F’Settembru li gej fi hdan il-Partit Laburista ser jibda process li matulu bhalma jigri kull sena, jsiru l-laqghat generali annwali tal-Kumitati Lokali Laburisti f’lokalitajiet differenti.
Minkejja li l-irwol taghhom inbidel maz-zmien, il-hidma politika li ssir minn dawn il-kumitati lokali ghadha importanti hafna kif jispjega SALVU SEYCHELL, il-kordinatur tal-Kumitati Lokali tal-Partit Laburista f’intervista ma’ KRISTA CARUANA.
Sa mill-bidu nett tieghu, il-Partit Laburista minn dejjem kien jaghti importanza qawwija l-hidma politika fuq bazi lokali. Fl-ewwel snin tal-Partit Laburista kien ghad m’hemmx l-istrutturi tal-kumitati lokali izda l-irwol taghhom kienu jihduh il-kazini tal-baned jew inkella l-ghaqdiet socjali li whud minnhom kienu jinteressaw ruhhom fil-hidma politika tal-Partit Laburista.
Izda aktar tard, twaqqfu l-kumitati lokali f’kull lokalità fejn kienu fost l-ohrajn, iwasslu l-messagg tal-Partit Laburista permezz ta’ corner meetings li kienu jkunu indirizzati mill-kandidati Laburisti tad-distrett. Dawn il-corner meetings kienu ntizi biex jinfurmaw lill-poplu dwar dak li jkun qieghed jghid u jaghmel il-Partit Laburista. Maz-zmien il-kumitati lokali saru aktar strutturati u l-irwol taghhom baqa’ importanti matul iz-zminijiet.
L-istruttura tal-Kumitati Lokali u
x-xoghol taghhom
Salvu Seychell jghid li l-ghan principali tal-Kumitati Lokali huwa li permezz taghhom il-Partit Laburista jkun jista’ jkun f’kuntatt dirett u kontinwu mall-familji fl-ibliet u l-irhula kollha madwar Malta u Ghawdex.
“Illum il-gurnata l-Partit Laburista ghandu 64 kumitat lokali. L-irwol tal-Kumitati Lokali llum m’ghadux marbut biss mall-organizazzjoni t’attivitajiet socjali bhalma huma l-coffee mornings, izda l-hidma taghhom trid tmur lil hinn minn hekk peress li ghandhom id-dmir li kontinwament iwasslu l-messagg tal-Partit. Il-kumitati huma maghmulin minn diversi membri: il-President, Is-Segretarju, il-kaxxier, l-ufficjal hidma politika, l-ufficjal taz-zghazagh, l-ufficjal tan-nisa u l-ufficjal tal-anzjani.
Dawn il-membri kollha ghajr l-ufficjal hidma politika jigu eletti permezz t’elezzjoni. Mill-banda l-ohra, l-ufficja hidma politika li xoghlu huwa li jiehu hsieb dak kollu li huwa marbut mall-processi elettorali fil-lokal tieghu/taghha (bhal f’kas ta’ elezzjoni generali, elezzjoni tal-kunsilli lokali, elezzjoni tal-Parlament Ewropew jew referenda) jigi appuntat direttament mill-amministrazzjoni tal-Partit Laburista.”
Staqsejtu dwar il-hidma tal-kumitati llum il-gurnata
“Illum hafna kumitati qed ikollhom rwol attiv fejn fost l-ohrajn mhux biss jghinu fi gbir ta’ fondi bieb bieb izda anke qed jorganizzaw diversi attivitajiet informattivi u edukattivi b’laqta politika bhal konferenzi li jkunu miftuha ghall-pubbliku ingenerali.”
It-thejjija ghal-Laqghat Generali Annwali
Il-Kordinatur tal-Kumitati Lokali tal-Partit Laburista, Salvu Seychell jghid li l-preparamenti ghal-Laqghat Generali Annwali tal-Kumitati Lokali, jibdew minn xhur shah qabel.
“Il-process jibda f’Lulju wara li f’Gunju nkunu gbidna l-attenzjoni tal-kumitati rigward is-shubija tal-membri fi hdan il-Partit Laburista. Dan ghaliex skont l-Istatut tal-Partit Laburista, in-numru ta’ delegati li jkollu kull kumitat, huwa determinat min-numru ta’ membri li jkun hemm fil-lokal.
Imbaghad matul ix-xahar ta’ Lulju tibda l-hidma amministrattiva marbuta ma’ dawn il-laqghat fejn fost l-ohrajn nibghatu l-iskeda tal-laqghat u anke nahtru numru ta’ rapprezentanti tal-Ezekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista biex jirrapprezentaw lill-Partit waqt dawn il-laqghat.
Permezz tal-Istatut il-gdid, dawn ir-rapprezentanti issa sar ikollhom irwol importanti hafna waqt dawn il-laqghat minhabba li huma responsabbli mit-tmexxija tal-laqghat infushom u anke jkunu responsabbli tal-elezzjonijiet tal-membri tal-kumitat f’kaz ta’ bzonn. Apparti minn hekk wara kull laqgha, r-rapprezentanti huma fid-dmir li jipprezentaw rapport dwar il-laqgha li jkunu attendew ghaliha.”
X’jigri waqt il-Laqghat Generali Annwali?
Salvu Seychell jghid li matul dawn il-laqghat, il-kumitati lokali jaghtu rendikont tal-hidma politika li jkunu wettqu matul is-sena.
“Il-laqghat jimxu b’dan il-mod: l-ewwel ikun hemm il-qari tal-minuti, imbghad ikun hemm l-indirizz tal-President tal-Kumitat, jinqraw ir-rapporti ta’ hidma jigifieri r-rapport dwar il-hidma politika, ir-rapport finanzjarju u jinqara wkoll rapport li jithejja mis-Sindku jew minority leader tal-lokal li matulu jispjega l-hidma li jkunu wettqu kunsilliera Laburisti fil-lokal.
Ghall-ewwel darba din is-sena, waqt dawn il-laqghat ser nintroducu xi haga gdida, hekk kif f’kull laqgha ser ikun qed jinqara messagg mibghut mill-mexxej Laburista Joseph Muscat. Apparti minn hekk gieli jaghti l-kaz li jkun hemm bzonn li ssir elezzjoni biex jinhatru membri godda fil-kumitat. Dan isehh jekk kemm -il darba l-membri l-ohra jigu kkontestati jew inkella jiddeciedu li jirrizenjaw.
F’kas li jkun hemm bzonn li jinhatru nies godda, normalment issir elezzjoni li ddum madwar siegha u nofs u li fiha ssir votazzjoni sigrieta.”
Impenn Massimu
Salvu Seychell jghid li minkejja li l-interess f’dawn il-kumitati ghadu b’sahhtu hafna, jishaq li x-xoghol fil-kumitati huwa xoghol impenjattiv hafna, li jiehu hafna hin u hafna dedikazzjoni.
“Ahna nishqu li min hu interessat li jissieheb f’xi kumitat irid ihares lejn din is-shubija bhala impenn kbir u kontinwu matul is-sena kollha. Nesigu li l-kumitati jiehdu l-impenn taghhom bis-serjeta’’ u b’responsabbilta’ assoluta. Nista’ nghid li fix-xhur li gejjin, il-hidma ta’ dawn il-kumitati ser tkompli ssir dejjem aktar importanti anke minhabba l-fatt li aktar m’hu qed jghaddi z-zmien, aktar qed toqrob l-elezzjoni generali. Dan apparti li f’Marzu li gej, f’nofs pajjizna se jkollna l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u ghaldaqstant, il-hidma tal-kumitati trid tkun wahda kostanti.”
Salvu Seychell temm billi rringrazzja lill-ufficjali kollha tal-kumitati lokali u distrettwali tal-hidma li jwettqu ta’ kuljum fil-lokalitajiet ta’ madwar Malta u Ghawdex b’risq il-Partit Laburista.

| < Prev | Next > |
|---|






