Waqt li d-dejn tal-pajjiz qabez sew il-€4.28 biljun, Malta qed ikollha tislef lil pajjizi bhall-Grecja, l-Irlanda u l-Portugall. Veru kaz ta’…
Taht il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern u b’Tonio Fenech bhala Ministru tal-Finanzi, id-dejn tal-pajjiz f’April li ghadda, lahaq is-somma ta’ €4.28 biljun. Din is-somma ma tinkludix il-garanziji moghtija mill-Gvern ghal self li sar minn entitajiet pubblici bhal korporazzjonijiet u agenziji tal-Gvern.
Filwaqt li s-self long-term tal-pajjiz ma’ barra kien ta’ €87,422,000, l-ammont ta’ self long-term li ghandu l-Gvern minn sorsi lokali (bonds, self minn banek Maltin, ecc.) kien ta’ €3,774,444,000. Ghall-istess perijodu, ma kienx hemm self short-term minn sorsi barranin, filwaqt li l-ammont ta’ self short-term lokali kien ta’ €416,829,000.
Wiehed ghandu jzomm f’mohhu li d-dejn tal-pajjiz lahaq dan il-livell rekord minkejja li fis-snin li ghaddew ma baqax jithallas is-sussidju lit-Tarzna, u tnehha fost l-ohrajn is-sussidju ghall-gass u l-elettriku.
Huwa evidenti kif bil-ftahir kollu tieghu dwar infiq fi progetti li hafna drabi ma jkunux ispirati mis-sens ta’ x’ghandu jkun ta’ prijorità ghall-pajjiz, bhall-progett tad-dahla tal-Belt minghajr bieb, teatru minghajr saqaf u Parlament li hafna drabi jkun minghajr deputati, il-Gvern hafna drabi ma jkollux wisq biex jiddandan ghax dawn il-progetti qeghdin ikunu ffinanzjati mhux mill-flus li jingabru mit-taxxi, imma minn flus li l-Gvern m’ghandux u li qieghed ikollu jissellef.
L-ironija hija li bil-Kaxxa ta’ Malta mtaqqba kif inhi, iz-zopp fil-veru sens tal-kelma qieghed ikollu jassisti lill-ghami. Minhabba li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Grecja hija mwieghra tant, li l-pajjizi taz-zona ewro qeghdin ikollhom idahhlu jdejhom fil-but bil-hsieb li s-sitwazzjoni Griega ma tispiccax tipperikola l-istabbiltà tal-ewro.
Waqt li kien qieghed iwiegeb ghal domanda parlamentari tal-eks- Prim Ministru Alfred Sant, il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech qal illi l-ammont totali misluf lill-Grecja wara l-ewwel ta’ Jannar 2011 u sal-1 t’April 2011, kien ta’ €20,031,428.77. Dan gie misluf hekk: fid-19 ta’ Jannar 2011 sellifna ammont ta’ €6,222,121.24 filwaqt li fis-16 ta’ Marzu 2011 sellifna ammont iehor ta’ €13,809,307.53.
L-ammont garantit lill-Irlanda fl-imsemmi perijodu kien ta’ €4,000,000 u dan l-ammont skatta fl-1 ta’ Frar 2011.
Malta mistennija terga’ tislef lill-Grecja fis-27 ta’ Gunju 2011. Ghall-istess perijodu Malta se tkun qieghda toffri garanzija lill-Portugall, liema garanzija ghandha tigi skattata fit-22 ta’ Gunju 2011. Ghall-fini ta’ garanzija lill-Irlanda, Malta mhux mistennija toffri garanzija fl-imsemmi perijodu.
@font-face { font-family: "MGaramondLight"; }p.MsoNormal, li.MsoNormal, div.MsoNormal { margin: 0cm 0cm 0.0001pt; font-size: 14pt; font-family: "Times New Roman"; }div.Section1 { page: Section1; }

| < Prev | Next > |
|---|






