8 ta’ Marzu 2010 – Programm propagandistiku dwar it-tieni sena ta’ hidma tal-Gvern
Lou Bondi jtella’ programm propagandistiku dwar is-sentejn hidma tal-Gvern ta’ Gonzi li ghalih l-unika mistieden ikun id-Deputat Prim Ministru Tonio Borg. Waqt il-programm jittellghu sensiela shiha ta’ features propagandistici dwar ‘is-successi tal-Gvern’.
L-Awtorità tax-Xandir fid-decizjoni taghha qalet: “Parti sostanzjali mill-programm kienet mibnija fuq numru ta’ features li kkomunikaw informazzjoni dwar progetti, programmi u inizjattivi ohra mwettqa mill-Gvern matul il-perijodu indikat. Fl-opinjoni tal-Awtorità tax-Xandir dawn ma kienu xejn hlief materjal promozzjonali ghall-hidma tal-Gvern u ma sar l-ebda sforz sabiex f’dawn il-features issir xi forma ta’ analizi kritika ta’ din il-hidma.”
L-Awtorità kienet immultat lill-PBS penali ta’ €1,164.
1 ta’ Novembru 2010 – ‘Nuqqas ta’ professjonalità mehtiega’
Lou Bondi jtella’ programm dwar id-diskors b’risposta ghall-Bagit tal-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat li matulu johloq zbilanc kontra l-Partit Laburista.
Bondi kien ipprezenta sahansitra tabella fittizja dwar mizuri li skont hu kienu proposti tal-Partit Laburista u tella’ cifri qarrieqa biex jaghti stampa li ma tezistix dwar kemm jiswew il-proposti tal-Partit Laburista.
L-Awtorità tax-Xandir kienet sahansitra akkuzat lil Bondiplus b’nuqqas ta’ professjonalità mehtiega.
Fid-decizjoni taghha l-Awtorità qalet: “L-Awtorità hija tal-opinjoni li l-mod kif il-prezentatur ikkalkula l-impatt ta’ dawn il-mizuri fuq id-deficit fiskali tal-pajjiz, u cjoè billi gibed totali ghad-dritt ta’ dak li fl-opinjoni tieghu kienet l-ispiza tal-mizuri msemmija fit-tabella inkwistjoni, kien nieqes mill-professjonalità mehtiega.
Anki z-zewg ekonomisti li stieden il-prezentatur f’edizzjoni sussegwenti tal-programm li ttrattat dan is-suggett spjegaw li l-kalkoli tad-deficit ma jsirux b’dan il-mod.
Ghalhekk, f’dan ir-rigward partikolari u cjoè rigward l-analizi li ghamel il-prezentatur fit-tabella inkwistjoni, l-Awtorità jidhrilha li l-ilment tal-Partit Laburista dwar trattament ingust huwa ggustifikat.”
20 ta’ Dicembru 2010 – Bondiplus naqas mill-etika gurnalistika
Lou Bondi tella’ programm dwar il-paga doppja tal-Prim Ministru u l-Ministri, fejn Bondi fetah difiza shiha ghall-€500 zieda fil-gimgha li hadu l-membri tal-Kabinett.
Bondi holoq zbilanc fil-konfront tal-Partit Laburista billi ghamel sensiela ta’ features li ddefendew il-pozizzjoni tal-Gvern ta’ Gonzi.
Fost l-intervisti li ha, kien hemm dik ta’ zaghzugh li allega li Membru Parlamentari Laburista Dr Owen Bonnici kien tkellem favur din iz-zieda.
Din l-allegazzjoni falza saret kontra Dr Bonnici minghajr ma Bondiplus ivverfika l-fatti mal-Membru Parlamentari inkwistjoni.
Bondi wkoll gab intervista mal-Whip tal-PN David Agius li allega bl-addocc dwar disa’ deputati Laburisti. Hadd minn dawn id-deputati msemmija ma ntalab jaghti r-reazzjoni tieghu.
Dwar dan l-Awtorità tax-Xandir qalet: “L-Awtorità qablet illi l-etika gurnalistika titlob li l-istazzjon jaghmel hiltu kollha biex jottjeni tali reazzjoni sabiex ikun jista’ jwassal lit-telespettaturi rapport komprensiv u bilancjat...”
Ghalhekk l-Awtorità ddecidiet li f’dan il-kaz, din il-parti tal-programm kienet zbilancjata u l-ilment tal-Partit Laburista kien gustifikat.
7 ta’ Marzu 2011 – Żzbilanc kontra l-PL dwar il-kwistjoni tal-Libja
Lou Bondi jtella’ sensiela ta’ programmi dwar il-gwerra fil-Libja. Fl-ewwel programm ghamel intervista one-to-one mal-Prim Ministru.
Dan kien gustifikat minkejja li f’ebda hin ma ddecieda li jiehu kummenti tal-Kap tal-Oppozizzjoni ghall-pozizzjoni responsabbli tal-PL.
L-Awtorità tax-Xandir qalet li: “Fil-kaz tal-programm imxandar fis-7 ta’ Marzu 2011, jirrizulta li l-istazzjon stieden lill-Ministru ghall-Affarijiet Barranin u lill-Ministru tal-Gustizzja u Intern u lecturer mill-Università ta’ Malta biex jiehdu sehem fil-programm. Gew inkluzi wkoll voice clips u intervisti bit-telefown ma’ numru ta’ personalitajiet ohra.
L-istazzjon stieden ukoll lis-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista u dan ma setax jaccetta l-istedina. Hija l-opinjoni tal-Awtorità li galadarba l-istazzjon, kif kien fid-dover li jaghmel, hass li mal-opinjonijiet min- naha tal-Gvern kellhom jigu inkluzi wkoll l-opinjonijiet tal-Oppozizzjoni/Partit Laburista, kellu zmien bizzejjed biex jistieden rapprezentant iehor tal-Partit Laburista, li f’dan il-kaz kien ikun aktar indikat li jigi mistieden il-Kelliem tal-Oppozizzjoni ghall-Affarijiet Barranin jew il-Kelliem tal-Oppozizzjoni ghall-Intern.
Il-fatt li l-istazzjon naqas li jestendi din l-istedina kif kien obbligat jaghmel, ikkawza zbilanc fil-programm u ghalhekk l-ilment tal-Parit Laburista fir-rigward ta’ dan il-programm kien accettat.”

| < Prev | Next > |
|---|






