Issa hadniha drawwa f’dan il-pajjiz li kull meta xi haga tmur zmerc il-Gvern jwahhal fil-PL.
Izda aghar minn hekk, bhalissa minghalih li ghax jitfa’ t-trab taht it-tapit, il-poplu ser jkun daqstant beccun li jibla’ kollox.
Anki johrog b’argumenti li lanqas huma kapaci jimpressjonaw lit-tfal tal-iskola.
Billi kultant zmien jippoza mal-istudenti zghazagh f’ghadd ta’ photo opportunities orkes-trati minn Kastilja, Gonzi jmissu ilu li ntebah li xorta wahda mhux ser jirnexxielu jippro-getta ruhu bhala xi gvern frisk, modern u innovattiv.
In-nies jridu s-sustanza u mhux il-gimmicks. Il-poplu ghatxan ghas-soluzzjonijiet u mhux ghall-gvern li hafna drabi flok jsolvi l-problemi, qed johloqhom huwa stess.
Filwaqt li sincerament naw-gura li Malta ma tispiccax fil-foss li waqghu fih pajjizi ohrajn bhall-Grecja u l-Portugall minhabba l-krizi finanzjarja, nahseb li wasal iz-zmien li l-Gvern ma jippruvax jkompli jbellghalna r-ross bil-labra.
Ghalkemm niehu gost f’kull opportunità li jkolli li nzur il-Gharghur u nistqarr wkoll li hadt gost hafna nattendi il-ftuh tal-grawnd il-gdid ftit tal-jiem ilu, hassejt li dak kollu sabih marbut ma’ din l-okkazjoni gie mtappan b’diskors frivolu u iva…politikament banali li ghamel Gonzi f’dik l-okkazjoni.
Li jiftahar b’dak li qed jagh-mel fl-isports m’hemm xejn hazin fih. Daqstant iehor ghamel sew li fahhar l-impenn tal-MFA u tal-Kunsill Lokali tal-Gharghur.
Izda diskors Gonzi stona bil-kbir, anki fost Nazzjonalisti prezenti li kellmuni waqt ir-riceviment li sar wara l-ftuh tal-grawnd, meta b’mod ghal kollox trionfalistiku qal li kemm hija haga sabiha li filwaqt li l-Ewropa kollha tinsab ghaddejja minn krizi tal-wahx, ahna ghandna l-lussu li fl-istess hin qeghdin niccelebraw il-festi, nippikaw fuq affarijiet zghar bhall-politika u l-football bejn-ietna, u anki nifthu grawnds bis-synthetic turf bhal dak gdid fil-Gharghur.
Li wiehed jipprova jnissel ftit fiducja fil-poplu ma fiha xejn hazin.
Izda li nippruvaw ningannawh, qiesu ahna ghandna xi umbrella specjali li tilqa’ mix-xita lilna biss u mhux lil haddiehor, huwa ingann.
Il-Gvern ilu ghaddej b’din il-loghba.
Ftit qabel ma aggorna l-Parlament ghall-btajjel tas-sajf, konna wissejnieh li qed jberraq f’Cipru u staqsejnih jekk kienx inkwetat dwar dan.
Qalilna li Cipru lanqas biss issemmiet fil-laqghat li kellu, biex issa ftit jiem ilu rajna lil Fitch, agenzija internazzjonali tal-kreditu tnizzel ir-ratings ta’ dan il-pajjiz girien u habib taghna. U ggbhom ftit il boghod minn junk bonds fl-istatus taghhom.
L-istess ghamlu dwar l-Italja. Filwaqt li issa Gonzi donnu stenbah u qed jistqarr li bhala pajjiz b’ekonomija miftuha, kull buffura tista’ tolqotna hazin, sa ftit jiem ilu il-Ministru Fenech kien mar on record jghid li billi tfaqqa’ krizi finanzjarja fl-Italja, dan ma kienx jfissirx li kien ser jkollu xi effett specjali jew partikulari fuq pajjizna.
Dan huwa kliem irresponsabbli ghax inissel sens artificjali ta’ sigurtà li ma jaghmlilna ebda gid.
Il-poplu ghandu dritt jkun jaf il-fatt kollha u mhux jigi mitmuh hafna nofs veritajiet. Bhallikieku krizi tista’ tigi solvuta billi wiehed ma jitkellimx dwarha.
Hadd ma ghandu jiskanta b’dan kollu. Ghax il-PN ilu snin shah ghaddej b’din it-tattika.
Minkejja li Gonzi kien jiftahar li kien ilu jara s-shab jingabar sa minn qabel l-elezzjoni tas-sena 2008, xorta wahda ma zammx lura milli jwieghed tnaqqis sostanzjali fit-taxxa tad-dhul. L-aqwa li jirbah l-elezzjoni generali.
U propju fl-istess sena – is-sena li fiha l-Gvern ta l-famuza zieda ta’ €500 fil-gimgha lill-Prim Ministru u l-Ministri tieghu – il-Vici Prim Ministru Tonio Borg mar on record jghid li l-krizi finanzjarja ma kinitx sejra tolqot lil Malta direttament.
F’Mejju li ghadda, waqt li kien qed jindirizza ir-raba’ konferenza annwali ta’ Finance Malta, l-Prim Ministru nnifsu kien iddikjara waqt keynote speech fil-Lukanda Westin Dragonara li Malta digà tinsab hierga mir-ricessjoni u mill-krizi finanzjarja globali.
Meta fil-Parlament kien he-mm min fostna li pprova jiftah ghajnejn il-Gvern dwar ghadd ta’ rapporti ta’ istituti serji Germanizi (think tanks) li bassru li Malta tista’ tispicca fl-istess dghajsa bhal pajjizi ohrajn tal-Mediterran li jinsabu fl-eqqel tal-krizi finanzjarja, il-PM ghazel li jcanfarna.
Huwa ghamel dan billi qal li tal-PL baqghu dak li kienu. Jitkellmu fuq affarijiet negattivi biss. U qatt ma jsemmu xejn pozittiv.
Idur kemm jdur mal-lewza, Gonzi jkollu jammetti li s’issa ma morniex il-bahar grazzi ghall-banek kummercjali.
Dan jafu kulhadd u qed jistqarruh diversi ghejjun internazzjonali. Fosthom is-CIA World Factbook li meta tkellem dan l-ahhar dwar l-ekonomija Maltija fis-sena 2011, stqarr li sal-lum jekk Malta ma ntlaqtitx hazin daqs haddiehor mill-krizi finanzjarja, dan kien dovut ghall-istabbilità fis-sistema bankarja taghna kif wkoll ghall-prattici prudenti taghhom f’dak li jissejjah ‘risk management’. Self fejn ma jittiehdux riskji zejda u bla bzonn.
L-appell tieghi lill Gvern huwa wiehed. Naf li s-sincerità politika mhiex wiehed mill-akbar doni tieghek. Izda fejn jidhlu kwistjonijiet serji u sensittivi bhal dawn, kif ukoll l-interess nazzjonali nnifsu, importanti li tkun onest u sincier mal-poplu. B’sehh immedjat. F’kull hin u f’kull mument.
Ghax dak huwa l-inqas li wiehed jistenna minn kull gvern responsabbli.
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it
www.leobrincat.com

| < Prev | Next > |
|---|






