Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Sfida qawwija ghal Malta f’Liechtenstein

E-mail Print PDF
Share

liechtensteinmascotsGhalkemm issoltu c-cerimonja ufficjali tkun dik l-attività li taghti bidu ghal kollox, minhabba restrizzjonijiet ta’ fixtures, din is-sena qabel ic-cerimonja se jkun digà beda l-loghob, bl-ewwel tim Malti li jidhol fl-azzjoni jkun dak femminili tal-isquash.
Il-mistoqsija ta’ hafna Maltin qabel jibdew dawn il-kompetizzjonijiet, tkun dejjem kemm pajjizna se jirnexxielu jikseb medalji. Izda ghall-edizzjoni ta’ din is-sena wiehed irid izomm saqajh mal-art. Dan ghaliex wara l-edizzjoni ta’ Cipru, tnehhew tliet dixxiplini importanti ghal Malta. Dawn huma l-clay shooting, is-sailing, u l-basketball.

Sentejn ilu, l-unici tliet medalji tad-deheb li kien kiseb pajjizna, kienu f’dawn it-tliet dixxiplini sportivi. B’kollox f’dawn it-tliet dixxiplini Malta kienet kisbet tliet medalji tad-deheb, tnejn tal-fidda u wahda bronz. Fl-edizzjoni ta’ sentejn ilu f’Cipru, b’kollox Malta kienet kisbet 21 medalja.

KullHadd huwa nfurmat li ghall-ewwel darba, l-kontingent Malti mhux se jkun qieghed isiefer f’daqqa. L-ewwel grupp se jhalli pajjizna nhar is-Sibt, segwit mit-tieni grupp nhar il-Hadd, u l-ahhar grupp jasal Liechtenstein nhar it-Tnejn stess. Jidher li dwar din il-kwistjoni kien hemm xi limitazzjonijiet min-naha tal-Air Malta.

Il-kontingent kollu Malti se jkun residenti fl-Awstrija u mhux f’Liechtenstein minhabba nuqqas ta’ facilitajiet f’dan il-post. Madankollu l-Maltin se jkunu biss ghaxar minuti ’l boghod minn dan il-pajjiz.

KullHadd talab il-kummenti tax-Chef de Mission tal-kontingent Malti f’Liechtenstein, Mark Cutajar, dwar x’inhuma l-aspettattivi tal-Kumitat Olimpiku Malti fl-edizzjoni ta’ din is-sena.

“Minhabba li tnehhew tliet dixxiplini sportivi, pajjizna jigi tilef sitta mill-21 medalja li konna ksibna f’Cipru, li tlieta minnhom kienu deheb. Ghaldaqstant nghid li nkun kuntent jekk jirnexxielna ngibu tlieta deheb kif konna gibna d-darba l-ohra, anke jekk f’dixxiplini ohra. B’hekk inkunu ksibna sitta deheb f’sitt dixxiplini fuq mhedda ta’ erba’ snin,” sahaq Mark Cutajar.

Huwa zied jghid li l-Maltin jinsabu konxji li l-livell se jkun wiehed gholi, filwaqt li rrimarka li pajjizna se jkollu biss tliet barranin.

Il-messagg tieghu li ta lill-atleti Maltin fil-konferenza tal-ahbarijiet, kien dak li kull min se jirrapprezenta lil Malta, ghandu jaghti qalbu ghal pajjizna u jahdem biex inkunu tim wiehed maghqud.

Harsa hafifa lejn l-atleti li jispikkaw u li se jiddebuttaw f’isem pajjizna, naraw li fl-isquash, se jkollna lil Bradley Hindle, l-atleta li se jgorr il-bandiera Maltija fic-cerimonja ufficjali.

Hindle jinsab fit-83 post fil-klassifika mondjali. F’dan it-tim, Malta se jkollha wkoll lil Mike Fiteni kif ukoll lil Diane Desira u Joseph Desira li kisbu medalji fl-edizzjoni tal-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar ta’ Malta fl-2003.

Fl-ghawm se naraw atleti li kienu minn tal-ewwel li kisbu l-MQS wara diversi snin.

F’din id-dixxiplina Malta se tikkompeti fis-sezzjoni tal-irgiel wara nuqqas ta’ sentejn. Fost l-atleti ghandna lil Andrew Chetcuti u lil Nikki Muscat ta’ 16-il sena li huma l-ewwel zewg atleti li gabu l-MQS fl-individwali.

Fit-tennis naraw lill-Maltija Kim Cassar li se tkun wahda mill-unici tliet tennisti world ranked li se jkunu qed jiehdu sehem. Se nkunu qed naraw ukoll id-debutt tal-Malti-Awstraljan Nick Camilleri.

Fit-table tennis imbaghad, naraw lil Simon Gerada li kiseb id-deheb fl-edizzjoni tal-2007, u lil Daniel Bajada li jilghab fis-Serie B tal-Italja. Fit-table tennis tan-nisa, Malta se terga’ tikkompeti wara nuqqas ta’ sentejn.

Fic-ciklizmu, fuq quddiem nett Malta ghandha lil Dave Miller, li jgorr wiehed mill-aqwa time trials fid-dinja, u li bhalissa qieghed jikkompeti fil-Giro D’Italia. F’din id-dixxiplina, Malta mhix se tiehu sehem fil-kategorija tan-nisa.

Lanqas fejn jidhol l-indoor volleyball m’ahna ser niehdu sehem bit-tim tan-nisa. Izda se niehdu sehem fil-beach volley, kategorija li sentejn ilu konna spiccajna fl-ahhar post.

Fil-judo ma jistghux jonqsu Marcon Bezzina u Joanna Camilleri, li rebhu d-deheb fl-edizzjonijiet passati. Hawnhekk se naraw ukoll lil Jeremy Saywell li fl-edizzjoni tal-2007 ha sehem fil-gymnastics, izda issa qaleb id-dixxiplina ghall-judo.

F’dak li hu sparar ghandna tliet tiraturi. Malta se tkun qed tiehu sehem ghall-ewwel darba fil-kategorija tal-air rifle tan-nisa, kif ukoll f’dik tal-air pistol tan-nisa.
Interessanti wkoll il-fatt li se nkunu qeghdin niehdu sehem ukoll fil-pron rifle, anke jekk f’pajjizna m’ghandniex facilitajiet ghal dan l-isport. L-atleti Maltin hawnhekk, ikkwalifikaw minn barra.

Fl-atletika se nhossu n-nuqqasijiet ta’ Carol Walsh, Mario Bonello u Nicolai Portelli. Madankollu ghandna r-ritorn ta’ Lisa Bezzina wara nuqqas ta’ sentejn. Bezzina rebhet medalji f’Andorra u f’Monaco. Fl-atletika Malta se jkollha wkoll lil Rebecca Camilleri li wkoll kisbet medalji fl-edizzjoni ta’ Malta u dik t’Andorra. Ghal pajjizna se jkun qed jiddebutta wkoll il-Malti-Awstraljan Kevin Moore, li ghandu wiehed mill-aqwa hinijiet tal-400 metru.

B’kollox il-kontingent Malti se jkun maghmul minn 61 atleta, 17-il ufficjal mill-assocjazzjonijiet, kif ukoll seba’ ufficjali tal-Kumitat Olimpiku. F’din l-edizzjoni, Malta se jerga’ jkollha l-izghar kontingent, flimkien ma’ Andorra. Kontingent zghir se jkun ukoll dak tal-Montenegro li qeghdin jiehdu sehem ghall-ewwel darba bhala pajjiz indipendenti.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
16C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata