Is-sapporters Furjanizi qed jistennew bil-herqa l-loghba ta' nhar il-Hamis li gej mill-Europa League, kontra AEK Larnaca ta' Cipru, fil-grawnd tal-Hibs f'Kordin. Il-klabb Furjaniz bhalissa jinsab fl-ahjar tieghu f'dawn l-ahhar snin, wara li spiccaw l-istagun li ghadda fit-tieni post, rebhu t-Trophy, u kkwalifikaw ghall-Europa League wara nuqqas ta' diversi snin. Rizultat pozittiv nhar il-Hamis f'pajjizna jkompli jimla lill-Furjanizi b'kuragg biex jergghu jiffaccjaw lill-istess tim gimgha wara f'Cipru.
Izda d-determinazzjoni tal-plejers u s-sapporters Furjanizi mhix gejja biss mill-fatt li jixtiequ javvanzaw rawnd iehor fl-Europa League. Hemm fattur kurjuz iehor li qed jghin lil Floriana jidhlu ghal din l-isfida kbira. Dan ghaliex ma' AEK Larnaca hemm mill-inqas erba' persuni li kienu jifformaw parti mill-klabb rivali ta' Valletta fl-ahhar snin.
Zewg elementi importanti huma l-manager Jordi Cruyff u l-kowc Ton Caanen, iz-zewg Olandizi li kienu ma' Valletta. Ton Caanen sar kowc ta' Valletta fis-sajf tal-2009, fejn sab ma' wiccu klabb li kien ghaddej minn tibdil, u sapporters li ma riedu xejn hlief l-unuri. Ma' Valletta huwa ha mieghu wkoll lit-tifel tal-istilla Olandiza Johan Cruyff, Jordi Cruyff, li mieghu kien diga' hadem mill-qrib mal-klabb Ukren ta' Metalurh Donetsk.
Jordi Cruyff fil-karriera tieghu laghab ma' timijiet kbar, fosthom Barcelona u Manchester United, izda fl-2009 inghaqad ma' Valletta fejn laghab l-ahhar loghbiet tieghu tal-karriera, u aktar tard spicca wkoll jassisti lil Caanen fit-tmexxija tat-tim. L-ewwel gowl li kien skorja ma' Valletta kien proprju kontra Floriana f'Awwissu ta' sentejn ilu meta dakinhar Valletta kienu rebhu 6-0. Fl-istess sena, il-Belt kienu rebhu t-Trophy.
Ma' Cruyff u Caanen F'Larnaca, hemm zewg plejers ohra li kienu parti mill-istess skwadra ta' Valletta tal-2009. Dawn huma l-plejer internazzjonali Malti Luke Dimech, u l-attakkant mill-Kamerun Njongo Priso. Dan tal-ahhar kien wiehed mill-pedini importanti, izda nervuzi fl-iskwadra ta' Caanen ma' Valletta. Fil-fatt tul l-istagun 2009, huwa rnexxielu jsib ix-xibka mill-inqas 22 darba. Min-naha l-ohra Luke Dimech kien inghaqad ma' Valletta fl-2008 u kien rilaxxat is-sena l-ohra. Id-difensur Malti kien inghaqad ma' Valletta minn mal-klabb Ingliz ta' League Two, Macclesfield Town. Fis-sentejn li laghab ma' Valletta kien importanti, fejn laghab 47 darba bil-flokk Belti.
L-isfida ta' Floriana hija kbira, izda mhix impossibbli. Dan hekk kif il-passat ta' AEK Larnaca fil-kompetizzjonijiet Ewropej mhux xi wiehed ta' successi. It-tim ta' Floriana mistenni jkun imsahhah biz-zewg akkwisti l-godda, l-gowler mill-Ghana William Amamoo, u l-attakkant Braziljan Edilson Fiori Dos Santos.
Valletta kontra tim li tilef ma' Floriana.
Min-naha taghhom, jista' jkun li Valletta jkollhom loghba ftit inqas difficli kontra t-tim mil-Litwanja, Ekranas nhar it-Tlieta fil-grawnd tal-Hibs. It-tim ta' Ekranas jiddomina fil-Litwanja, u fl-ahhar snin dejjem irnexxielu jikkompeti fil-kompetizzjonijiet Ewropej. Madankollu ftit li xejn jirnexxielu javvanza, kemm fic-Champions League, u anke f'kompetizzjonijiet inferjuri.
Ghal Valletta, wkoll jista' jkun hemm element ta' kburija li jrid jinkiseb permezz ta' rebha fuq Ekranas. Dan ghaliex l-uniku tim Malti li qatt laghab kontra t-tim Litwan huma proprju Floriana fl-1993, u dakinhar, Floriana kienu rebhu kemm f'Malta u anke fil-Litwanja bl-iskor ta' 1-0. B'hekk Valletta ghandhom raguni ohra ghalfejn iridu jeliminaw lil Ekranas f'dan it-tieni rawnd tac-Champions League, ghaliex la ghamluha r-rivali taghhom, mela kapaci jaghmluha huma wkoll.

Minn FIV, July 10, 2011
Minn simon zammit
,
July 10, 2011 | < Prev | Next > |
|---|






