Ninsabu fl-eqqel tal-istagun sajfi, fejn fost il-folklor u t-tradizzjonijiet sbieh taghna l-Maltin u l-Ghawdxin, insibu l-festa Maltija li tghaxxaq lill-Maltin u lill-Ghawdxin, specjalment aktar lit-turisti li jigu jzuru l-gzejjer taghna, b’hafna minnhom b’appuntament annwali ghal xi festa partikolari.
Il-mod ta’ kif tigi pprezentata b’mod mill-aktar artistiku l-festa taghna, b’xalata ta’ arti piroteknika, u arti sagra imhallta u mhawwra b’mod tajjeb mall-marci brijuzi f’armonija wahda lejn il-padrun jew il-padruna taghna, nghaxxqu lil kul-hadd, kemm il-Malti u l-Ghawdxi hu poplu kapaci.
Hadd ma’ jista’ qatt jinnega l-fatt li ahna l-Maltin u l-Ghawdxin ahna xempju ta’ kif niccelebraw il-festa taghna.
Xempju ta’ poplu li jhad-dan twemmin nisrani, ghalkhemm ikolli nghid b’dieqa li xi kultant immorru lil hinn ftit mill-kuncett ta’ x’ahna nkunu verament qeghdin niccelebraw u nsiru xi ftit jew wisq poplu pagan, u dan ghaliex il-veru sinjifikat tal-festa ghandu jkun ir-rit religjuz ikkoncelebrat b’mod mill-aktar solenni fil-parrocci taghna.
Meta mbaghad jispicca dak, u mmorru ghac-celebrazzjoni festiva fil-pjazez taghna, xi kultant ninsew ftit x’inkunu qeghdin niffest-eggjaw, u nerhulha ghal ballata ta’ xorb bla razan, kliem oxxen li jkun qed jintqal f’mumenti meta dak li jkun ikun xorob aktar milli jmissu, tfal taht l-età bil-flixken tal-birra jew xorb alkoholiku f’idejhom, tghajjir lejn avversarji ta’ kazini ohra, ilbies indicenti minn zghazagh imxarrbin bil-birra u bl-gharaq, tipjip sfrenat addio l-età ta’ dak li jkun...u nerga’ nistaqsi... “imma dan infern fil-pjazza waqt festa liturgika?”
Hawn nixtieq niccara, li jien persuna li nhobb il-festi, u nitghaxxaq bit-tizjin fit-toroq, id-dedikazzjoni enormi ta’ dawk li jarmaw ghall-festi taghna, specjalment taz-zghazagh, li hafna drabi nittimbrawhom ma’ hwejjeg hziena biss.
Izda hawn irrid nghid li daqs kemm jahdmu z-zghazagh, specjalment fil-qasam tal-volontarjat, ma jahdmux in-nies li jghidu u jlabalbu fil-vojt kontra z-zghazagh.
Izda xi kultant iva, naqbzu ftit il-limitu, u hawn ghalhekk nixtieq inressaq xi proposti, li nispera li ma jaqghux fuq widnejn torox, sabiex fil-gzejjer taghna nibqghu niehdu gost u niccelebraw il-festi taghna b’mod sabih, izda kif jixraq.
L-ewwel haga, nixtieq nara aktar rispett lejn ir-rit liturgiku li jkun qieghed jigi kkoncelebrat ad unur il-festa, u dan ghandu jsir billi min jattendi ghall-funzjoni liturgika, jattendi liebes b’mod dicenti, u mhux qisu sejjer xi gurnata jixxemmex quddiem il-bahar.
Niftakru li hemm inkunu qeghdin fid-dar t’Alla, u kollox hemm hinu u postu.
It-tieni haga nixtieq li meta nigu ghac-celebrazzjoni festiva, barra fil-pjazez taghna, nitlob li jkun hemm aktar dixxiplina min-naha tal-pulizija u nies ohra, sabiex jikkontrollaw kemm il-konsum tax-xorb li jkun qed jigi kkunsmat dak il-hin, kif ukoll l-età tal-persuna li dak il-hin ikun qieghed jixrob.
Issa hawn naf kemm forsi din hi xi ftit jew wisq difficli, izda xbajt fuq li xbajt nara tfal ta’ tnax, tlettax-il sena, bi flixken sahansitra tal-‘Vodka’ f’idejhom, u birra, u xorb iehor alkoholiku fil-festi taghna, minghajr sorveljanza ta’ xejn.
Ghafsa ta’ qalb
Taf x’inkunu qeghdin naghmlu? Hawn inkunu qeghdin nifthu l-bieb ghal dawn il-gilji zghar li ghadhom blanzuni mhux miftuha, sabiex immex-xuhom lejn vizzjijiet li wara jkun difficli ghalihom sabiex johorgu minnhom.
It-tipjip hu xi hag’ohra li tirritani wisq, meta nara ghal darb’ohra tfal ta’ tnax, u gieli wkoll izghar, bis-sigarett f’idejhom, jibilghu go fihom aktar minn 2,000 sustanza velenuza li fih is-sigarett, imxarrbin bil-birra, fis-sakra, jpejpu...fil-festi tant sbieh taghna...hemm inhoss ghafsa ta’ qalb.
Ghaldaqstant nappella, li filwaqt li ghandna nibqghu nghozzu t-tradizzjonijiet tant sbieh taghna, hemm bzonn li nkunu aktar vigilanti f’dik li hi dixxiplina, li m’ghan-diex tkun dixxiplina ‘militari’, izda dixxiplina b’eduk-azzjoni minn persuni li ghandhom ikunu prezenti aktar fil-festi taghna, bhalL-pulizija, nies mis-Sedqa u social workers, li jistghu jkunu qeghdin fuq xoghol-hom pajzana, sabiex iharsu lil dawn il-blanzuni mhux miftuha, liz-zaghazagh tagh-na zghar, li lill-genituri taghhom jghidulhom li sejrin jaraw il-marc ta’ filghodu, u wara jispiccaw jitwasslu d-dar mitlufin, jekk ukoll ma’ jkunux dahlu f’xi glieda minhabba li hadd ma’ jkun qieghed jirraguna bix-xorb f’rasu.
Sfortunatament din hi s-sitwazzjoni li qieghed ikollna waqt il-festi taghna, sitwazzjoni li jien nixtieq naraha tisfuma f’festa sabiha, b’zghazagh jiccelebraw kollox f’moderazzjoni, sabiex it-tfal taghna, meta ahna l-genituri nkunu d-dar qed nippreparaw l-ikla tal-festa sabiex ingawduha ilkoll flimkien bhala familja.
Bit-tfal taghna fil-pjazza jiccelebraw ma’ shabhom il-festa tar-rahal taghna, jirritornaw id-dar taghna qawwijin u shah, minghajr l-ebda nkwiet zejjed, minhabba neg-ligenza minn nies li suppost ikunu qeghdin jissorveljaw lil uliedna, specjalment jekk huma taht l-età.

| < Prev | Next > |
|---|






