Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Rajt ma rajtx, smajt ma smajtx

E-mail Print PDF
Share

swarcittadella5Ministru ta’ Eko-Ghawdex tal-isem

Bhala parti mill-progett ta’ Eko-Ghawdex, din il-gimgha l-Ministru Ìiovanna Debono zaret sit fejn kienu qeghdin jigu rrangati xi hitan tas-sejjieh.

Veru kaz ta’ ‘missing the wood for the trees’ kif jghidu l-Inglizi. Dan il-ftahir kollu dwar Eko-Ghawdex, imbaghad il-Ministru Debono biex la tinxtamm tfugh u lanqas tinten, ma haditx pozizzjoni dwar l-progett li kien propost li jsir fil-Bajja ta’ Hondoq, li kien se jeqred l-ekologija ta’ medda kbira ta’ kampanja u anki ta’ bahar mill-isbah.

Din x’Ministru ta’ ‘Eko-Ghawdex’ hi biex lanqas tiehu pozizzjoni dwar progett infami bhal dan? Anzi fl-2008, sahansitra kienet qalet li dan progett pozittiv.

Meta hareg ir-rapport tad-Direttorat tal-Ippjanar dwar l-izvilupp propost f’Hondoq, il-Ministru ta’ ‘Eko-Ghawdex’ tal-isem, flok ferhet bil-konkluzjonijiet ta’ dan ir-rapport, qalet illi ‘tirrispetta’ r-rakkomandazzjonijiet ta’ dan ir-rapport. Il-kelma ‘tirrispetta’ f’sitwazzjonijiet bhal dawn, tintuza meta tittiehed xi decizjoni li ma tkunx taqbel maghha, u kontra qalbek ikollok tirrispettaha.

Ikompli jikkonferma kemm Ìiovanna Debono hija ministru ta’ Eko-Ghawdex biss tal-isem, huwa l-fatt li din kienet ikkummissjonat rapport ta’ esperti dwar Eko-Ghawdex u ghal darb’ohra biex minn ghalija la tinxtamm tfugh u lanqas tinten, iddecidiet li ma tippubblikax dan ir-rapport li ma jmurx jintrifes xi kallu.

547df9c7fcf2215ddeb5f5c55b7e604d2011144405-1301271894-4d8fd556-620x348X’jaqbillu jghid?

Is-Sur Abram Zammit, id-Direttur tal-Habs, haseb illi akkuza bhal dik li ghamel Charles Muscat ‘Il-Pips’, li l-habs huwa nfestat bid-droga, jista’ jfarfarha minn fuq spallejh b’semplici intervista fejn qal li dan mhuwiex il-kaz.

Imma x’jaqbillu jghid id-Direttur tal-Habs? Bhala minimu, l-awtoritajiet tal-Habs li kieku tassew kellhom il-karti in regola, imisshom bdew immedjatament proceduri ta’ libell kontra Muscat, li wasal biex qal illi l-psikjatra ta’ Monte Carmeli fejn Muscat skonta sitt snin mis-sentenza tieghu, ma riedx jibghatu lura l-habs ghax hemmhekk kien ikun difficli li jzomm ruhu nadif mid-droga (“Dr Spiteri knew that if he sent me back to prison it would be difficult for me to stay clean..”).

Li kieku dan id-diskors intqal biss minn Charles Muscat “Il-Pips”, wiehed bir-ragun jiehdu b’niskata melh. Imma dan diskors li ilu jidwi fil-widnejn minn diversi bnadi. Ghalhekk kien jaghmel sens li lil hinn minn x’jghid Abram Zammit, li ma setax jghid mod iehor quddiem akkuzi bhal dawk, li l-Gvern jahtar inkjesta indipendenti biex jistabbilixxi l-fatti dwar l-access relattivament facli ghad-droga li jidher li ghandhom il-prigunieri fil-Habs ta’ Kordin.

U la qeghdin fiha, inkjesta tassew indipendenti zgur ma tridx tkun imexxija minn xi hadd bhal eksimhallef Albert Manche.

zx500y290_737227Disprament

L-irvellijiet li nqalghu fil-facilità ta’ detenzjoni gewwa Hal Safi, kif kien mistenni, qanqlu reazzjonijiet pjuttost irrabjati, aktar u aktar ghax did-darba korrew xi membri tal-Armata u tal-Korp tal-Pulizija. F’cirkostanzi bhal dawn, facli hafna li wiehed jirrikorri ghal reazzjonijiet goffi u xi ftit imqanqla wkoll. Hija sitwazzjoni splussiva li mhux se nsibu tarfha b’battuti razzisti.

Dawk li qanqlu l-irvellijiet irriskjaw hajithom u salvaw mill-gharqa biex gew Malta, anki jekk kienu jippreferu li spiccaw l-Italja, sforz is-sitwazzjoni ddisprata li kienu jinsabu fiha gewwa pajjizhom.

Minn dak li stajna nsegwu mill-filmati tal-ahbarijiet, f’din l-ishana tal-qilla ta’ Awwissu, f’dawk il-kundizzjonijiet xejn umani li jinsabu fihom dawn l-immigranti irregolari fl-hekk imsejjah ‘centru’ ta’ Hal Safi, x’aktarx li d-disprament taghhom zdied u mhux naqas.

‘Hmieg tad-drenagg’

Laqatni b’mod partikolari l-kumment li ghadda l-Logotenent Kurunell Brian Gatt, il-Kmandant tas-Servizzi tad-Detenzjoni, li ammirajtu meta minghajr wisq fuss, qal illi f’hin minnhom kellu jmur ibiddel, u meta kien mistoqsi mill-gurnalisti ghalfejn kellu jmur ibiddel, wiegeb illi kien gie ssuttat bi ‘hmieg tad-drenagg’. U din ir-rimarka pjuttost hasbitni, ghax jew id-detenuti f’dan ic-centru jaqdu l-bzonnijiet taghhom fis-sloppijiet bhall-Maltin ta’ qabel il-gwerra, inkella hemm xi sistema ta’ drenagg miftuha, biex dan jinsab daqshekk fil-qabda li setghu jissuttaw bih.

Konferma ohra ta’ liema stat ta’ disprament jinsabu fih id-detenuti tal-hekk imsejjah centru ta’ Hal Safi.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
16C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata