Fir-rapport tal-Bank Centrali ta’ Malta dwar l-istabbilità finanzjarja ghas-sena 2010 u l-ewwel xhur tal-2011, liema rapport janalizza s-sistema finanzjarja f’Malta bl-iskop li jidentifika dghjufijiet u riskji potenzjali li jistghu jimminaw l-istabbilità tas-sistema, gie rrappurtat illi l-kondizzjonijiet tal-istabbilità finanzjarja ghall-2011 baqghu ta’ sfida.
It-tkomplija tad-dghjufija fis-settur tal-kostruzzjoni u bejgh ta’ proprjetà li tista’ tinxtered ghal setturi ohra ekonomici, tista’ zzid aktar pressjoni fuq l-ekonomija ta’ pajjizna.
Dan ir-rapport kompla johrog fid-deher li l-qaghda ekonomika ta’ pajjizna hi ferm differenti minn dik li jipprova jaghti l-Gvern Nazzjonalista.
Minkejja li l-media Nazzjonalista tipprova tqanqal ftit l-ekonomija Maltija billi bhal ma rajna dawn l-ahhar snin, tohloq stejjer sensazzjonali fuq kemm ahna sejrin tajjeb u li kollox miexi fuq ir-rubini, huwa car li setturi mill-ekonomija Maltija u Ghawdxija mhux qed jiffunzjonaw kif mixtieq, fosthom is-settur tal-proprjetà.
Il-proprjetà hawn Malta ghandha pozizzjoni kemm xejn differenti minn pajjizi ohra li nsibu fl-Ewropa. Apparti li Malta hi gzira zghira b’populazzjoni densa hafna, il-kwantità ta’ proprjetà u l-qaghda ekonomika dejjem kellhom importanza f’dan il-rigward. Hafna huma dawk li jkollhom jissieltu ghal diversi snin biex ihallsu l-piz kbir ta’ dejn li jiffaccjaw biex jixtru l-ewwel proprjetà taghhom.
Wiehed mill-ghanijiet ewlenin ta’ Gvernijiet Laburista kien li jgholli l-livell tal-ghixien tal-Maltin billi johloq skemi li bihom koppji Maltin kienu jkunu jistghu ikabbru l-familji taghhom b’dinjità fi djar xierqa bi prezz sostenibbli.
Illum il-gurnata kulhadd jaf li l-qaghda ekonomika hija wahda mwieghra. Il-mizuri ta’ awsterità li kompla jimponi l-Gvern Nazzjonalista hallew impatt negattiv fuq il-finanzi tal-familji.
F’din ix-xena, pajjizna jehtieglu politika ekonomika li taghti nifs lill-familji Maltin u mhux pizijiet akbar – imbaghad nisimghu bi trahhis minimu fil-fjuwils wara sensiela ta’ zidiet enormi fil-prezzijiet, u b’zieda ohra fil-prezz tal-gass!
Ftit tal-gimghat ohra l-Gvern Nazzjonalista se jkun qieghed jipprezenta l-bagit ghas-sena 2012. Wiehed jittama li l-Gvern Nazzjonalista jahseb fil-familji Maltin b’bagit responsabbli u gust, u li jzomm f’mohhu l-interess tal-poplu Malti u Ghawdxi kollu.
L-elettorat qieghed jittama li fil-bagit ghas-sena li gejja jithabbru mizuri li jistghu jaghtu nifs lill-ekonomija Maltija. Huwa inaccettabbli li numru ta’ weghdiet jibqghu fuq l-ixkaffa. Il-poplu Malti u Ghawdxi, bix-xieraq, qieghed jistenna li jithabbru mizuri biex jigi mrazzan l-gholi fil-prezzijiet ta’ servizzi bazici ghaliex huwa impossibbli li familji bil-paga minima u medja jibqghu jerfghu l-piz ta’ prezzijiet li ma jifilhux.
Inutli li wiehed joqghod isemmi kemm sejrin tajjeb bhala statistika, meta l-poplu qed ihossu sejjer ghall-aghar. Il-veru kriterju ta’ kemm l-ekonomija tal-pajjiz tkun sejra tajjeb jew le mhijiex biss l-istatistika, soggetta dejjem ghal interpretazzjonijiet varji, izda t-test reali hu kemm il-poplu jhossu komdu bhala kwalità tal-hajja, kemm il-poplu jkollu livell ta’ ghixien dicenti, b’kunfidenza ghall-gejjieni u mhux dejjem bil-biza’ li x-xahar li jmiss mhuwiex ser ikun kapaci jhallas il-kontijiet kollha li se jsib ma’ wiccu.
Wiehed jistenna li f’dan il-bagit il-Gvern jghid l-affarijiet kif inhuma u jkun gust ma’ kulhadd. Wiehed irid jiftakar ukoll fis-sensiela ta’ weghdi li kien ghamel il-Partit Nazzjonalista fil-kampanja elettorali li ghaddiet, fosthom ir-riformi fis-sistema fiskali, li sal-lum baqghu mhux imwettqa. Il-bzonnjiet tal-familji taghna ghandhom ikunu fuq quddiem nett tal-agenda ghall-bagit 2012.
Wasal iz-zmien li l-poplu taghna jiehu dak li huwa tieghu, u dak li gie mwieghed.

| < Prev | Next > |
|---|






