Il-personalità li ntervistajt illum, sirt naf bih peress li avvicinani persuna midhla tal-muzika sew hawn Malta. Hajjarni nik-kuntattjah ghall-fatt li minkejja l-età zghira li ghad ghandu, l-muzika digà fethitlu orizzonti pozittivi, tant li qed jispira sabiex ikattar l-esperjenzi u t-talenti tieghu barra minn xtutna. Qed nirreferi ghat-tenur zaghzugh Malti - Cliff Zammit Stevens.
Cliff ghandu 22 sena u jghix ix-Xemxija. Bhalissa huwa student fir-Royal College of Music f’Londra u f’Settembru li gej jibda r-raba’ sena tieghu u f’Lulju jiggradwa fil-muzika.
Bhala passatempi jhobb jghum, jattendi t-teatru u jqatta’ l-hin mal-familja u hbieb. Cliff jiddeskrivi lilu nnifsu bhala persuna ambizzjuz, determinat u rasu iebsa.
“Minn dejjem kienet ix-xewqa tieghi li nmur nistudja f’wiehed mill-aqwa konservatorji fl-Ewropa, ir-Royal College of Music. Ghamilt l-audition tieghi tlett snin ilu u issa wasalt fl-ahhar sena tieghi tad-degree. Hija esperjenza unika. Matul dawn is-snin hdimt ma’ hafna artisti kbar li kienu ta’ ispirazzjoni kbira, fosthom Robert Sutherland li huwa ekspjanist ta’ Maria Callas, Dame Anne Murray u aktar.
Kantajt ukoll f’hafna postijiet prestiggjuzi, fosthom ir-Royal Albert Hall f’Londra. L-ispirazzjoni qatt ma tieqaf u huwa dan li jkompli jghammar fija l-imhabba li ghandi lejn il-muzika klassika. Malta nipprova dejjem nigi ghall-btajjel tas-sajf.
Huwa sabih li nqatta’ zmien mal-familja u hbieb, kif ukoll nipprova dejjem norganizza kuncert matul iz-zmien li inkun qed hawn. Huwa tajjeb ghalija li inkompli nistharreg u nistudja waqt li inkun Malta u huwa sabih li jkolli l-opportunità li naqsam dak li tghallimt mal-udjenza Maltija”, fissirli Cliff fil-bidu ta’ din l-intervista mieghi.
B’kollox Cliff ilu jistudja professjonalment il-muzika ghal dawn l-ahhar tmien snin. “Qabel dan kont parti minn diversi korijiet u kont niehu sehem f’hafna musicals minn kumpanniji lokali, kif ukoll l-iskola sekondarja,” kompla jghidli.
Ma stajtx ma nistaqsihx kif bhala zaghzugh thajjar jiffoka fuq muzika klassika, u kif jahseb li jharsu lejh zghazagh ohra. “Kienet ghazla li kelli naghmel. Kif semmejt qabel, jien kont niehu sehem f’hafna musicals u fil-fatt it-training tieghi kien iffokat fuq musical theatre. Iktar ma bdejt nikber u nimmatura, l-vuci kibret u immaturat ukoll u l-istil klassiku gie aktar naturali ghalija u jixraq hafna lill-vuci tieghi.
Illum il-gurnata ma jiddispjacini xejn li hadt din it-triq ghaliex ir-repertorju huwa vast hafna. Il-muzika u l-opri miktuba huma mimlijin emozzjonijiet u melodiji mill-isbah. Dawn iz-zminijiet l-idea tal-muzika klassika qeghdha tinbidel u aktar u aktar zghazagh qed juru interess kbir f’dan il-qasam ta’ muzika, kemm bhala udjenza, kif ukoll bhala solisti”, wegibni b’mod dettaljat Cliff.
Kuncert:Libretti in the Silent City
Ftit jiem ohra, proprju fl-24 ta’ Awwissu fit-8.30pm, Cliff ser itella’ t-tielet kuncert ta’ muzika klassika. Il-kuncert bl-isem ta ‘Libretti in the Silent City’, ser jittella’ fil-Palazz Vilhena, fl-Imdina. Tlabtu jghaddili aktar informazzjoni dwaru. “Barra l-pjanista brava Marcelle Zahra li ser takkumpanjani, ser ikolli zewg mistiedna internazzjonali li huwa ta’ unur kbir ghalija li accettaw l-istedina u li ser joffru t-talent kbir taghhom lill-udjenza Maltija. Is-Sopran hija Seljan Nasibli, kif ukoll Nicholas McCarthy li huwa l-izghar pjanist xellugi fid-dinja.
Flimkien ser nipprezentaw programm sabih ta’ kanzunetti u arji bhal Parigi O Cara minn La Traviata ta’ Verdi, La Danza ta’ Rossini, Paraphrase on Miserere Op. 16 ta’ Liszt / Pfeiffer u hafna iktar”, elabora mieghi Cliff.
Mistoqsi jekk jarax futur ghalih bhala tenur hawn Malta, Cliff iddiskuta mieghi l-fatt li l-opportunitajiet f’Malta dejjem qed jikbru u hawn hafna talent u nies li jghallmu l-muzika ta’ livell tajjeb hafna. “Sfortunatament peress li ahna gzira zghira, huwa difficli hafna biex ikollok karriera biss mill-muzika, ghalhekk l-ambizzjoni hija li jkolli karriera internazzjonali.”
Ridt ingib sitwazzjoni xi ftit antipatka quddiem Cliff. Fil-fatt irrakkontajtlu storja fittizja li fuq kollox tista’ tigri vera. Gibtlu quddiemu sitwazzjoni fejn ikollu kuncert ibbukkjat u fl-istess gurnata jqum ma jiflahx. Tlabtu jghid kif jahseb li jirreaggixxi f’sitwazzjoni antipatka u sfortunata bhal din.
“L-ewwel u qabel kollox incempel lit-tabib tal-vuci tieghi u nikkonsulta mieghu. Jekk huwa jghidli li jekk ser inkanta hemm il-possibilità li nohloq aktar problemi serji fuq il-vuci, imbaghad ikolli nikkancella.
Hija sitwazzjoni antipatika hafna vera, li mhux hafna nies jifhmu. Mhix facli biex iccempel lill-organizzaturi u tikkancella peress li huma jkollhom isibu lil xi hadd iehor biex ikanta minn flokok. Però huma affarijiet li jigru u sfortunatament ma ghandniex kontroll fuqhom,” wegibni spontanjament Cliff.
B’kurzità fuqi ridt inkun naf minghand Cliff liema modi juza sabiex jibza’ ghall-vuci tieghu matul is-sena. Bla tidwir ma’ kantunieri qalli li jipprova ma tantx johrog go diskoteki, ma jixrobx xorb eccessiv u jevita l-ghajjat. “Xi haga li tghini hafna hija steaming halli dejjem ikolli l-kordi vokali mistrieha,” spjegali Cliff.
Però xtaqtu jelabora aktar meta qalli li jevita diskoteki u l-ghajjat. Anke xtaqtu jfissirli ezattament steaming x’tikkonsisti.
“Bhala hrug ma jistax ikun li twaqqfu. Huwa sabih li tissocjalizza mal-hbieb. Il-haga hi li trid dejjem tkun responsabbli, specjalment meta ghandek xi kuncert jew opra gejjin fil-qrib.
Bhala ghajjat jigifieri, titkellem tghajjat, tkun go postijiet fejn hemm hafna storbju madwarek, allura trid tgholli lehnek biex titkellem, argumenti li m’hemmx ghalfejn li tidhol fihom u hafna aktar. Hemm hafna modi kif tista’ tiehu hsieb il-vuci. L-isteaming huwa mezz naturali kif tiftah u tillubrika s-sinuses.
Kull ma taghmel huwa li tghalli l-ilma u titfghu go flask li s-soltu jkun maghmul mic-caqquf.
Li taghmel huwa li tibla’ l-fwar li jkun tiela’ u tiehu n-nifs minn go fih”, spjegali b’mod aktar car u dettaljat Cliff.
Finalment Cliff xtaq li l-qarrejja tal-KullHadd ikomplu juru u jissaportjaw lill-muzika klassika u kull qasam muzikali iehor. “Il-qasam tal-arti mhux qasam facli u hemm hafna preparamenti u studju ghal prodott finali li jigi pprezentat ghall-pubbliku. Huwa dejjem sabih meta inti tigi apprezzat ghal xoghlok,” temm jghidli Cliff.

| < Prev | Next > |
|---|






