In-nies ta’ Gonzi f’Kastilja ddecidew li fl-ahhar sena qabel l-elezzjoni jzidu hafna d-doza tal-partiggjanizmu fuq il-PBS.
L-ewwel mod kif se jsir dan huwa billi jigu rduppjati l-programmi ta’ Lou Bondi.
Il-pjan huwa biex Bondi, li jiftahar li ccelebra ma’ GonziPN ir-rebha tal-ahhar elezzjoni generali, ikollu zewg programmi minflok wiehed kull gimgha.
Talli se jkun qed jaqdi lil Kastilja mill-koxxa, Lou Bondi se jkunu kwazi qed jirduppjawlu l-hlasijiet.
Matul ix-xhur li ghaddew, Lou Bondi nstab hati ta’ erba’ kazijiet ta’ zbilanc serju kontra l-Partit Laburista mill-Awtorità tax-Xandir. L-Awtorità sahansitra mmultat lill-PBS ghal programm propagandistiku favur il-Gvern ta’ Gonzi, li sejhitlu materjal ‘promozzjonali ghall-hidma tal-Gvern’.
Qabel Bondi kien jiftahar li qatt ma nstab hati ta’ zbilanc. Issa qed jinfexx f’attakki kull darba li jinstab hati.
Sahansitra l-Awtorità tax-Xandir akkuzat lil Lou Bondi b’‘nuqqas ta’ professjonalità’ u darb’ohra b’‘nuqqas ta’ etika gurnalistika’.
Is-soluzzjoni tal-PBS ghal din in-‘nuqqas ta’ professjonalità’ hija li jippremjaw lil Bondi b’aktar hin u aktar flus.
L-idea taz-zewg programmi fil-gimgha ta’ Bondi, li se jkunu uzati kontra l-Partit Laburista u favur l-agenda ta’ Gonzi a spejjez tat-taxpayers, kienet ta’ Anton Attard u Natalino Fenech.
Il-koordinament bejn Natalino Fenech u Lou Bondi kompla hareg fid-deher matul dawn l-ahhar jiem f’sensiela ta’ kitbiet fuq l-internet.
Dawn il-kitbiet esponew mill-gdid il-koordinament strett li jezisti bejn Bondi, Gordon Pisani, Natalino Fenech u Daphne Caruana Galizia. Kien hemm zmien li dan il-koordinament kien taht il-mejda, izda aktar ma toqrob l-elezzjoni aktar qed jinfirex fuq il-mejda.
Minkejja l-antagonizmu tieghu lejn dak kollu li jqarreb lejn il-Partit Laburista, Lou Bondi jrid jippoza ta’ ‘ibbilancjat’ fuq PBS.
Intant il-Kap Ezekuttiv tal-PBS Anton Attard, li sa ftit taz-zmien ilu kien imexxi n-NET TV, l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, meta kien mistoqsi minn din il-gazzetta baqa’ ma qalx kemm se jizdied il-hlas ta’ Lou Bondi u kemm se jkun l-ammont totali li se jithallas ghall-programmi tieghu.
Anton Attard lanqas ma wiegeb jekk il-proposta ghal zieda fil-programmi gietx minghand il-PBS jew minghand Bondi. Ghal mistoqsija kif il-PBS jinsab komdu li jaghti aktar spazju lil Lou Bondi minkejja li l-Awtorità tax-Xandir qalet li ghandu nuqqas ta’ professjonalità u sabitu hati ta’ zbilanc, Anton Attard wiegeb illi l-PBS ikkontesta d-decizjonijiet tal-Awtorità tax-Xandir u hemm kawzi pendenti l-Qorti.
Skont Anton Attard, il-PBS rebah kawza kontra l-Awtorità li kienet sabet lil Bondiplus hati b’mod zbaljat, minghajr ma specifika ghal liema kaz kien qieghed jirreferi.
Anton Attard qal illi jekk se jkun hemm hlasijiet minn fondi pubblici, dawn ikunu ppubblikati skont il-procedura, xi haga li l-PBS fil-passat dejjem irrifjuta li jaghmel fir-rigward ta’ Lou Bondi.
Min-naha tieghu Bondi naqas milli jwiegeb ghall-mistoqsijiet ta’ din il-gazzetta dwar b’kemm se jizdied il-hlas tieghu u kemm se jkun it-total tal-hlas tieghu ghaz-zewg programmi li se jkun qieghed jaghmel fl-iskeda li jmiss tal-PBS. Bondi lanqas ma wiegeb ghad-domanda jekk il-proposta li jsiru zewg programmi flok wiehed saritx minnu jew mill-PBS.

| < Prev | Next > |
|---|






