L-Ewwel ta’ Mejju
Ghall-ewwel ma beda jigi ccelebrat l-Ewwel ta’ Mejju fis-snin ghoxrin, il-hsieb ta’ dawk li f’dan il-jum kienu jiltaqghu biex isemmghu lehinhom flimkien, kien li joholmu f’socjetà ahjar, u jharsu -il boghod lejn dak iz-zmien meta l-haddiema permezz tas-solidarjetà ta’ bejniethom, setghu jtejjbu l-qaghda socjali taghhom, partikolarment il-kundizzjonijiet tax-xoghol.
Imbaghad bil-migja tad-demokrazija rapprezentattiva, permezz tat-trejd-unjins u tal-partiti laburisti li hargu minn go hdanhom, dawk li jghixu mill-hidma u l-bzulija tax-xoghol taghhom, bdew itejbu l-qaghda ekonomika u socjali taghhom. Dawk li kienu johorgu bi hgarhom biex ifakkru l-Ewwel ta’ Mejju, kienu jifirhu b’dak li kisbu t-trejd-unjins u l-partiti laburisti f’isimhom, kif ukoll biex jissudaw fil-fehma taghhom illi kien ghad fadal triq twila quddiemhom halli kull minn jaqla’ l-ghijxien tieghu mill-bzulija ta’ hidmietu, jkollu d-dinjità u l-harsien li jixraqlu.
Ghamilna snin twal f’pajjizna niltaqghu fl-Ewwel ta’ Mejju biex niccelebraw konkwista wara l-ohra li gabu fl-interess taghna u ta’ uliedna, il-Partit Laburista u l-General Workers Union.
Sfortunatament imma minn xi snin ilu ‘l hawn, l-Ewwel ta’ Mejju mhux biss sar ifakkarna f’dak li rbahna matul is-snin, imma qed jithilna ghajnejna wkoll dwar dak li tlifna.
Il-prekarjetà, it-tnaqqir u tnawwir tal-kundizzjonijiet tax-xoghol, l-isfruttament, il-guffagni fil-prattici tax-xoghol kif imhaddma minn certi employers irresponsabbli, saru parti mir-realtà tal-hajja ta’ kuljum. F’sitwazzjoni fejn il-qaghda socjali u ekonomika tal-parti l-kbira tal-Maltin u l-Ghawdxin, ghal ragunijiet varji, qed tmur lura flok ‘il quddiem, l-Ewwel ta’ Mejju jerga’ jassumi r-relevanza tieghu daqs u aktar minn qatt qabel…li nergghu noholmu f’pajjiz ahjar, fl-ghaqda hemm is-sahha u li flimkien naslu.
Niltaqghu l-Hamrun, illum wara nofsinhar.

| < Prev | Next > |
|---|






