L-ghaqal jitlob li wiehed jiehu hsieb, li jahseb ghal ghada. F’kull haga li ssir fid-dinja, dak li jsehh illum ghandu effett kemm meta jsehh, izda jhalli l-effett tieghu fuq dak li jsehh ghada. Huwa veru l-kaz li dak li tizra, tahsad.
Ninsabu fi zmien li l-finanzi tal-pajjizi qed ikunu suggetti ghal skrutinju kbir. Dak li sehh f’diversi pajjizi huwa inkwetanti hafna u ghandu effett mhux biss fuq il-poplu ta’ dak il-pajjiz biss, izda ihalli effett wkoll fuq il-popli ta’ pajjizi ohra. F’kull kaz, id-diffikultajiet f’dawn il-pajjizi kien rizultat ta’ tmexxija li ma kienetx ghaqlija u li ma hasbitx ghall-ghada.
Aktar mal-pajjizi madwar id-dinja ikollhom kummerc flimkien, aktar mal-globalizzazzjoni tal-ekonomiji ssehh, dak li jsehh f’pajjiz se jhalli effett fuq pajjizi ohra.
Is-suggett tal-finanzi pubblici f’dan kollu dejjem se jkollu importanza kbira. Il-gvern ta’ pajjiz, specjalment meta l-gvern jkun qed joffri hafna servizzi pubblici, ikun konsumatur kbir f’dik l-ekonomija. Il-mod kif il-gvern imexxi l-finanzi tieghu ghandu effett kbir fuq l-ekonomija tal-pajjiz.
Il-gvern ghandu obbligu li jara li l-finanzi tieghu jitmexxew b’ghaqal, l-infiq isir bl-aktar mod efficjenti filwaqt li l-gbir tat-taxxi isehh b’mod gust u li ma jfixkilx l-andament ekonomiku tal-pajjiz.
Harsa lejn ic-cifri tal-finanzi tal-gvern li ppubblika l-perit Karmenu Vella din il-gimgha, juru li t-tmexxija tal-finanzi pubblici ta’ pajjizna tul dawn l-ahhar seba’ snin ma kienetx tajba. Kienet tmexxija li ma lahqitx il-miri li fasslet hija stess.
Tmexxija li wasslet ghal nefqiet akbar, b’deficit fin-nefqa li kompla jizdied, bil-konsegwenza li d-dejn nazzjonali kompla jikber.
Zgur li din it-tip ta’ tmexxija mhux qed tahseb ghal ghada. Mhux qed tahdem biex tara li s-servizzi pubblici li ghandu pajjizna jigu salvagwardjati. Tmexxija li m’ghandiex pjan biex taccerta li l-finanzi tal-pajjiz ma jkunux il-piz li jxekkel l-andament ekonomiku.
Il-pressjoni li tinholoq jekk il-finanzi tal-pajjiz ma jkunux regolati sewwa, ghandu effett negattiv fuq dak li jkun jista’ jsir fi snin li gejjin.
Wiehed irid ifakkar li Lawrence Gonzi qabel l-ahhar elezzjoni kien wieghed li se jnaqqas l-oghla rata tat-taxxa fuq id-dhul u fl-istess hin, id-differenza bejn id-dhul u l-infiq ma tibqax wahda ta’ deficit izda ssir wahda ta’ surplus li gvern jigbor aktar milli jdahhal.
Fil-verità l-affarijiet mhux talli marru ghall-ahjar, talli l-gvern ma naqqasx ir-rata tat-taxxa, nehha diversi sussidji li kienu jgawdu minnhom il-familji u d-deficit baqa’ jikber u joghla. Altru milli lahaq il-mira li wieghed li kellu jwettaq sas-sena 2010.
Il-weghda kienet li d-deficit, jigifieri kemm il-gvern jonfoq izjed milli jigbor, kien se jdawru f’€60 miljun surplus sal-2010. Il-gvern kellu ghalhekk jigi li jonfoq inqas milli jdahhal. Ir-rizultati ta’ dak li sar huma li d-deficit akkumula b’€711 miljun u d-deficit / debt ratio telgha minn 2.4 fil-mija fl-2007 ghal 3.6 fil-mija fl-2010.
Hija konvenjenti hafna li l-gvern immexxi minn Lawrence Gonzi iwahhal fil-krizi internazzjonali biex jipprova jiddefendi dak li zera matul dawn l-ahhar snin. Il-verità u l-fatti juru li l-finanzi tal-pajjiz ilhom immexxija hazin u l-problemi ilhom jakkumulaw u jikbru sa mis-sena 2004, ferm qabel ma faqqghet il-krizi li konsistentement tissemma.
Maghdud man-nuqqas ta’ ppjanar u tmexxija tajba tal-finanzi tal-pajjiz, illum qed naraw inefficenzi jikbru fit-tmexxija. Inefficjenzi b’infiq zejjed u aktar milli ppjanat kif wkoll fit-tmexxija tadf-Dipartiment tal-VAT li jonqos milli jibghat ir-returns fil-hin u jgieghel lit-taxpayer ihallas multa ghall-izball maghmul mid-dipartiment.
Din hija sitwazzjoni li tehtieg li tigi indirizzata. Ir-rizultati ta’ seba snin tmexxija minn Lawrence Gonzi nafu x’inhuma u jidher car li din it-tmexxija m’ghandhiex il-formola mehtiega biex tinbidel ir-rotta.
Ir-rizultati tat-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi juru li t-tmexxija tieghu tfisser surplus ta’ kliem u deficit fl-azzjoni.
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

| < Prev | Next > |
|---|






