Permezz ta’ mistoqsija parlamentari ohra tad-deputata Laburista Justyne Caruana sar maghruf li fis-sena skolastika 2010-2011 il-Ministeru tal-Edukazzjoni rcieva 218-il rapport mill-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Privati dwar allegati kazijiet ta’ bullying li sehhew fl-imsemmija skejjel. Dawn il-kazijiet kollha dahlu fil-qasam kontra l-ibbuljar fi hdan is-Safe Schools Programme tas-Servizzi Edukattivi Psiko-Socjali.
Fir-rigward tal-iskejjel primarji tal-Istat, minn 62 skola kienu rrappurtati 87 kaz ta’ bullying. L-oghla cifri ta’ bullying gew minn Birzebbugga Primary b’10 kazijiet, Wied il-Ghajn Primary b’7 kazijiet, Birkirkara Primary b’6 kazijiet, u Mosta Primary u Xghajra Primary b’5 kazijiet kull wiehed.
Minn 30 skola sekondarja tal-Istat kienu rrapurtati 95 kaz ta’ bullying. Mill-iskejjel tas-subien kienu rrapurtati 66 kaz, filwaqt li mill-iskejjel tal-bniet kienu rrappurtati 29 kaz. L-iskejjel bl-oghla cifri kienu Birkirkara Boys’ Secondary bi 12-il kaz, Mriehel Girls’ Secondary, Kirkop Boys’ Secondary u Hamrun Boys’ JL b’7 kazijiet, u Sliema Boys’ JL u Verdala Boys’ Secondary b’6 kazijiet kul wiehed.
Intant, l-iskejjel tal-Knisja u dawk Privati kollha kellhom minn kaz wiehed sa tliet kazijiet kull wiehed ta’ bullying li gie rappurtat. Minn 21 skola tal-Knisja u Privat b’kollox tressqu 36 kaz ta’ allegat bullying.

| < Prev | Next > |
|---|






