Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Nuqqas serju ta’ sustanza

E-mail Print PDF
Share

charles_mangionId-dokument ta’ qabel il-bagit tal-2012 hu l-aghar wiehed li hareg f’dawn l-ahhar snin. Jidher bic-car li l-istrategija tal-gvern ser tkun li bejn issa u l-elezzjoni jkompli jahbi l-problemi reali li qed jiffaccja pajjizna, biex imewwet ir-rabja ta’ hafna familji Maltin li qed isibuha daqstant difficli biex ikampaw.

Id-dokument tas-sena l-ohra kien hemm tentattiv genwin biex joholqu diskussjoni fuq il-problemi l-aktar serji li qed jheddu l-futur ekonomiku taghna. Izda din is-sena hemm nuqqqas serju ta’ sustanza fid-dokument ta’ qabel il-bagit. Ha naghti ftit ezempji.

Il-Kummissjoni Ewropea digà wissiet lill-gvern li l-pjanijiet tieghu ghall-finanzi pubblici fuq medda ta’ zmien, huma nieqsa mid-dettalji necessarji biex wiehed ikun jista’ jserrah rasu fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi publici taghna.

Hlief ftit kummenti vagi fuq il-bzonn li jkomplu r-riformi fis-settur tal-pensjonijiet, ma hemm xejn ta’ sugu fid-dokument ta’ qabel il-bagit. Kulhadd jaf li ghandna setturi bhall-edukazzjoni, is-sahha publika, kif ukoll is-servizzi socjali fejn il-gvern ghadu ma hu qed jghid xejn kif dawn il-pilastri tal-welfare state ser ikunu rinfurzati fuq sisien sodi.

Kieku ma kienx ghall-opinjoni bil-miktub ippubblikata mill-Kummissjoni Ewropea kieku il-Gvern lanqas biss kien jammetti li ghandna sfidi kbar fuq dan il-front li sa issa ma kienux indirizzati.

Sar hafna ftahir fuq is-settur finanzjarju. Ahna niehdu pjacir li dan is-settur qed jikber, izda dan ma jfissirx li ghandna ninjoraw is-setturi l-ohra, bhal manifattura u t-turizmu.

Fuq dawn iz-zewg setturi, id-dokument ta’ qabel il-bagit jirrepeti biss ir-retorika li issa ilna nisimghu. Ma jghidulniex, per ezempju, ghaliex l-investiment privat fis-settur tal-manifattura u dak tat-turizmu qed jonqos minn sena ghall-ohra.

Lanqas ma jghidulna ghaliex il-Malta Enterprise mhux qed jirnexxilha tattira investiment fil-manifattura avvanzata bhal-ma qed jaghmlu pajjizi ohrajn bhar-Repubblika Ceka.

Qed nitilfu l-impjiegi fl-industrija tal-manifattura b’rata mghaggla hafna u qed insiru niddependu wisq fuq l-industrija tas-servizzi finanzjari u dik tas-servizzi personali bhall-electronic gaming.

Id-dokument jitkellem b’mod superficjali fuq il-problema ta’ nuqqas ta’ partecipazzjoni qawwija bizzejjed tan-nisa fis-suq tax-xoghol. Id-dokument ta’ qabel il-bagit jonqos li jiddiskuti pjanijiet konkreti biex jghinu lis-settur privat biex joffru lill-haddiema nisa kundizzjonijiet tax-xoghol li jghinu bis-serjetà lill-ommijiet bi tfal zghar biex jergghu jidhlu fid-dinja tax-xoghol.

Hemm bzonn li l-intraprizi privati, specjalment dawk zghar, jinghataw ghajnuna mill-gvern biex ikunu jistghu jagevolaw lil dawk il-haddiema nisa li qed irabbu familja.

Il-proposti fuq Ghawdex huma daqstant iehor superficjali. Il-kuncett tal-eco Ghawdex huwa wiehed tajjeb, imma sa issa dan hu mibni biss fuq retorika. In-negozji Ghawdxin ghandhom bzonn programm ta’ azzjoni fejn l-industrija tat-turizmu tkun riklamata b’mod effettiv, jittranga t-trasport, u jsir xoghol fl-infrastruttura biex Ghawdex ikun tabilhaqq ta’ attrazzjoni akbar ghat-turisti Maltin u barranin.

Fuq l-ekukazzjoni d-dokumnet ta’ qabel il-bagit jkompli jirrepeti l-kantaliena li ilna nisimghu. Meta n-numru ta’ tfal qed jonqos u hafna aktar genituri qed jippreferu jibaghtu lil uliedhom fi skejjel tal-Knisja jew privati, il-Gvern jibqa’ jippromovi biss il-ftuh ta’ skejjel godda. Fejn hemm bzonn skejjel godda j’alla nibnuhom, izda hemm bzonn nahdmu aktar biex nizguraw kwalità ta’ edukazzjoni gholja ghaz-zghazagh kollha taghna.

Il-Kummissjoni Ewropea stess regghet wissiet lill-Gvern Nazzjonalista biex qabel jonfoq aktar flus fl-edukazzjoni, l-ewwel jistabbilixxi ghaliex wara dawn is-snin kollha ghandna l-aghar rekord fl-Ewropa fir-rizultati edukattivi.

Id-dokument ta’ qabel il-bagit tal-2012 huwa l-ewwel abbozz tal-programm elettorali ghall-elezzjoni li jmiss li issa qed toqrob sew.

Ser jerga’ jkollna kampanja mibnija fuq l-ingann fejn jghidulna li l-ekonomija Maltija hija soda ghaliex hemm par idejn sodi jmexxu lil pajjizna.

Ser jergghu jsemmulna l-Grecja u l-Portugall u jghidulna kemm ghandna xortina tajba li hemm Gvern Nazzjonalista jiehu hsiebna. Izda l-familja Maltin qed jiffaccjaw realtà differenti hafna. Bosta familji mhumiex ilahhqu mal-gholi tal-hajja li hafna minnha hi kkawzata mill-kontijiet esagerati tad-dawl u l-ilma.

Hafna zghazagh mhux qed isibu il-kwalità ta’ impjiegi li kienu qed jistennew meta kienu jistudjaw l-Università u l-MCAST u jikollhom jaccettaw impjegi li ma jirrikonoxxux il-kwalifiki taghhom.

Biex naraw bidla ghall-ahjar irridu nistennew li l-Partit Laburista jiehu r-riedni tal-Gvern f’idejh biex naraw progamm ta’ azzjoni ekonomika dinamiku u effettiv.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
16C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata