Ikomplu l-izlealtà u t-theddid ghall-awtorità tal-Prim Ministru Gonzi, it-tqattigh minn gewwa u d-demm hazin fi hdan il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. F’legizlatura li kienet ikkaratterizzata mill-imgiba ‘mqarba’ ta’ numru ta’ backbenchers fil-grupp parlamentari Nazzjonalista li wrew skumdità qawwija mal-mod kif tmexxew il-Gvern u l-Partit Nazzjonalista minn Lawrence Gonzi, anki matul ix-xhur tas-sajf ma naqasx l-inkwiet intern ghall-Kap Nazzjonalista, bil-maggoranza mzegilga li ghandu fil-Parlament
Kien id-Deputat Nazzjonalista Franco Debono li bhal sajjetta f’bnazzi relattiv li ghal darb’ohra mbarazza mhux ftit lil Lawrence Gonzi hekk kif fetah baraxx fil-miftuh kontra l-kollega tieghu Carmelo Mifsud Bonnici, il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern.
Debono mmonta l-attakk tieghu fuq Mifsud Bonnici waqt seduta tal-Qorti, mill-postijiet kollha, waqt li kien qieghed jinstema’ kaz ta’ klijent tieghu li hu akkuzat bi traffikar tad-droga.
Franco Debono f’baraxx ta’ madwar 15-il minuta kontra ‘siehbu’ l-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici, irrimarka li dan imissu jfittex iqum mir-raqda li jinsab fiha, ghax hemm diversi kwistjonijiet legali serji li jehtieg li jkunu indirizzati kemm jista’ jkun malajr.
Skont Debono, il-ligi tal-procedura kriminali tehtieg tibdil magguri u ghalhekk ikun ahjar jekk il-Ministru jqum mir-raqda u jittratta dawn il-kwistjonijiet kemm jista’ jkun malajr.
Debono sahansitra attakka lill-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici talli dan sab il-hin biex jikteb artiklu f’Il-Mument dwar il-Papa Pawlu VI flok ma ha hsieb jindirizza kwistjonijiet ferm aktar importanti.
Debono lmenta mill-fatt li l-Pulizija ghandhom poteri diskrezzjonali wiesgha wisq fejn jistghu jiddeciedu, f’kazijiet fejn l-akkuzi jkunu identici, liema akkuzati jittellghu b’arrest quddiem il-Qorti u liema le.
Imma dan ma kienx l-uniku imbarazzament li holoq Franco Debono ghall-Gvern Nazzjonalista b’mod generali, u ghall-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici b’mod partikolari. Nhar it-Tlieta li ghadda Dr Debono waqqaf seduta tal-Qorti milli tkompli wara li sostna quddiem il-Magistrat Miriam Hayman li s-sistema l-gdida li ddahhlet fil-Qorti f’dawn il-jiem tad-digital recording mhijiex permessa mil-ligi li ssemmi biss registrazzjoni b’mezzi elettro-manjetici.
Franco Debono, anki jekk teknikament u legalment jista’ jkun korrett, bhala deputat tal-Gvern deher li qieghed ifittex ix-xaghra fl-ghagina u li bhal donnu jigu mumenti fejn kull skuza tghodd biex jimbarazza l-gvern tal-partit tieghu stess.
Debono kien ukoll sors ta’ imbarazzament politiku kbir ghal Lawrence Gonzi meta, bhala avukat ta’ Cyrus Engerer, argumenta illi meta charges kriminali kontra Engerer gew imghoddija minn taht lit-Times, id-drittijiet legali ta’ Engerer setghu kienu ppregudikati ghax b’hekk huwa gie michud mill-possibbiltà li l-Qorti tordna li isem l-akkuzat ma jkunx ippubblikat u li l-kaz jinstema’ bil-bibien maghluqa.
Franco Debono li huwa Assistent Parlamentari f’Kastilja, ghamel dan f’kuntest fejn saru allegazzjonijiet minn terzi li informazzjoni sensittiva fil-passat giet mghoddija minn taht lil sezzjoni tal-istampa minn ufficjal gholi f’Kastilja.
Hafna jsostnu illi Franco Debono qieghed ihossu ferm iffrustrat ghax l-ambizzjonijiet kbar tieghu jmorru ferm lil hinn mir-responsabbiltajiet attwali li ghandu bhala Assistant Parlamentari; kariga li meta taghsarha ftit li xejn tfisser.
Dan meta b’iktar min-nofs triq ta’ din il-legizlatura mitmuma, x’aktarx li Franco Debono qieghed ihoss li ‘his days may be counted’, tant hu hekk digà tinsab ghaddejja kampanja negattiva kontrih ta’ sefsif sistematiku fil-widnejn biex fl-elezzjoni li gejja jithalla l-art ghax mhux ta’ min jafdawh wara l-imgiba politikament zleali u imbarazzanti tieghu matul din il-legizlatura.
Wara l-ahhar elezzjoni, Franco Debono mill-ewwel beda fuq sieq hazina, meta f’ittra pjuttost rivelatorja lill-gazzetta The Times, hass li kellu ghalfejn jipprecisa illi meta gie elett fil-Parlament mill-hames distrett fejn ikkontestaw zewg ministri u segretarju parlamentari, huwa kien irnexxielu jaqla’ ’l barra lil Louis Galea, wiehed mill-kolonni ewlenin tal-Partit Nazzjon-alista tas-snin tmenin u disghin.
Fl-14 ta’ Dicembru tal-2009, Franco Debono kien assenta ruhu minn zewg votazzjonijiet importanti fil-Parlament, u b’hekk cahhad lill-Gvern minn maggoranza fil-Parlament u dawn il-voti kellhom jghaddu bil-casting vote tal-Ispeaker.
Dan kollu kien sehh fl-istess zmien li kien qieghed jinghad li Louis Galea kien se jaghmel comeback fil-Kabinett hekk kif John Dalli kien se jkollu jitlaq mill-Kabinett u mill-Parlament biex jiehu postu fil-Kummissjoni Ewropea.
Debono kien iggustifika dan l-agir tieghu li ma jattendix ghal zewg votazzjonijiet importanti fil-Parlament billi kien qal illi li l-backbenchers fil-Parlament kellhom ikunu stmati ahjar.
Kien sahaq ukoll li kien ghadda zmien bizzejjed biex isir it-tibdil legali mehtieg halli l-akkuzat fi process kriminali jkollu d-dritt li jkun assistit minn avukat fl-istadju tal-interogazzjoni mill-Pulizija.
Debono kien hass li kellu ghalfejn jigbed l-attenzjoni fuq koncentrazzjoni ta’ problemi ambjentali li qeghdin jiffaccjaw
in-nies li jghixu fl-inhawi tan-Nofsinhar ta’ Malta.
Il-Prim Ministru Gonzi kien ilu jaghmel mill-ahjar biex izieghel u jzomm taht ghajnejh lil Franco Debono.
Gonzi kien ha lil Franco Debono mieghu f’delegazzjoni ufficjali tal-Gvern f’San Francisco u New York ghas-Summit dwar it-tibdil fil-klima u ghall-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Uniti. Gonzi kien iddecieda wkoll li jahtar lil Franco Debono bhala Assistent Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru.
Minkejja li Franco Debono ghamel tentattivi biex jimxi ghal ghajn il-Prim Ministru, hekk kif spicca jivvota mal-Gvern fuq l-affari tal-BWSC, minkejja dak kollu li qal dwar il-problemi ambjentali kbar li qeghdin jiffaccjaw in-nies tan-naha t’isfel ta’ Malta, Debono xorta wahda baqa’ jkun sors principali ta’ zlealtà u imbarazzament politiku ghall-Prim Ministru Gonzi u shabu l-Ministri, proprju kif rajna din il-gimgha.

| < Prev | Next > |
|---|






