Drew Langdon huwa perit rikonoxxut, izda ma jipprattikax din il-professjoni ghax il-hsieb ewlieni tieghu huwa li jiehu hsieb kumpannija ghall-izvilupp tal-proprjetà kummercjali tieghu stess ibbazata f'Exeter ir-Renju Unit.
Passjoni kbira ohra tieghu hija dik tat-tlielaq tal-powerboats. Drew kien spirat minn missieru Alan, racer mill-aktar attiv fuq il-Klassi SE u c-cirkwit OE fis-snin 70.
Alan Langdon kien ukoll President tas-South Devon Water Sports Club, fi zmien meta z-zaghzugh Drew kien iqatta' l-btajjel tieghu jsegwi u jaghti daqqa t'id lil missieru fit-tlielaq tal-klabb fejn huwa kiber biex isir Lap Scorer meta kellu biss 10 snin u Time Keeper meta lahaq l-età ta' 12 il-sena.
Ilni naf lil Drew Langdon sa mill-ewwel avventura tieghu fil-P1 fl-2004 fejn mill-bidu modest fil-Klassi Supersport, aggorna l-isfida tieghu tal-P1 billi tela' fil-Klassi Evolution u fuq medda ta' seba' staguni kiseb 5 rebhiet P1 Grand Prix u kellu 20 dehra fuq il-podju tal-P1 Grand Prix.
Drew Langdon huwa protagonista popolari fejn jidhlu l-unuri tal-powerboating. Huwa kiseb hafna gharfien, fosthom in-National Offshore Endurance Champion, zewg rekords nazzjonali ta' velocità, u iehor internazzjonali, id-dawra tar-Renju Unit (it-tappa Ports-mouth-Plymouth) 1st Overall, protagonist li jzomm, flimkien ma' Miles Jennings, ir-rekord tal-maratona ghall-velocità tar-Renju Unit, ghall-Klassi A, rebbieh tat-Trofew Bahamas, u aktar.
"Ilni ntellaq minn età zghira u ghad ghandi d-dghajsa tat-tigrija tieghi tat-tieni cirkwit li kelli fl-età ta' dsatax. Hija Bristol monohull li kultant ghadni nuzaha f'avvenimenti tal-klabb. Missieri kien sew-wieq ghat-tim Johnson Circuit u li grew madwar l-Ewropa meta kont tifel zghir.
Kont lap scorer fejn imxejt 'il quddiem biex sirt time keeper fil-klabb lokali tat-tigrijiet taghna minn madwar l-età ta' tnax. Niftakar meta konna nikkompetu fuq ix-xmara Exe u mbaghad aktar tard fil- Cotswold Motorboat Racing Club meta kont qed nistudja", jirrakkonta Drew dwar il-konnessjoni bikrija tieghu mal-isport.
Kif tiddeskrivi s-snin bikrin tieghek ta' partecipazzjoni fil-Kampjonat P1 Power-boat?
"Bdejt intellaq fil-P1 fl-2004 bil-Buzzi RIB tieghi fil-klassi Supersport u fl-ewwel harga taghna f'Malta spiccajna t-tieni. Ghamilna l-podju f'kull tellieqa dik is-sena fejn, eventwalment, irbahna t-tellieqa finali fi Sqallija."
Alan Langdon, li tilef hajtu fl-incident tal-ajru meta Drew kellu biss 18, kien l-ispirazzjoni tat-tifel tieghu li jsir aficionado tat-tlielaq tal-powerboat. Drew, bhalissa huwa wkoll proprjetarju tar-restawr tat-tlett gettijiet militari - Harrier, Jaguar u Buccaneer.
Dan l-interess kien ukoll immotivat mir-rabta mill-qrib ma' missierek?
"Iva missieri u jien konna qrib hafna. Kont intir mieghu u ngawdi n-navigazzjoni meta konna nuzaw il-mapep u zewg sistemi ta' navigazzjoni maghrufa bhala ADF u VOR, ghax ma kienx hemm sistemi SatNav. Kont innavigajt hazin lejn l-ajruport darba biss, izda kien qed jidlam u l-ajrudromi kienu qrib hafna ta' xulxin fit-Tramuntana ta' Londra. Kienet biss b'kumbinazzjoni li ma kontx qed intir mieghu fil-jum tal-incident.
Veru inhobb hafna l-ajruplani u z-zewg subien tieghi Ali u Dom qed jghinuni biex inlestu r-restawr taghhom. Huma distrazzjoni tajba matul ix-xhur tax-xitwa u jservu ta' harba tajba mir-rutina", irrakkonta Drew.
Ta' spiss tirreferi ghal Malta bhala wahda mid-destinazzjonijiet favoriti tieghek l-aktar ghat-tlielaq. X'inhu dak li jaghmilha specjali?
"Jien dejjem sibt lill-Maltin kordjali hafna u fl-ewwel zmien tal-P1 kienu dejjem lesti li jghinuni. Li jien u Jan nikkompetu kontra Aaron kien ukoll interessanti ghax huwa wkoll kien ilu jtellaq fil-P1 mis-sena 2004.
Kellna xi tlielaq mill-qrib meta konna t-tnejn nuzaw dghajjes b'magni outboards. Kull sena li nergghu lura lejn Malta, in-nies li ghenuna matul is-snin dejjem jirritornaw lejn il-pits u rnexxielna niffurmaw nukliju ta' hbiberiji tajba u jien dejjem herqan li niltaqa' maghhom mill-gdid", sahaq Drew.
Din is-sena Drew gie lura Malta fit-tmexxija tat-tim Racing Silverline (GB) ghall-ewwel edizzjoni tal-UIM Ocean Grand Prix World Endurance Championship. Minbarra li huwa s-sid tat-tim u l-amministratur, Drew Langdon huwa fuq throttles u trim, filwaqt li Miles Jennings huwa s-sewwieq.
Il-membri l-ohra tal-ekwipagg huma Robert Jenkins bhala kap inginier, John Fairman inginier t'appogg, Keith Fear fuq il-logistika, Marcello Guillerno P.R., stampa u web, filwaqt li Judy, Ali u Dom (Langdon) jappoggjaw u jassistu fuq l-affarijiet l-ohra.
Kif tiddeskrivi s-sehem tieghek fil-Malta OGP u x'inhuma l-pjanijiet fir-rigward tat-tlielaq tal-powerboats?
"Din id-darba Malta kienet daqsxejn ta' dizappunt ghal Miles u ghalija. L-Arneson drives saru progressivament mahlula matul l-ewwel tellieqa u inqerdilna sett gdid ta' skrejjen li rrizultaw f'wirja fqira ghall-ewwel tellieqa, bil-konsegwenza li ksibna t-tielet post.
Fit-tieni jum inkiser sensur tat-torque nofs sekonda biss mit-tluq, li kkaguna l-irtirar taghna. Dan kien ta' hasra kbira ghax ma' gbarna l-ebda punt u issa ghandna problema b'din is-sistema ta' monitoragg ghax issa z-zewg sensuri tat-torque fallew.
Ninsab imhasseb dwar il-qawwa u l-applikazzjoni ta' din is-sistema ghall-iskop ta' monitoragg ta' energija fl-ambjent difficli ta' tlielaq tal-bahar. Issa rridu nsolvu l-kwistjonijiet tas-sensur malajr mal-organizzturi jekk irridu nkomplu niehdu sehem f'dan il-kampjonat. It-tlielaq tieghi fil-Kampjonat Dinji flimkien ma' Miles Jennings urew li ahna tim tajjeb hafna u jiena fiducjuz li dan se jkompli."
Temmen li l-Kampjonat OGP mniedi m'ilux jista' jirbah lura l-interess u l-entuzjazmu ta' timijiet internazzjonali u dawn jergghu lura f'numri tajba?
"Huwa biss iz-zmien li jurina. Hija hasra li hemm ftit dghajjes jiehdu sehem din is-sena, imma ninsabu fi zmien ekonomiku difficli, ghalhekk din is-sitwazzjoni hija mistennija li tigri.
Nisperaw li l-affarijiet imorru ahjar fil-hin biex izommu l-isport haj u eccitanti, biex jaqbad l-immaginazzjoni ta' bizzejjed nies u kumpanniji biex l-isport jitla' fil-livell li jmiss.
L-isport certament ghandu l-ingredjenti kollha biex ikun jista' jaghmel dan, grazzi ghall-hidma siewja li ghamel Nathan Knight u t-tim tieghu fil-jiem bikrija tal-P1 biex jghollu l-profil tal-isport, tat-televizjoni u d-divertiment korporattiv", kompla Drew.
Ghalhekk, il-maghmudija tan-nar issa lesta ghal Drew u t-timijiet l-ohra wara t-tnedija tal-Kampjonat Ocean Grand Prix 2011. Il-gimghat li gejjin ghandhom iwasslu ghal aktar kompetizzjoni, jizdied l-interess u l-appogg ghall-kampjonat.
L-appuntamenti li fadal fil-kalendarju dan l-istagun huma Den Helder - l-Olanda (5-7 ta' Awwissu), Siracusa - Sqallija (2-4 ta' Settembru) u Milazzo - Sqallija (16-18 ta' Settembru).
Den Helder ghandha tilqa' lill-Ukrainian Spirit, b'Victor Shemchuk u Aaron Ciantar bhala l-ekwipagg, li naqsu milli jaghmlu t-tigrijiet tal-ftuh f'Malta. Definittivament mossa li taspira ghal aktar ecitament fuq ic-cirkwit tal-Kampjonat Ocean Grand Prix 2011.

| < Prev | Next > |
|---|






