Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Issa waqfet tibki l-Madonna?

E-mail Print PDF
Share

helena_copyMeta rajt id-dokument ta’ qabel il-bagit, l-ezercizzju tal-gvern fejn jaghti ndikazzjoni ta’ x’se jkun fih id-dokument tal-bagit proprju, gie f’mohhi il-hafna kliem li nghad fil-kampanja tar-referendum ghal-ligi tad-divorzju.

Dawk li kienu kontra li dan id-dritt civili jinghata lic-cittadini kollha u mhux ikun accessibbli biss ghal dawk li jistghu jgibuh minn x’imkien iehor u jkun rikonoxxut hawn Malta, tkellmu hafna fuq li mhux divorzju ghandna bzonn, imma li nsahhu l-familji.

Studju li ghamel il-Professur Mario Vassallo juri li r-raguni principali ghal hafna mis-separazzjonijiet hija l-finanzi. Hafna familji ghandhom pressjonijiet kbar ta’ kontijiet li mhux dejjem ilahhqu maghhom.

Dan johloq stress u dizgwid li naturalment jaffettwaw b’mod negattiv ir-relazzjonijiet fil-familja.

Allura mod wiehed kif nghinu lill-familji, biex jissahhu, huwa li naraw x’nistghu naghmlu biex dawn ikunu jistghu jtejjbu l-qaghda finanzjara taghhom.

Però minkejja l-hafna priedki li smajna bit-tishih tal-familja tiela’ u t-tishih tal-familja niezel, bhallikieku hawn xi hadd li ma jridx li l-familji jissahhu, l-istess esponenti li tant tkellmu b’passjoni fil-kampanja tar-referendum, issa m’ghadna nisimghu xejn minn fommhom.

Wiehed mill-aktar esponenti tal-PN li ghajjat fil-kampanja tar-referendum kien il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech. Mhux qed nirreferi ghal kemm qal fuq il-Madonna li qed tibki tarana mexjin lejn ligi li se ggib aktar gustizzja fis-socjetà taghna ghax issa d-divorzju huwa ghal kulhadd u mhux ghas-sinjuri biss, imma ghal kemm tkellem fuq it-tishih tal-familji.

Il-Ministru Tonio Fenech huwa wiehed mill-ftit li ghandu l-poter politiku li jimplimenta politika li ssahhah il-familja. Però jekk thares lejn id-dokument ta’ qabel il-bagit, tara kemm dak ta’ qabel ir-referendum kien biss argument biex jikkonvincu lin-nies jivvotaw le fir-referendum. Issa li kellu l-opportunità iwettaq dak li tant tkellem fuqu, halliena nittewbu.

Filwaqt li dan id-dokument jghid li l-mizuri li ttiehdu tul iz-zmien ma tawx bizzejjed rizultati, ikompli jghid – u se nittraduci mill-Ingliz ghax m’hemmx verzjoni ta’ dan id-dokument bil-Malti - li jekk mhux se naghmlu policies ohra li huma family-friendly, ir-rata ta’ zieda ta’ nisa li jahdmu bi hlas, hemm probabbiltà li tonqos ghax l-impatt ta’ policies introdotti fil-passat qed inaqqsu mill-infuwenza taghhom.

Allura nafu li wahda mill-problemi magguri tad-diffikultajiet fil-familji hija dik finanzjarja. Nafu li hemm nisa li kapaci u jridu jahdmu biex il-familja taghhom tkun ahjar,j ghallinqas mill-aspett finanazjarju.

Imma l-Gvern wara tant snin ta’ diskors, qed jghid li jekk mhux se jaghmel policies biex jghin lill-familji jibbilancjaw ir-responsabiltajiet tal-familja ma’ dawk tax-xoghol barra d-dar, in-numru ta’ nisa li qeghdin jahdmu u jrabbu se jonqos.

U l-mistoqsija wahedha tigi: x’qed izomm lill-Gvern milli jiehu dan il-qasam bis-serjetà ghall-gid tal-familji taghna u tas-socjetà taghna? Forsi m’ilux fil-poter bizzejjed biex jahdem fuq din il-materja? Jew ghax tajjeb hafna biex jitkellem u meta nigu ghall-fatti, insibu l-bahh?

Prova ta’ din l-attitudni tal-ahhar hija r-rezistenza tal-Partit Nazzjonalista permezz tal-Membri Parlamentari Ewropej tieghu li vvutaw kontra li l-leave tat-tqala jizdied u l-introduzzjoni ta’ gimghatejn leave ghal missirijiet skont kif kienet qed tipproponi l-Kummissjoni Ewropea.

Kont ktibt darb’ohra hawnhekk fuq kif dan il-piz tal-leave m’ghandux jintefa’ fuq is-self-employed iz-zghar li forsi jimpjegaw tnejn jew tlieta minn nies, imma ghandu jkun hemm fond tal-Gvern kif hemm f’pajjizi ohra li jiffinanza dawn il-mizuri.

Il-Gvern ikun jaqbillu ghax se jiehu aktar mill-investiment li jkun ghamel fit-tahrig u l-edukazzjoni tal-haddiema, u se jkollu aktar nies li jibqghu jahdmu u jhallsu l-kontribuzzjonijiet.

Però minn dan kollu ma hemm xejn fid-dokument ta’ qabel il-bagit li hareg ftit ilu. Mhux bil-kliem u bil-passjoni ssahhahhom il-familji, imma b’azzjoni konkreta.

Forsi l-Ministru ma jdumx ma jerga’ jara l-Madonna tibki - din id-darba ghax il-Gvern mhux qed jiehu l-passi li ghandu jiehu biex tassew isahhah il-familji – u tmissu l-kuxjenza.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
16C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata