Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Chalmers ma jirrizenjax u Tonio Fenech jahtru direttur tal-Air Malta

E-mail Print PDF
Sharebov-financial-accts-2008Wara l-froga ta’ La Valette Multi Manager Property Fund

Decizjonijiet zbaljati min-naha tat-tmexxija tal-Bank of Valletta taht ic-Chairman Roderick Chalmers fir-rigward ta’ La Valette Multi Manager Property Fund, se jiswew b’kollox €45 miljun biex il-BOV ikun jista’ jinhall minn din il-problema u ma jkollux jiffaccja kawzi l-qorti li jistghu jigu jiswewh ferm aktar. 
Chalmers li huwa appuntat bhala Chairman tal-BOV mill-Gvern Malti bhala azzjonista principali tal-bank, stqarr quddiem l-istampa li ma jahsibx li ghandu ghalfejn jirrizenja, minkejja din id-daqqa kbira li qala’ l-bank taht it-tmexxija tieghu.

Il-La Valette Multi Manager Property Fund kien fic-centru ta’ kontroversja kbira u n-negozju fl-ishma tieghu kien gie sospiz f’Awwissu 2009 wara li dan spicca mar hazin hafna.

Is-sena li ghaddiet, uhud mill-investituri f’dan il-fond li raw l-investiment taghhom imur il-bahar, kienu pprezentaw protest gudizzjarju fil-Qorti fejn allegaw li l-bank ma kienx mexa mar-regoli tal-investiment kif kienu indikati fil-prospectus. Dawn l-investituri kienu allegaw ukoll illi certi investituri privileggjati kienu fdew l-ishma taghhom wara li ghamlu uzu minn taghrif rizervat minn gewwa l-bank.

Dan il-kaz ilu ghal dawn l-ahhar xhur ikun investigat mill-Awtorità Maltija ghas-Servizzi Finanzjarji (l-MFSA), liema investigazzjonijiet ghadhom mhumiex konkluzi. Fil-fatt bosta huma dawk l-investituri li rreagixxew b’mod negattiv ghall-offerta ta’ Chalmers, li qieghda tkun interpretata li hi mahsuba biex il-kaz jinghalaq qabel ma tkun mitmuma l-investigazzjoni tal-MFSA, li ilha ttawwal izzejjed.

L-offerta ta’ Chalmers huwa mahsub li se tigi tiswa lill-BOV madwar €14.5. Il-bank qieghed joffri li jixtri l-ishma tal-investituri bil-prezz ta’ 75c kull sehem, imma l-bank qieghed jirrizerva li jirtira l-offerta jekk l-investituri li jaccettaw li jmorru ghaliha jkunu inqas minn 70%.

Il-valur attwali ta’ dawn l-ishma wara d-daqqa kbira li hadu jvarja minn 22c6 ghal 27c5.

Izda filwaqt li Chalmers qieghed jirrifjuta li jirrizenja minn Chairman tal-BOV wara din il-forga kbira, fil-granet li ghaddew, il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech deherlu li ghandu jahtru proprju issa bhala direttur tal-Air Malta.

Sakemm din il-mossa mhijiex mahsuba bhala premju ta’ konsolazzjoni ghal meta Chalmers ma jkunx ikkonfermat bhala Chairman tal-BOV, il-hatra tieghu bhala direttur tal-Air Malta qieghda tkun interpretata bhala konferma tal-istandards laxki ta’ Tonio Fenech fejn tidhol il-kontabbiltà u z-zamma tar-responsabbiltà.

Huwa fatt maghruf illi fil-kaz ta’ diversi entitajiet li jaqghu taht Fenech bhal perezempju l-ARMS Limited u d-Dipartiment tal-VAT, minkejja l-frejjeg kbar li saru, il-Ministru Fenech halla li l-oghla ufficjali ta’ dawn l-entitajiet jinghataw il-performance bonus.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
16C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata