Fl-ahhar sena skolastika kien hemm total ta’ 1,585 kazijiet ta’ tfal li gew riferuti ghand psikologi u social workers minn skejjel u centri ta’ rizorsi tal-Istat.
Din l-informazzjoni harget ix-xahar li ghadda b’risposta ghall-mistoqsija parlamentari tad-deputata Laburista Justyne Caruana. Ic-cifra ta’ 1,585 kaz tinkludi l-iskejjel primarji u sekondarji madwar Malta u Ghawdex, kif ukoll centri ta’ rizorsi bhal ma huwa l-Learning Support Centre fil-Mater Dei.
F’dawk li huma skejjel primarji, minn 62 skola madwar Malta u Ghawdex, b’kollox kien hemm 693 kaz ta’ tfal li gew riferuti ghand professjonista.
Filwaqt li 317 minn dawn inbghatu ghand psikologi, 376 inbghatu ghand social worker. L-oghla cifri ta’ kazijiet gew mill-Primarja ta’ San Pawl il-Bahar u mill-Primarja ta’ Bormla, b’35 u 34 kaz rispettivament.
Fl-iskejjel sekondarji, minn 29 skola msemmija, kien hemm total ta’ 876 student li gew riferuti ghall-ghajnuna professjonali. Filwaqt li 261 minn dawn intbghatu ghand psikologi, il-maggoranza ta’ 615 inbghatu ghand social worker. Minn dawk li nbghatu ghand psikologi, 216 kienu subien u 45 kienu bniet. Min-naha l-ohra, minn dawk li nbghatu ghand social worker 326 kienu subien u 289 kienu bniet.
L-ikbar numru ta’ riferimenti ghand psikologi mill-iskejjel sekondarji gew minn Kirkop Boys’ Secondary, Rabat (Ghawdex) Boys’ Secondary, u Handaq Boys’ Secondary u Paola Boys’ Secondary, b’31, 25 u 23 kazijiet rispettivament.
Min-naha l-ohra, l-ikbar ammont ta’ riferimenti ghand social workers gew minn M’Assumpta Girls’ Secondary School, Mosta Girls’ Secondary u Gzira Boys’ Secondary, b’63, 58 u 53 kaz rispettivament. Wiehed jinnota li, filwaqt li r-riferimenti ghand psikologi kienu fil-maggoranza taghhom subien, ir-riferimenti ghand social workers kienu fil-maggoranza bniet.
Id-differenza bejn kazijiet li jigu riferuti ghand psikologi u social workers taqa’ primarjament fuq l-imgiba tat-tfal fl-iskola u l-ambjent familjari li jkunu gejjin minnu. Tfal li jkollhom problemi ta’ mgiba jew li jidhru li qed jaqghu lura u ma jlahhqux ma shabhom normalment jigu riferuti ghand psikologi minhabba li dawn jistghu jkunu qed ibatu minn kundizzjonijiet komuni bhal ma hija l-ADHD.
Min-naha l-ohra, tfal li jimmanifestaw xi sintomi marbuta mal-ambjent tad-dar, bhal per ezempju xi tip ta’ abbuz, normalment jinbghatu l-ewwel ghand social worker.
Ghalhekk, ghalkemm ic-cifri tat-tfal riferuti ghand social worker jistghu jkunu indikattivi tal-problemi socjali li huma iktar komuni f’certi nhawi f’Malta u Ghawdex, min-naha l-ohra wiehed ghandu jzomm f’mohhu li c-cifri xorta huma relattivi. Dan ifisser li ghalkemm certi skejjel kellhom riferimenti ta’ ammonti kbar ghand social workers, din ic-cifra ghandha tkun imqabbla mal-kobor tal-iskola u kemm din tilqa’ studenti. Iktar minn hekk, ir-riferimenti huma wkoll relattivi meta wiehed iqis li dawn isiru minn diversi awtoritajiet f’cirkostanzi differenti. Jista’ jghati l-kaz li, filwaqt li certu skejjel jirreferu anki studenti bi problemi zghar, skejjel ohra jghatu prijorità lill-kazijiet li jkunu ta’ natura iktar gravi.

| < Prev | Next > |
|---|






