiġi propost li fil-kaz ta’ kuntratti marbutin ma’ tindif, kura u servizzi ta’ sigurtà, dawn ma jithallewx jaghmlu sub-contracting u allura l-impjegati iridu jkunu kollha impjegati mal-kuntrattur li jirbah il-kuntratt.
Kull meta jirrizultaw irregolaritajiet fl-impjieg tal-haddiema, id-DIER jinsisti mal-principali tal-postijiet tax-xoghol in kwistjoni biex jirrispettaw dak illi tghid il-ligi u kwalunkwe drittijiet ohra marbuta mal-istess impjieg.
Madankollu Dr. Vella ma qalx se jaghmel il-Gvern fejn jirrizulta li agenziji u korporazzjonijiet tieghu stess qeghdin jirrikorru ghal din il-prattika sal-punt li jezistu sitwazzjonijiet fejn qeghdin jigu ngaggjati fuq kuntratt ta’ self-employed fuq xoghol li normalment isir minn impjegati.

| < Prev | Next > |
|---|






