F’konferenza li saret ftit tal-gimghat ilu, numru ta’ zghazagh u ohrajn mhux daqshekk zghazagh, dahlu ghal sfida xejn facli ghaz-zminijiet tal-lum, li jiddiskutu u jiddefinixxu xi jfisser ix-xellug ghaz-zmien tal-lum, ghadux rilevanti f’din l-era tal-globalizzazzjoni fejn l-investimenti jispustjaw min-naha ghall-ohra tad-dinja, skont fejn jaqbel ghal min jirriskja l-kapital, u minhabba f’hekk il-kundizzjonijiet tax-xoghol qeghdin gradwalment jitnaqqru u mhux jitjiebu.Il-konferenza What’s Left kienet organizzata mill-GWU Youths u ghaliha attendew diversi ghaqdiet, fosthom Alternattiva Demokratika Zghazagh, Forum Zghazagh Laburisti, Moviment Graffitti, Moviment Azzjoni Xellug, Koperattiva Kummerc Gust, MOVE u Zminijietna – Lehen ix-Xellug. Il-konferenza kienet parti minn sensiela ta’ attivitajiet li organizzat il-GWU bit-tema “F’Giehek Haddiem”.
F’din il-konferenza b’kollox kien hemm disa’ interventi marbuta mar-relevanza tal-qasam xellugi f’pajjizna. Dawn jinkludu lil Vincent Marmarà, Mark Montebello, Renè Monseigneur, Christopher Cutajar, Veronica Barbara, David Pisani, Bernadette Mercieca, Mark Camilleri u Tony Zarb.
VINCENT MARMARA sahaq li l-politika xellugija kienet dik il-politika li tat il-kundizzjonijiet u d-drittijiet liz-zghir u l-batut, ghalhekk bl-ebda mod ma ghandu xi hadd jisthi jghid dak li jemmen fih, u dan ghaliex ix-xellug dejjem wasal fejn ried u hadem ghas-socjetà.
Marmarà semma’, fost ohrajn, il-biza’ li tezisti fost min jemmen f’politika xellugija – il-biza’ minn dawk li m’humiex gejjin mix-xellug peress li huma ghandhom is-sahha. Marmarà tkellem ukoll dwar il-hidma tal-GWU Youths mal-istudenti, bl-iskop li jwasslulhom taghrif dwar l-importanza ta’ trejd unjins f’pajjizna.
MARK MONTEBELLO li bbaza id-diskors tieghu fuq il-filosofija ta’ Manwel Dimech, qal li l-ispettru politiku ma jistax jigi spjegat b’mod lineari, u li hemm bzonn ta’ skala ta’ principji u politika socjali. Fil-kaz ta’ Malta Montebello sahaq li Alfred Sant u Joseph Muscat jitpoggew fic-centru, però fuq in-naha leminija. Min-naha l-ohra, Mintoff, il-GWU u l-Alternattiva Demokratika jersqu iktar lejn il-principji tax-xellug. Lawrence Gonzi u Eddie Fenech Adami qeghdin fuq in-naha leminija, b’Gonzi jinsab aktar lejn il-lemin. Montebello kompla jispjega kif il-principji li kien ihaddan Dimech huma qrib tal-GWU.
Montebello sahaq li x-xellug illum il-gurnata fadallu rilevanza biss ghax-xellugin libertarji u mhux dawk awtoritarji. L-awtoritarji, flimkien mal-leminin, huma agenti tad-dlam ghax jghaddu informazzjoni li m’hix utli ghall-emancipazzjoni. Dawn il-principji xellugin ghadhom rilevanti ghaliex hawn hafna min huwa mcahhad mill-access ghall-informazzjoni li temancipa. Jekk gvern jcahhad l-informazzjoni min-nies tieghu stess, ikun qed izomm lill-poplu tieghu fid-dlam, u jonqos milli jenfasizza fuq it-trasparenza. Huwa kkonkluda li l-filosofija ta’ Dimech ghadha m’hix maghrufa, anqas fil-kamp xellugi libertarju stess, ghaliex il-profondità taghha ghadha ma ngharfitx.
RENE MONSEIGNEUR, li huwa l-awtur tal-ktieb gdid Iz-Zghazagh fil-Partit Laburista, gharbel il-kontribuzzjoni utli li taw iz-zghazagh fil-Partit Laburista matul is-snin. Spjega kif il-Forum Zghazagh Laburisti (FZL) jaf il bidu tieghu fl-1951 bhala l-Labour League of Youth. Bosta zghazagh bhal Guzè Orlando u Karmenu Zammit hadmu biex il-partit jibda jahseb b’mohhu. Però dan il-moviment safa’ attakkat, u numru ta’ zghazagh spiccaw arrestati u kien hemm min anki tilef ix-xoghol, filwaqt li ohrajn kellhom jemigraw. Dawn baqghu maghrufa bhala l-kaz tas-sedizzjoni.
It-tmexxija ta’ Mintoff wasslet ghal aktar attività politika fost iz-zghazagh li kienu ghatxana ghall-bidla. Mintoff kien jemmen li l-ghaqda toffri front komuni ghaz-zghazagh fejn huma stess jaghtu l-ezempju lill-ohrajn bl-ghaqda u bil-hidma taghhom.
Monseigneur semma’ wkoll l-interdett u l-attakki tal-Knisja fuq il-moviment xellugi u fuq dawn iz-zghazagh. Huwa stqarr li l-Ghaqda dejjem kienet minn ta’ quddiem ghat-tixrid ta’ ideat progressivi, bhall-introduzzjoni tal-vot ghal dawk li jkunu ghalqu t-tmintax-il sena u l-pozizzjoni tal-ghaqda favur l-introduzzjoni tal-ligi tad-divorzju gewwa pajjizna.
CHRISTOPHER CUTAJAR tkellem dwar il-bzonn ta’ Kunsill tat-trejdjunjins, u stqarr li l-kuncett ta’ Kunsill bhal dan jinsab normalment fil-pajjizi li jaghmlu parti mill-Common-wealth. Dan il-Kunsill huwa gabra ta’ Unions f’entità wahda u jkun jirraprezenta lill-haddiema kollha membri. Cutajar qal li l-element ta’ ghaqda nazzjonali digà jezisiti bejn il-GWU u l-ForUM (GHuM). L-unjins kienu inghaqdu kollha f’Dicembru tal-2008 fi protesta kontra l-kontijiet tad-dawl u ilma, fejn b’kollox inghaqdu 20 unjin.
John Monks, Segretarju Generali tal-ETUC kien ippropona Trade Union Council (TUC) hawn Malta fl-2004, izda l-UHM qalet li TUC ikun qieghed hemm ghal min irid iwaqqa` l-Gvern. Cutajar zied jghid li l-bsaten fir-roti mis-CMTU baqghu ghaddejin anki sabiex il-ForUM ma jissehibx fl-ETUC, però dan ma rnexxiex ghaliex saret medjazzjoni bis-sahha tal-hidma tal-GWU.
Cutajar qal li f’April 2011 it-tlett konfederazzjonijiet iltaqghu biex jiddiskutu t-twaqqif ta’ TUC. Cutajar sahaq li hemm bzonn ta’ fiducja reciproka sabiex TUC ikun possibli, u ghalhekk l-ostilità min-naha tal-UHM ma taghmlix gid u sservi biss ta’ xkiel. Cutajar qal ukoll li hemm li tintemm il-percezzjoni li tezisti unjin ghall-haddiema socjalisti u unjin ghall-haddiema konservattivi.
VERONICA BARBARA tkellmet dwar l-importanza ta’ Jum il-Haddiem, li giet ipproklamata bhala festa internazzjonali fil-kungress ta’ Parigi tal-1898. Barbara qalet li l-fatt li tezisti festa bhal din li taghti gieh lill-haddiem tghin biex ikun hemm bidla u toffri tama ghal gejjieni.
Hija sostniet li, minkejja li hawn min ma jaghtihiex l-importanza li jisthoqqilha, din il-festa xorta tibqa’ rilevanti ghaz-zminijiet tal-lum. Jum il-Haddiem kien ta’ biza ghall-klassijiet gholja tas-socjetà, ghax kienet turija ta’ ghaqda bejn il-haddiema; ghaqda li kienet ta’ theddida ghall-klassijiet tal-poter. Din il-festa kienet turija ta’ ordni socjali gdida li tqalleb is-sistema ta’ poter u monopolju tal-Knisja kif kien hawn qabel.
Dan ghaliex il-mod li bih il-Knisja kienet tghin lis-socjetà kien karità u mhux bil-gustizzja socjali. Izda l-haddiem mhux karità ried, imma li jkun kapaci jmantni lilu nnifsu. Barbara tat ukoll spjegazzjoni dettaljata ta’ x’kien ifisser ghall-poplu Jum il-Haddiem matul is-snin, u x’dizgwid inqala’ minhabba c-celebrazzjoni ta’ dan il-jum.
DAVID PISANI tkellem dwar kif l-Unjoni Ewropea taffettwa l-haddiem u dwar l-istorja tad-direttivi fl-Ewropa. Pisani semma l-European Social Charter tal-1961, li bih gew assigurati drittijiet bazici tal-popli rispettivi tal-Kunsill Ewropew, fejn jidhlu livelli t’ghixien, filwaqt li l-haddiem beda jkun intitolat ghal kundizzjonijiet gusti. Pisani ta titwila lejn l-ahhar 15-il sena, meta l-Ewropa kienet mahkuma minn maggoranza leminija li ffukat fuq policies neo-liberali u gie mwarrab il-kuncett ta’ welfare.
Id-direttiva tas-servizzi tal-2008 ipprovokat reazzjoni mix-xellug, mill-komunisti, mill-hodor u minn haddiema fl-Ewropa, izda d-Direttiva ghaddiet xorta wahda bil-parti tal-liberalizzazzjoni, u ghalhekk sahhet il-privatizzjazzjoni u d-dumping.
Pisani tkellem ukoll dwar l-introduzzjoni ta’ kuntratti u haddiema part-time u l-holqien ta’ xoghol atipiku, li huwa xoghol prekarju u li johloq instabbilità minhabba l-fatt li s-suq jahdem b’hafna haddiema part-time, li skont il-lemin dan se johloq flessibilità fil-post tax-xoghol, però fil-verità qed ikun hemm abbuz minn din is-sistema. Pisani sostna li l-miri 2020 u l-Euro Plus Pact juru bic-car il-politika insensittiva b’mizuri ta’ awsterità u tnaqqis fl-infiq pubbliku, tkissir tal-welfare state u aktar privatizzazzjoni ta’ servizzi socjali u pubblici.
Ix-xellug jemmen li m’ghandniex incedu ghal-social dumping, imma rridu nimxu mat-teorija li xoghol atipiku m’ghandux ikun ir-regola imma l-eccezjoni. Finalment Pisani appella biex nappoggjaw lill-partiti tax-xellug u dawk li huma favur il-haddiema, kif ukoll biex naghfsu fuq l-MEPs u r-rwol taghhom.
BERNARDETTE MERCIECA tkellmet dwar il-green jobs u spjegat kif dawn jistghu jigu ntrodotti ghal Malta. Mercieca sostniet li din hija strategija li l-pajjiz jista’ jadotta biex jikkumbatti krizi tal-ekonomija u tal-ambjent, filwaqt li jassigura zvilupp sostenibbli li johloq bilanc bejn il-prijoritajiet socjali, ekonomici u ambjentali.
Hija spjegat kif il-green jobs huma xoghlijiet fis-settur ta’ renewable energy u teknologija li jipprovdu xoghol professjonali, amministrattiv, teknologiku u dak agrikolu, li jinkludi wkoll il-produzzjoni u distribuzzjoni ta’ energija alternattiva u mmanigjar ta’ skart, kif ukoll it-trasport pubbliku.
Mercieca sahqet li m’hemmx bzonn li nissagrifikaw l-ekonomija biex jiggwadanja l-ambjent, u dan ghaliex il-green jobs joffru sistema fejn l-ekonomija u l-ambjent jimxu id f’id ghall-beneficcju taz-zewg oqsma. Mercieca semmiet ukoll il-fatt li l-investiment f’energija nadifa jaghti effetti fit-tul fuq l-ekonomija tal-pajjiz minhabba l-fatt li jigu mnaqqsa l-ispejjez fuq l-energija u fuq il-kura tas-sahha.
Mercieca sahqet li Malta, peress li tgawdi hafna mix-xemx u r-rih, hija post ideali ghat-tkabbir ta’ green jobs, u dan iwassal ghal-htiega ta’ iktar investiment f’energija alternattiva.
MARK CAMILLERI tkellem dwar ir-rivoluzzjonijiet fid-dinja, u sahaq li fil-kamp xellugi ghandu jkun hemm pozizzjoni kontra d-dittatura b’mod universali, u mhux bhal ma qed jigri bhalissa, fejn fl-istess kamp hemm qasma.
Camilleri qal ukoll li l-kamp xellugi ma jaqbilx fuq l-alternattiva li ghandu jkun hemm minflok Gaddafi. Camilleri kompla jispjega kif l-interventi tal-Punent fil-Libja m’hiex kwistjoni ta’ rizorsi, izda kwistjoni umanitarja u mehtiega ghall-process ta’ demokrazija li hakem lid-dinja Gharbija.
Hu kompla jghid li l-Punent minn dejjem beza’ minn dan il-process fid-dinja Gharbija minhabba l-idea li l-Gharab ma jafux x’inhi demokrazija. Hu sahaq li la darba dawn il-pajjizi m’humiex industrijalizzati, allura ghandhom nuqqas ta’ labour force.
Dan in-nuqqas jindika li s-sahha xellugija f’dawn il-pajjizi m’hiex wahda b’sahhitha biex toffri alternattivi socjalisti. Camilleri temm jghid li r-realtà tad-dinja Gharbija hija iktar kumplessa minn dik Ewropea.
TONY ZARB tkellem dwar t-temi kollha li gew dikussi, fosthom fuq il-hidma ta’ Manwel Dimech biex jizra’ l-ideat xellugin. Zarb dawwar harstu wkoll fuq il-haddiem Malti, u sahaq li tajjeb li nibqghu naghrfu l-kisbiet tal-haddiem matul is-snin ghax dan qatt ma nghata xejn fuq platt tal-fidda, izda dejjem issielet ghad-drittijiet tieghu. Huwa rrefera ghas-sitwazzjoni prekarja tal-haddiema u sejjah lill-Gvern prezenti bhala “gvern insensittiv u bla qalb”.
Zarb tkellem ukoll dwar il-bzonn li nhejju ghall-gejjieni billi naraw x’impjiegi se jkun hawn bzonn, filwaqt li ghamel referenza ghall-green jobs. Hu qal li rridu nadattaw ruhna ghar-realtà Ewropea, u li l-GWU trid tkompli tinvolvi ruhha fl-isfera Ewropea trejdjunjonistika.
Zarb irrimarka fuq il-glieda taz-zghazagh fid-dinja Gharbija, hekk kif dawn kienu l-ispirazzjoni tal-ghatx ghad-demokrazija f’din id-dinja, u tas-sagrificcju ta’ dawn il-popli. Zarb irrimarka wkoll dwar l-irwol tan-NATO u sejjah biex tigi uzata l-istess riga f’kull pajjiz biex b’hekk tissahhah il-kredibbilità.
Iz-zghazagh ghandhom jah-dmu ghall-gustizzja socjali u biex jitnaqqas it-theddid tal-haddiema.
Zarb sahaq li hu d-dover ta’ dawn iz-zghazagh li jfasslu l-futur taghhom stess. Hu qal li l-GWU tilqa’ lil dawn iz-zghazagh u theggeg ghal iktar involviment biex inhejju ghal futur xprunat mill-principji tal-gustizzja socjali.
Zarb qal li jkun ghajb ghall-GWU jekk ma zzomx dal-principju fuq quddiem nett. Il-GWU ghandha tibqa’ b’ sahhitha u rilevanti biex il-haddiema jigu l-ewwel u qabel kollox.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






