Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Bondiplus jerga’ jinstab hati ta’ zbilanc fil-konfront tal-PL

E-mail Print PDF
Share

bondi_lou_2_tajjebL-Awtorità tghid illi Bondi “naqas mill-etika gurnalistika”

L-Awtorità tax-Xandir ghal darb’ohra sabet il-programm Bondiplus hati ta’ zbilanc fil-konfront tal-Partit Laburista. Fid-decizjoni taghha, l-Awtorità tax-Xandir qalet li Lou Bondi “naqas mill-etika gurnalistika.”


Il-Partit Laburista lmenta dwar Bondiplus tal-20 ta’ Dicembru 2010 fejn  kien tratta l-kwistjoni tal-paga doppja u l-onorarja tal-Membri Parlamentari. Il-Partit Laburista lmenta li l-intervisti u features li xxandru waqt il-programm holqu zbilanc u saru allegazzjonijiet skorretti u inveritieri.


L-Awtorità sabet zbilanc f’intervista li xxandret tal-Whip tal-PN David Agius. Huwa ghamel allegazzjonijiet fuq deputati Laburisti minghajr ma ntalbet reazzjoni ghall-allegazzjonijiet invertieri li saru. L-Awtorità qalet li “jirrizulta li l-intervista ma’ David Agius kienet irrekordjata u ghalhekk il-produttur kellu l-hin kollu ghad-dispozizzjoni tieghu biex igib reazzjoni tal-persuni imsemmija fil-feature, madankollu dan hass li ma kellux bzonn.”


B’hekk, l-Awtorità tkompli tghid li: “l-etika gurnalistika titlob li l-istazzjon jaghmel hiltu kollha biex jottjeni tali reazzjoni sabiex ikun jista’ jwassal lit-telespettaturi rapport komprensiv u bilancjat, u l-fatt li dawn ma wegbux e-mail tal-produzzjoni ma kienx jiggustifika l-agir tal-istazzjon.


In vista ta’ dawn il-kosiderazzjonijiet, l-Awtorità iddecidiet li f’dan il-kaz l-ilment tal-Partit Laburista kien gustifikat.”
Fl-istess programm saret intervista ma’ zaghzugh li ghamel allegazzjonijiet fil-konfront tad-deputat Laburista Owen Bonnici. Anke hawn minkejja li l-intervista kienet irrekordjata, l-producer ma hax reazzjoni ghall-allegazzjonijiet inveritieri li saru. Imma f’dan il-kaz l-Awtorità sostniet li tali zbilanc kien gie rrimedjat minhabba li Owen Bonnici kien inghata d-dritt ghal risposta ai termini tal-ligi waqt edizzjoni successiva.


Ta’ min ifakkar li dan l-ilment kien sar biss ftit tal-jiem wara li fis-6 ta’ Dicembru, Bondiplus kien digà instab hati ta’ zbilanc mill-aktar gravi fejn sahansitra l-Awtorità kienet qalet li Bondi ma kienx mexa b’mod professjonali u akkuzatu bi zbilanc kontra l-PL.

Dan jikkonferma t-thassib ta’ hafna li ghad hemm zbilanc sistematiku u repetittiv fil-konfront tal-Partit Laburista fuq l-istazzjon nazzjonali.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
16C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata