Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

It-trasport pubbliku

E-mail Print PDF
Sharebuontempo_stefanIt-Trasport Pubbliku huwa aspett importanti hafna fil-hajja ta’ kull komunità. Dan ghaliex mhux kull komunità ghandha fi hdanha nies li joffru s-servizzi kollha lir-residenti biex jghixu hajja xierqa. Barra minn hekk, kull persuna jkun jehtiegilha tohrog mil-lokalità taghha xi darba jew ohra.

Ghalhekk, kull komunità, hi liema hi u hi fejn hi, jkollha bzonn b’mod regolari is-servizz tat-trasport pubbliku li jwassal lin-nies f’lokalitajiet ohrajn skont il-htigijiet tar-residenti li jistghu jvarjaw sew fil-frekwenza kemm fil-kwalità taghhom.

Hekk, nghidu ahna, ir-residenti ta’ lokalità hi liema hi, jistghu jehtiegu li jmorru l-poliklinici, l-isptarijiet, visti ghand tobba jew xi professjonisti ohrajn, f’ufficini tal-Gvern jew ta’ xorta ohra, f’supermarkets jew fi hwienet izghar, kif ukoll ikunu jridu jmorru ghax-xoghol jaqilghu l-hobza ta’ kuljum.

 

Jien naf nisa li m’ghandhomx il-kumdità tal-karozza privata taghhom, li joqoghdu l-Gzira u b’mod regolari jmorru l-Isla biex jaghmlu d-doveri taghhom u jzuru lill-genituri anzjani taghhom, biex mhux biss iqattghu nofstanhar maghhom, imma wkoll biex jaghtuhom daqqa t’id fil-bzonnijiet li jista’ jkollhom, inkluz dawk ta’ qadjiet ghal sahhithom jew ghall-bzonnijiet ta’ kuljum. Ohrajn imorru jzuru lill-genituri tagh-hom jew lil nanniethom fl-Isptar San Vincenz.

Nies mill-Bahrija jafu jkollhom il-bzonn imorru s’ghand id-dentista taghhom, nghidu ahna, Tas-Sliema. Galadarba dawn ma jkollhomx karozza tagh-hom, ikollhom, iridu jew ma jridux, juzaw tal-linja, ghax hej, taxi tigi gholja wisq! U kollox hu gholi fil-hajja ta’ kuljum mhux lakemm wiehed jaqbad u jiehu taxi, ghax il-flus iridu jservu!

Naf familji mir-Rabat li jridu jiehdu lit-tfal taghhom biex iqattghu xi hin hdejn il-bahar fix-xhur shan tas-sajf. Dawn il-familji ma jkollhomx il-lussu ta’ dar ir-rahal u ohra hdejn il-bahar u ghalhekk arahom igebbdu lil uliedhom biex jilhqu tal-linja, mghobbijin b’basktijiet bl-ikel u bix-xorb, bix-xugamani tal-bahar, ecc.

Minn fuq, dawn imsieken, ikollhom joqoghdu jinhaslu bl-gharaq, jistennew lil tal-linja qabel ma jkollhom ic-cans li forsi qrib nofsinhar jaslu f’xatt il-bahar!

Issib nies minn kull lokalità ta’ Malta li jkollhom bzonn imorru l-Isptar Mater Dei ta' kuljum, ladarba jkollhom lil xi hadd mill-familja pazjent hemmhekk. Jigri li dawn hafna drabi jaslu hafna wara li jkun beda l-hin tal-visti, mhux ghaliex huma ma jkunux hasbu sew fil-hin, imma ghaliex tal-linja ddum biex tasal jekk mhux ukoll toqghod iddur ma' nofs Malta u tohodhom, ikun minn fejn ikun, biex jirkbu mill-Marsa; insomma tgerfix biss!

Naf zghzagh li jmorru f’lok-alità ohra li mhix il-lokalità taghhom biex jiltaqghu mal-gharusa, ohrajn biex imorru jiehdu lezzjonijiet privati jew ghal kwalunkwe interessi ohra, izda dawn, das-sajf, qeghdin ihossuhom prigunieri fil-lokalità taghhom jekk ma jkollhomx il-mezzi biex jakkwistaw karozza taghhom.

Dawk id-dilettanti tal-festi parrokkjali jew tal-attivitajiet kulturali u tradizzjonali, jafu li mhux lakemm isibu parkegg fejn ihallu l-karozzi taghhom.

Das-sajf sar wisq difficli ghal ihom biex imorru minn fejn joqoghdu huma ghal fejn ikun hemm il-festa jew l-attività in kwistjoni ghaliex tal-linja bil-hinijiet twal li qeghdin jiehdu biex irikkbu lin-nies u jwassluhom, dak li jkun jew ikollu johrog jistenna ghal tul ta’ hin lil tal-linja waqt li tkun ghadha qed tizreg ix-xemx tahraq, jew inkella jasal tard u ma jgawdix il-festa jew l-attività li jkun mar ghaliha!

Mhux kulhadd ghandu hafna hin fuq idejh u jghaddi hajtu b’idu fuq zaqqu! Il-maggoranza tal-poplu llum jghix hajja mghaggla u l-hin hu fattur imprezzabbli f’hajjithom. Imma dawn ukoll qed ikollhom bhall-hmir taz-zurbett, joqoghdu jistennew fil-bus stops b’nervi kbar fuqhom, ta’ spiss iharsu lejn l-arlogg u jonfhu bil-kbir.

U dan kollu beda jsehh mal-bidu tas-sajf meta x-xemx tahraq u tikwi u tahsel lil kulhadd bl-gharaq. Qisu li mhux bizzejjed li wiehed ihoss it-telqa li jaf igib mieghu s-sajf Malti, imma issa, biex il-bubun jaqghad sew, b’tal-Arriva kulhadd qed ikollu joqghod jitbaskat fix-xemx u jsir ghasra bl-gharaq!

It-trasport pubbliku hu bhal vina li twassal id-demm mill-qalb ghal kull rokna tal-gisem biex dan jibqa’ jiffunzjona. Hu t-trasport pubbliku li jzomm haj il-kuntatt bejn lokalità u lokalità biex jigi eliminat l-izolament sew fiziku kemm psikologiku.

Hu biss b’sistema efficjenti tat-trasport pubbliku li kull lokalità tista’ tkun attiva u b’sahhitha socjalment.

Mhux biss li l-vuci ta’ dawk li jaghmlu uzu regolari mill-karozzi tal-linja qieghda hafna drabi taqa’ fuq widnejn torox, imma wkoll donnu li hadd fil-gvern m’hu responsabbli ghal dan ir-rebus kollu; f’daqqa wahda kulhadd sparixxa jew barra minn Malta jew quddiem ix-xtajta tal-port f'Marsalforn, Ghawdex!

Ghalhekk hemm il-bzonn urgenti li l-awtoritajiet iqumu mir-raqda li qeghdin fiha, jxammru l-kmiem u jroddu lura lill-poplu Malti sistema tat-trasport pubbliku li tixraq lill-Maltin kollha, sistema efficjenti u effikaci, sistema li taqdi lil kulhadd b’mod mill-iktar uman.

Dan jista’ jsir jekk il-gvern jaghmel uzu mill-kunsilli lokali biex kulhadd ikollu l-opportunità li jsemma lehnu fl-interess socjali, ekonomiku u ambjentali ta’ pajjizna.

Dan ghaliex huma l-kunsilli lokali l-lehen tal-poplu, waqt li hu biss il-Partit Laburista li qed jaghti palata lill-poplu Malti kollu fid-diversi konferenzi stampa li qed jaghmel mar-rapprezentanti tal-poplu Malti, jigifieri mal-kunsilli lokali.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
19C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata