Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Wara li tilef il-familja kollha, jerga’ jqum fuq saqajh

E-mail Print PDF
Share

20339_1105689942693_1840126608_212117_1409161_nZgur li mhux haga facli li wiehed jitlef il-familja tieghu kollha, u wisq aktar biex dak li jkun jibqa’ fuq saqajh sod u jkompli jikkumbatti mal-hajja.

Izda b’determinazzjoni qawwija hawn min jirnexxielu jaffaccja l-kumplament tal-hajja tigi kif tigi.

Il-personalità li qed nintervista llum – Mario De Giorgio tilef l-ewwel lil ohtu, imbaghad lil ommu, neputija, huh u wara lil missieru.  Tista’ timmagina x’hass Mario b’dawn l-istalletti wiehed wara l-iehor.

Izda haga tal-ghageb, Mario huwa persuna determinat u li xorta wahda ma jaqtax qalbu mill-hajja, anzi kif qalli hu stess, jekk ikun hemm hajt quddiem wiccu, ser jara kif ser jirnexxielu jghaddi minnu.

Mario ghandu 30 sena, jghix maz-zijiet tieghu l-Hamrun u jahdem go fabbrika.  Il-muzika hija l-qofol ta’ hajjtu.  Minghajrha hajjtu tintemm.  L-aktar li jhobb hija muzika progressive techno.

Huwa persuna cajtier hafna u fuq kollox ma jaqtax qalbu mill-hajja, kif ukoll puntwali hafna fil-hin u l-qatla tieghu li jasal tard ghax-xoghol.

Imutu tal-familja tieghu kollha

Jibda jirrakkuntali kif hajjtu kienet xi naqra iebsa b’dawn it-telfiet familjari kollha sa minn ftit xhur wara li twieled hu.  “L-ewwel telfa ta’ hajjti kienet ohti li mietet biss hdax-il xahar wara li kont twelidt jien.  Kienet ghexet xi ftit jiem biss wara li twieldet.

Xi seba’ xhur wara l-mewt t’ohti, fl-1982 mietet ommi.  Ghaddew is-snin u bdejt nitfarfar u nifhem, sa ma waslet is-sena 2003.  Hija Brian kien tani l-ahbar li kien ghamilni ziju, imma ma tantx domt wisq ghax kien biss ghal jumejn, ghax in-neputija mietet wara jumejn li giet fid-dinja.

Jghaddu sentejn ohra u tasal is-sena 2005.  Kien qed joqrob il-birthday ta’ hija Brian. Lejliet il-birthday tieghu kien imissni xoghol night shift u allura kont bghatt messagg lil hija bil-mobile fejn awgurajtlu xewqat sbieh bil-lest.

 

Fil-fatt kien baghatli lura biex l-ghada fil-gurnata tal-birthday tieghu mmur s’ghandu ghal party zghir.  Niftakar li wara li spiccajt in-night shift, mort id-dar u qabel dhalt norqod kont ser nibghat lil hija xewqat sbieh fil-gurnata proprja tieghu.

Imma f’daqqa bhal donnu qisu xi hadd kien qalli m’ghandekx ghalfejn tibghatlu lil ghaziz huk ghax dak digà  rieqed.  U fil-fatt hekk ghamilt, ma bghattlu xejn u irqadt.  Xi tlett sighat wara li rqadt, giet ziti tghajjatli b’urgenza b’xi skuza biex naghmel pjacir lil kuginti li taparsi waqfitilha l-karozza.

Spiccajna d-dar ta’ missieri fejn sibt liz-zijiet, sa ma tawni l-ahbar ftit ftit li hija kien hallina proprju waqt li kien rieqed u ezattament fil-gurnata tal-birthday tieghu u fl-istess hin li kien twieled ukoll fis-5.45am”, beda jispjegali bid-dettalji precizi Mario b’qalbu nofsu maqsuma.

Kompla jghidli li s’hawn dawn kollha digà kienu xokkijiet kbar ghal hajjtu.  Kien ghad fadallu lil missieru biss f’hajjtu.  It-telfa ta’ huh kien hassha wisq, bejn ghax kien close mieghu hafna, u anke ghall-fatt li kellu età bizzejjed biex jibda jifhem kemm hi kerha l-firda.

Id-destin ried li fis-sena 2006 jidhol missier Mario b’emergenza l-isptar.  Isibulu zewg cancers.  Prattikament dik is-sena Mario qattaghha sptarijiet jigri minn San Luqa ghal Boffa, iljieli twal bla ma jorqod sew, medicini, injections, u morfini quddiem wiccu. Però nsista mieghi li xorta qatt ma qata’ qalbu minkejja dan kollu.

Qalbu hebbritu

Kompla jirrakkontali, “Jumejn qabel is-17 ta’ Dicembru 2006 bdejt nghid bejni u bejn ruhi li ma nattendix ghat-tieg li kont mistieden ghalih il-Hadd li kien imiss.  Fil-fatt irragunajt li t-tieg ma mmurx u nilbes l-istess suit ghall-funeral ta’ missieri nhar it-Tnejn, jigifieri l-ghada ta’ meta kelli suppost immur it-tieg.

Hekk gara ghax missieri inghaqad mal-kumplament tal-familja tieghi proprju fis-17 ta’ Dicembru 2006.  L-aghar rigal tal-Milied li stajt naqla’, imma kif jghid il-Malti, wara l-maltemp jigi l-bnazzi.”

Ma stajtx ma nistaqsihx kif jista’ persuna bhalu jzomm sod u jghid din il-frazi tant kbira u ta’ kuragg wara dak kollu li ghadda minnu. “Jigu sekondi hziena fuqi però malajr jghaddu. Kemm jista’ jkun ma tantx noqghod nahseb fuq il-passat.  Kellu jkun hekk u kellha tkun il-familja tieghi. Ic-cimiterju ma mmurx, ghax nemmen li r-rispett irid jinghata fil-hajja u mhux wara,” sostna Mario.

Sab farag f’habib gdid

F’Mejju 2007 Mario ltaqa’ ma’ persuna li mal-ewwel klikkjaw flimkien u li fuq kollox fehmu perfettament anke ghall-fatt li dan kien ukoll tilef lil huh.  Mario fil-fatt iltaqa ma’ Dj Ruby fejn ghadhom hbieb kbar sal-lum.  “F’Ruby sibt lil hija li tlift, u tant iehor hu.”

Mistoqsi jekk batiex maz-zmien sa ma hareg mit-trawmiet tal-imwiet tal-familja tieghu, Mario spjegali li l-aktar li hass kienet it-telfa ta’ huh. “Bil-mewta ta’ missieri kont ippreparat, izda hija miet bhal sajjetta fil-bnazzi.  Kien ikbar minni seba’ snin, imma konna naqblu hafna.”

Mitlub jghidli kif jispjega hajjtu bla familja, Mario wegibni, “Li hemm hemm, però ghandi hafna hbieb, u allura dan jghini hafna nkompli ghaddej.”  Stedintu jghaddi messagg specjalment lil dawk iz-zghazagh li forsi jittraskuraw lill-genituri taghhom. “Ma jaqbillhomx, ghax meta jitilfuhom ikunu jafu x’tilfu, u jkun tard wisq”, sahaq Mario.

Ridt inkun naf ukoll kif ihares lejn Alla.  “Minix xi bniedem qaddis. Meta kont izghar kont abbati, però kont imqareb.  Li nista’ nghid huwa li bis-sahha ta’ Alla jien ghadni fuq saqajja. Qatt ma kelli xi tip ta’ rabja lejn Alla.  Anzi qatt ma ghadditli xi haga simili minn mohhi.  Inzertajt jiena u daqshekk m’hemmx x’taghmel,” wegibni Mario.

Hafna saru jimxu fuq it-teorija – ghix gurnata b’gurnata.  Ridt nara kemm din verament tapplika ghall-hajja ta’ Mario.  Fil-fatt qalli li sa qabel il-mewt ta’ huh digà kien jghix gurnata b’gurnata, izda wara l-mewt ta’ huh, Mario beda jghix sekonda b’sekonda.

Finalment, Mario ried jghaddi messagg li bl-istorja tieghu jixtieq jghaddi kuragg lil haddiehor sabiex ma jaqtghux qalbhom jew joqghodu qalbhom sewda ghal xi haga ta’ niket li tigrilhom.  “Kull min qed jaqra din l-intervista, nixtieq li jaghmel kuragg bija u jkompli ghaddej  bhali.  Inutli toqghod tibki l-passat.  Dak kien id-destin.  Kif ghedt fil-bidu, jekk quddiemi hemm hajt, ma jtellifni xejn ghax zgur nibqa’ nara kif ser nghaddi minnu,” temm jghidli Mario b’tant kuragg u determinazzjoni, minkejja dak kollu li kellu jghaddi minnu.

Kummenti (6)Add Comment
kuragg
Minn josette, July 24, 2011
kuragg mario jien nafek ax hdimt mijak fil-fabbrika fejn tahdem
report abuse
vote down
vote up
Votes: +4
kuragg
Minn josette, July 24, 2011
kuragg mario jien nafek ax hdimt mijak fil-fabbrika fejn tahdem
report abuse
vote down
vote up
Votes: +1
the element
Minn sean, July 24, 2011
we love u mario , u are a strong boy mate ! keep up the good work
report abuse
vote down
vote up
Votes: +2
ma nafikx habieb
Minn joe cutajarjoe cutajar, July 25, 2011
ma nafikx habib imma nitlob ghalk ghax bniedem ta veru u b,dijn intervista ghamielt hafna gid jien ghadej minn hafna gwaj fil familja ghandi hafna mard u ghandi kurragg ta ghax ghandi l-alla mieghie imma int ergajt tajtni izjed habib grazzi mario
report abuse
vote down
vote up
Votes: +1
...
Minn Leonard Ciantar, July 25, 2011
Alla mieghek Mario....u ittex li int tibqa dejjem mieghu ! Nitlobb hafna ghalik !
report abuse
vote down
vote up
Votes: +1
kuragg mario
Minn johann, July 25, 2011
kuragg mario
report abuse
vote down
vote up
Votes: +1

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
16C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata