“Il-bidla ma tigix biss mit-tibdil fl-amministrazzjoni imma wkoll minn dawk kollha li jiffurmaw parti mil-loghba tal-futbol.” Hekk iddikjara l-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo, fil-ftuh tal-Laqgha Generali Annwali. Din kienet l-ewwel Laqgha Generali Annwali li fetahha Darmanin Demajo, li kien elett sena ilu bl-ghajta ta’ “klabbs, klabbs, klabbs”.
Tul id-diskors tieghu, Darmanin Demajo enfasizza fuq it-tigdid li ghaddej minnu l-futbol Malti, b’mod partikolari l-ghajnuna lill-klabbs, li kienet imweghda mill-amministrazzjoni l-gdida.
Huwa sahaq li bhala President, jista’ biss jaghti direzzjoni dwar kif jixtieq li jsir it-tibdil, izda l-bidla trid tigi b’mod specjali mill-klabbs infushom billi anke jbiddlu l-attitudni taghhom.
“Il-klabbs irid ikollhom il-kuragg biex din il-bidla tkun tista' ssehh, u jridu jaghtu l-kontribut taghhom ukoll," zied jghid il-President tal-MFA.
Huwa rrefera ghal dak li sejjah bhala riskji godda li l-MFA trid tiehu fiz-zmien li gej bl-ghan li mmexxu ’l quddiem il-futbol lokali. Semma diversi progetti li qed tahdem fuqhom l-Assocjazzjoni, fosthom dwar muzew gdid, investiment fil-marketing, u anke facilitajiet godda fil-Millenium Stand.
Darmanin Demajo sahaq li issa l-klabbs iridu jaghmlu l-parti taghhom ukoll u jkunu responsabbli.
“Ahna ssellifna miljuni biex inkunu nistghu nghinu lill-klabbs kollha u noholqu pagna gdida fil-futbol Malti. Qed jirnexxielna noholqu entuzjazmu gdid f'Ta' Qali. Inhela wisq zmien fil-passat u ahna irrispondejna b'mod immedjat anke jekk l-accounts tal-MFA qed juru telf. Investejna fl-infrastruttura tal-klabbs ghax jekk ma naghmlux dan ma nistghux nimxu 'il quddiem,” iddikjara b’mod dirett Darmanin Demajo.
Dwar il-weghda tieghu li kull klabb ikollu amministratur fuq bazi full time, huwa qal li l-MFA qed tahdem fuq din il-haga u l-weghda ghandha titwettaq fiz-zmien li gej. Izda enfasizza li huwa importanti li l-klabbs jibbilancjaw il-kotba taghhom. Ghamel referenza wkoll ghall-korruzzjoni u l-hidma tal-MFA f’dan il-qasam, u appella wkoll ghal aktar dixxiplina mis-sapporters Maltin fil-grounds taghna.
Intant il-bierah habbar ukoll li l-MFA lahqet ftehim mal-kumpanija Amerikana FXDD bhala l-isponsors ufficjali tat-tim nazzjonali. Dan filwaqt li gie mgedded il-ftehim mal-BOV, filwaqt li se jkun konkluz il-ftehim mal-Maltco.
Darmanin Demajo temm id-diskors tieghu b’messagg dirett. “"Ahna qeghdin hawn ghall-klabbs. Inheggeg lil kulhadd biex ma jibzax mill-futur ghax l-MFA qieghda hawn ghalikom, biex tghinkom u taghtikom ir-rispett li jixirqilkom."
Tul il-Laqgha Generali tal-bierah kien ipprezentat ir-rapport amministrattiv ghas-sena 2010/2011 mill-Kap Ezekuttiv Bjorn Vassallo, li kompla jitkellem fuq it-tibdil li ghaddej minnu l-futbol Malti u l-miri tal-MFA ghas-snin li gejjin.

| < Prev | Next > |
|---|






