Id-dinja virtwali li holoq il-fenomenu tal-internet, tista’ tghid li biddel u qieghed ibiddel il-mod kif inwettqu l-affarijiet. Il-komunikazzjoni bejn in-nies giet iffacilitata aktar; il-kummerc illum ha dimensjoni gdida li kull ma jmur qed issir aktar importanti; l-informazzjoni tista’ tinstab b’mod aktar facli jew ahjar trid titghallem kif tfittex dik l-informazzjoni li trid issib mill-enormità ta’ taghrif li hemm merfghuh f’arkivji ta’ data elettronika. Insomma, tista’ tghid li d-dinja irnexxilha tohloq dinja ohra li d-daqs taghha huwa infinit u li dejjem qed tikber.
Fil-fehma tieghi, l-internet biddel wkoll il-mod kif jitwasslu l-ahbarijiet. L-immedjatezza li biha jista’ jitwasslu l-ahbarijiet, hija xi haga ta’ meravilja. Fi ftit minuti, filmat ta’ avveniment li jkun ghadu kif sehh, tista’ ssibu u tarah b’aktar facilitàtkun fejn tkun, sakemm ikollok access ghall-internet.
L-aktar haga li qieghed ibiddel dan il-fenomenu, li issa ilu maghna ghal ftit snin mhux hazin, huwa l-partecipazzjoni ta’ min juza dan is-servizz.
Illum persuna tista’ hija stess taqbad u twassal ahbar li hija jidhrilha li hija ta’ interess. L-internet u l-ghodod kollha li gab mieghu, bhalma huma s-social networks, nghidu ahna Facebook u Twitter, taw il-potenzjal lil kull min irid iwassal fehmtu jew xi taghrif. Dan apparti li dawn in-networks qed ilaqqghu nies b’mod virtwali li ma nafx kemm kienu jiltaqghu kieku mhux b’dan il-mezz.
Ta’ min wiehed isemmi wkoll li permezz tal-internet, min juza dan is-servizz ghandu ghazla vasta kbira minn dak li jista’ jaghzel li jsegwi.
M’huwiex mezz li wiehed biss ikun passiv u jsegwi izda huwa mezz interattiv tant illi llum, ma tilhaqx titla’ ahbar f’wiehed mis-siti tal-ahbarijiet li jezistu fuq l-internet, li ma jkunx hemm numru kbir ta’ persuni li jaqraw dawn l-ahbarijiet u li jaghtu l-veduti u l-opinjonijiet taghhom dwar dak li jkun imxandar.
Ghoxrin sena ilu, pajjizna kien ghaddej minn bidla medjatika importanti. Kien iz-zmien li fih bdew jifthu l-istazzjonijiet tar-radju. Dan kien zmien ecitanti ghal hafna persuni ghaliex inbeda kapitlu fil-qasam tal-media li ta lil numru akbar ta’ nies biex jkunu jistghu isiru xandara.
One Radio, dak iz-zmien Super One Radio, hekk kien beda. Tahlita ta’ nies li kellhom esperjenza vasta fil-qasam tax-xandir u ohrajn li kienu novelli f’dan il-qasam, b’mod kuraggjuz kienu dahlu ghal esperiment li llum qeghdin niccelebra l-ghoxrin sena ta’ success mill-bidu tieghu.
Kien iz-zmien meta aktar id-diskussjoni bdiet tinfirex hafna aktar fuq il-mezzi tax-xandir. Kulhadd iwassal il-fehem tieghu bi programmi bil-partecipazzjoni tas-semmiegha li huma wkoll bdew isiru protagonisti fid-dibattiti.
Dan ir-radju kienu u ghadu mezz li bih persuni inghataw opportunità li jitghallmu dwar il-qasam tar-radju. Huwa servizz importanti ghas-semmiegha numeruzi li b’lealtà kbira lejn dan l-istazzjon. Matul is-snin, dan ir-radju serva kemm bhala mezz biex jitwassal messagg politiku, izda kien mezz li bih ittiehdu diversi inizjattivi fosthom li jixxandar dak kollu li hu Malti, ikun mezz ta’ divertiment u kumpanija, kif wkoll ta’ sostenn ghal numru ta’ inizjattivi filantropici.
Nahseb li wiehed mill-akbar successi ta’ One Radio tul dawn l-ahhar ghoxrin sena, zgur li kienu l-personalitajiet li twieldu fid-dinja tal-media li jsibu l-maghmudija taghhom f’dan is-settur fuq dan ir-radju.
Illum wara li ghaddew dawn is-snin u sehhew tant zviluppi fid-dinja tal-media, jehtieg li nkomplu nibnu fuq dak li inbena matul is-snin li ghaddew, filwaqt li jsiru dawk it-tibdiliet kollha mehtieg biex dak li se jgib mieghu il-futur inkunu lesti ghalih.
Filwaqt li huwa xieraq li dan ir-radju li kien ta’ servizz kbir ghal dawn l-ahhar snin, ikompli ghaddej b’din il-hidma, huwa importanti li nkomplu ninvestu u niggeddu kemm fl-oqsma tal-medja llum meqjusa tradizzjonali u dawk aktar godda, nkunu qeghdin inwasslu l-messagg u nisimghu dak li ghandhom x’jghidu n-nies.
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

| < Prev | Next > |
|---|






