Jikteb Joe Cilia
Nemmen fis-sejha ghall-qadi u b’hekk nemmen fil-qadi tal-poplu taghna. Kien sewwa sew ghalhekk li mill-gdid sejjer naghti s-sehem u l-kontribut politiku tieghi ghall-gid tal-elettorat kif ghamilt fl-imghoddi sa minn meta l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici kien hajjarni nikkontesta l-elezzjoni tal-1987.
Grazzi ghall-fiducja tal-votanti tar-raba’ distrett elettorali, bqajt nigi elett fl-elezzjonijiet generali tal-1992, 1996 u 1998 biex bqajt fil-Parlament Malti sal-2003, liema sena kont iddecidejt li ma nikkontestax fiha ghal konsiderazzjonijiet purament familjari.
Illum bl-istess konvin-zjoni ta’ snin l-imghoddi, bl-istess hegga u determinazzjoni li bihom qdejt lill-Partit Laburista li fih jinsab twemmini, qieghed ghal darba ohra noffri li naqdi mhux biss dan il-moviment tal-haddiema, izda lill-elettorat tal-imsemmi distrett.
Irrid nissokta fejn hallejt, irrid nibni flimkien man-nies fejn il-Partit Laburista se jsib li ddghajjef, twaqqa’ jew inhatt ghal kollox fil-pajjiz.
L-appogg li nghatajt mill-Mexxej tal-Partit, Dr. Joseph Muscat, kif ukoll mill-Ezekuttiv Nazzjonali tal-Partit huma sisien qawwija li jixprunawni biex ghal darba ohra nimmilita u nservi fl-interessi tal-Partit tal-Haddiema billi nohrog ghall-elezzjoni generali li jmiss tigi meta tigi.
Kemm dawk li ilhom jafuni, kemm dawk aktar zghazagh, nistqarr u naqsam maghhom ideali ta’ gustizzja socjali, ta’ tolleranza, ta’ trasparenza politika u ruh socjali qawwija li dejjem kienet l-ispirazzjoni ta’ dawl, ta’ tama, ta’ kuragg u ta’ kompassjoni f’Partit Laburista maghqud u kompatt.
Kuntatt dirett
Jehtieg li naqdfu ghal sidirna, nahdmu bla waqfien. Il-mument, anki ckejken, li harsitna ma tibqax iffukata fuq l-ghan ewlieni taghna, jista’ jxekkilna u jdghajjfilna hidmietna.
Bil-kuntatt dirett man-nies, bl-ghajnuna taghhom u bl-energija li tohrog mix-xenqa ghat-tigdid li jehtieg isir f’pajjizna, ghandna qadfa b’sahhitha, tigrija tajba biex naslu u nwasslu flimkien lil dan il-gens f’port il-kenn.
Ghalhekk id-decizjoni li nerga’ nikkontesta.
Biex bl-istess valuri tal-imghoddi, bl-istess hrara ta’ qabel u b’aktar impenn u sens ta’ altruwizmu, nghin biex dan pajjizna, li lkoll qed nghixu fih, jeghleb dak li bhalissa qed jidher x’aktarx insormontabbli. Biex il-problemi bil-bosta li ghandhom il-familji taghna jittaffew, biex il-hajja ma tibqax lotta kontinwa u ta’ qtigh il-qalb, izda minn ezistenza ghal dawk imgarrba ssir ghajxien dicenti, hajja vera.
Biex iz-zghazagh jiksbu identità u dinjità u jiffaccjaw l-iebes kollu tal-hajja ,bl-ghajnuna, is-solliev, b’xoghol dicenti, b’impjiegi sodi u edukazzjoni shiha.
Il-prijoritajiet ta’ Gvern Laburista gdid huma dawk ta’ ghaqal, dehen u fejda f’kull qasam.
Minghajr prijoritajiet f’posthom, tispikka d-dizordni.
Qafas socjali tajjeb, infrastruttura soda, progetti godda, nifs gdid lill-haddiema, min ihad-dimhom, il-klassi tan-nofs, l-anzjani u l-pensjonanti kif ukoll dawk li jahdmu ghal rashom ghandhom ikunu muftieh li jiftah berah il-bwieb tal-progress waqt li jinghalaq dak tal-istagnar.
Ghalhekk “Mill-gdid ghall-gid”
Man-nies ta’ Hal Ghaxaq, dawk tal-Gudja, il-Marsin, dawk tar-Rahal Gdid, ta’ Santa Lucija u t-Tarxinizi, se nkun dejjem solidali bhal ma jixhdu s-snin li lilhom mill-ahjar li dejjem staj qdejt u servejt b’haqq u kompassjoni, leali dejjem lejn il-messagg u l-programm elettorali laburista.
Nergghu niltaqghu!

| < Prev | Next > |
|---|







Mhux aħjar iħallina bi kwietna u jagħmel pjaċir lil kulħadd (speċjalment lill-Partil Laburista) u jitlaq 'l hemm?