Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Rieda ta’ poplu

E-mail Print PDF
Sharestefan_zrinzoIl-pajjiz gar taghna – il-Libja – wara xhur ta’ glied imdemmi u li sewa l-hajja ta’ tant persuni, lahaq il-qofol tal-process tar-Rebbiegha Gharbija. Rebbiegha li bdiet minn xrara zghira u nfirxet ma’ numru kbir ta’ pajjizi Gharab, izda li wasslet lil tant popli biex ilehhnu l-ghadab taghhom u r-rieda ghal tigdid fil-mod kif jitmexxa pajjizhom.

Il-glied li sehh fil-Libja hasad tant hajjiet, illum qed nisimghu li n-numru jizboq l-20,000 persuna. Kull hajja li tintilef ghandha titqies bhala prezz gholi u ghalhekk wiehed ma jistax ma jfakkarx b’soghba kbira dawn l-eluf ta’ persuni li mietu matul dawn ix-xhur ta’ glied qalil.

Dan il-glied wassal ukoll biex tant persuni jigu mgieghla jaharbu minn post ghall-iehor biex jaharbu mill-qilla u l-periklu. Imma dan kollu sehh ghaliex il-poplu Libjan, fil-kotra tieghu, ried li t-tmexxija ta’ Gaddafi li kienet ilha erbghin sena, tispicca.

Is-sagrificcji li ghamel dan il-poplu u li ghalihom hallas prezz gholi hafna, jehtieg li issa jrendu l-frott u dan billi ssehh ir-rieda tal-poplu fil-bini ta’ pajjiz gdid bi strutturi ta’ tmexxija godda.

Illum il-Libja huwa pajjiz li jehtieg l-ghajnuna tal-komunità internazzjonali. Ghajnuna umanitarja kbira biex dan il-poplu habib tal-poplu taghna ikun f’qaghda lil jikkura lil kull min safa vittma tal-glied u li jkollu provvisti adegwati ta’ dak kollu li huwa essenzjali ghall-ghejxien dicenti tieghu.

Hija mehtiega ghajnuna wkoll biex mill-gdid terga’ tibda tirrenja l-paci f’dan il-pajjiz li nfena b’dan il-glied qalil u biex jinstab mezz ghar-rikonciljazzjoni ta’ dan il-poplu li jehtieg li jakkwista l-istabbiltà interna filwaqt li jkollu strutturi li jaccertaw il-libertà u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Wara li l-komunità internazzjonali, permezz tal-Gnus Maghquda, interveniet biex issehh ir-rieda tal-poplu, issa jmiss li l-komunità internazzjonali biex tintervieni u tghin biex jinbnew l-istrutturi kostituzzjonali li jaccertaw li ssehh id-demokrazija f’dan il-pajjiz. Dan huwa process li ghandu jiggarantixxi li l-hajjiet li ntilfu matul dawn is-sitt xhur ta’ glied imdemmi, ma jkunux intilfu ghalxejn.

Il-process tal-izvilupp fil-bini ta’ tmexxija gdida fil-Libja huwa ta’ gid, l-ewwel ghall-poplu Libjan kif ukoll huwa ta’ gid ghall-komunità internazzjonali li qed thares ’il quddiem b’fiducja kbira li dan il-poplu u dan il-pajjiz ikun fit-triq ta’ avvanz u prosperità kbira, filwaqt li jigu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem b’qafas ta’ tmexxija demokratika.

Ghar-regjun taghna tal-Meditterran, il-kisba ta’ rizultati pozittivi f’dan il-process li jrid isehh b’success fil-Libja, huwa wkoll ta’ fejda kbira fi sforzi ghal aktar stabbiltà, kooperazzjoni u hbiberija bejn il-popli tal-pajjizi li jdawru dan il-bahar.

Filwaqt li l-ghan ewlieni tal-hidma li tehtieg li ssehh ghandha tkun il-bini ta’ dan il-pajjiz li jaccerta dinjità lil kull cittadin tieghu, il-komunità internazzjonali konvint li qed thares ’il quddiem biex tahdem fl-oqsma kummercjali, industrijali u oqsma ohra ekonomici ma’ dan il-poplu fl-ahjar interess kemm tal-poplu Libjan kif wkoll tal-komunità internazzjonali.

Bhala pajjiz gar taghna, ghandna naccertaw li l-hbiberija bejn il-poplu Libjan u l-poplu Malti tisseddaq ghall- gid taz-zewg popli. Irridu nahdmu flimkien biex mill-gdid, il-gid li jista’ jinholoq miz-zewg popli taghna flimkien, b’opportunitajiet ghaz-zewg popli fiz-zewg pajjizi taghna, jinkiseb fl-ahjar interess taz-zewg popli taghna.

Il-poplu Libjan li hallas prezz gholi biex titwettaq ir-rieda tal-kotra tal-poplu, issa jrid ikun mghammar b’dak kollu mehtieg biex jghozz u jhares din il-kisba li qieghed iwettaq. Ahna wkoll, bhala pajjiz gar, irridu nkunu fil-qrib biex nghinu halli din il-kisba tkun kisba ghal gid tal-poplu Libjan, ghall- popli tar-regjun tal-Meditterran u ghall-komunità internazzjonali.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
19C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata