Il-Malta Football Association ghandha f'idejha lista ta' hames plejers li allegatament kienu l-imhuh wara l-kaz ta' tixhim f'loghba tat-tim nazzjonali Malta kontra n-Norvegja f'Gunju tal-2007. Dan ikkonfermah il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo waqt laqgha tal-Kunsill nhar il-Gimgha, li matulha inghataw l-ahhar zviluppi dwar dan il-kaz li xxokkja lil kull min ghandu ghal qalbu l-futbol f'pajjizna.
Jirrizulta li Darmanin Demajo rcieva ittra li fiha kien hemm imnizzlin hames plejers li kienu fit-tim nazzjonali Malti, u li allegatament fthemu li r-rizultat tal-loghba jispicca 4-0 kontra t-tim Malti stess. Meta kien qieghed jaghmel l-indirizz tieghu, il-Kap Ezekuttiv tal-MFA Bjorn Vassallo qal li l-MFA se tkun qed tghaddi din l-ittra lill-pulizija biex tkun tista' tinvestiga.
Bhalissa l-kaz jinsab f'idejn il-pulizija, li sahansitra talbet ukoll l-ghajnuna tal-Agenzija tal-pulizija tal-UE, l-Europol. Il-mistoqsija f'halq hafna dilettanti Maltin tibqa' jekk fost il-plejers li hemm imnizzlin fil-lista ta' hamsa li waslet ghand l-MFA, hemmx plejers li ghadhom mat-tim nazzjonali tal-lum, u jekk hemmx ukoll plejers li ftit tax-xhur ilu kellhom problemi mal-MFA dwar il-paga tat-tim nazzjonali.
Jidher li l-problema tal-korruzzjoni probabli hija mifruxa wkoll fil-kampjonat lokali. Dan ghaliex jirrizulta wkoll li ftit tal-jiem biss qabel il-kaz ta' Malta vs Norvegja hareg fil-midja, l-MFA irceviet email importanti minghand kumpanija tal-gharfien dwar il-loghob tal-azzard. Din il-kumpanija informat lill-MFA li kienu qeghdin isiru bettings strambi u mhux mistennija f'certi loghbiet tal-Kampjonat Premier. Issemmew fost l-ohrajn, loghbiet li ntlaghbu fi Frar.
Dwar dan il-President tal-MFA qal li qieghed jissuspetta li hemm numru ta' persuni li qeghdin javvicinaw lill-plejers biex jirrangaw il-loghob, filwaqt li assigura li l-MFA se tkun qed tiggieled din il-problema u tiehu l-mizuri necessarji.
Dan ikompli jitfa' dawl fuq il-problema tal-korruzzjoni li hafna jemmnu li tezisti fil-futbol Malti. F'Marzu tal-2009, kienet tfaccat ittra anonima ohra li ntbaghtet lill-Pulizija. Din l-ittra kienet allegat korruzzjoni f'20 partita differenti, u li kien hemm involuti xejn inqas minn 40 plejer. Madankollu llum il-gurnata bqajna ma smajna xejn.
Il-Presidenti jichdu l-allegazzjonijiet
tad-Deputat Nazzjonalista
Fi stqarrija kongunta lill-midja, l-Presidenti kollha tal-klabbs tal-Premier, cahdu b'mod kategoriku l-allegazzjonijiet li saru fil-Parlament mid-Deputat Nazzjonalista Jean Pierre Farrugia li qal li l-Presidenti tal-klabbs tal-Premier qed jimmanipulaw rizultati tal-partiti kompetittivi tal-klabbs taghhom biex jirbhu imhatri u jiggeneraw introjtu ghall-klabbs taghhom.
Il-Presidenti sahqu li huma jaghtu l-hin u l-energija kollha taghhom biex ikollhom klabbs amministrattivament u finanzjarjament b'sahhithom u jiddispjacihom hafna illi Deputat fl-oghla istituzzjoni tal-pajjiz jaghmel dan it-tip ta' allegazzjonijiet minghajr ma jissustanzja dak li qieghed jallega. Ziedu jghidu li b'dak li ntqal, inghatat percezzjoni skorretta lill-pubbliku sportiv Malti ghad-detriment tal-istess klabbs.
Huma temmew l-istqarrija billi appellaw lid-Deputat Nazzjonalista biex jekk ghandu xi informazzjoni biex isostni l-allegazzjoni tieghu, jirreferi l-kaz lill-awtoritajiet kompetenti biex tigi assigurata t-trasparenza fl-oghla kampjonat domestiku.

Minn simon zammit
,
June 12, 2011 Minn charlie scerri, June 19, 2011
Harsu lejn id dixxiplini l ohra. Hemm tara l- frott mixtieq minn kull mim huwa veru MALTI.
Ahjar nifqu u naraw xi hemm bzonn isir.
Minn mario delicata, June 27, 2011
Ma tridx tmur l-iskola ta b'lejl biex tinduna, f'Rugby , basketball, waterpolo, atletika, bowling , sparrar, IronMan, etc. immorru mhux hazin. Imma futbol ?????????? Ahjar naghtu cans li zaghzah f'dixxiplini sportivi ohra.
| < Prev | Next > |
|---|






