Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Kemm ahna sbieh min jaf jarana

E-mail Print PDF
Share

ritratt_grezzju0001Mela wara kwazi kwart ta’ seklu taht il-hakma tan-Nazzjonalisti, il-gzira t’Ghaw-dex, bejta tal-konservattivizmu, gojjell mill-iktar prezzjuz fil-kuruna tal-PN – ghax ghajn ma tinxef qatt ta’ appogg ghami ghalih – tinstab stagnata, abbandunata mill-generazzjoni zghazugha u mill-intellettwali taghha, fi stat avvanzat li ssir dar tax-xjuh u post tal-villeggjatura ghal ftit Maltin tat-tajjeb.

Bhal hafna nuqqasijiet ohra, ma tezistix statistika separata ghal Ghawdex. Il-ftit li tezisti turi li Ghawdex f’dawn l-ahhar hmistax-il sena waqa’ lura kkomparat ma’ Malta, tista’ tghid fl-oqsma kollha.

Izda ghal dawk l-isfortunati li jghixu fuq din il-gzira minsija u mitluqa, ma hemm bzonn tal-ebda statistika biex tinduna li wasalna fi stat avvanzat ta’ dekompozizzjoni.

U dan sehh minkejja l-fanfarri ta’ Ministeru ghal Ghawdex. Certament li l-politika ta’ dan il-Gvern ghal Ghawdex falliet bil-kbir. Dan jidher car minn zewg statistici ewlenin: il-Prodott Gross Domestiku ras-ghal-ras f’Ghawdex kien ta’ €10,600 fit-2009, filwaqt li dak ta’ Malta kien ta’ €14,117.

Ghawdex huwa wiehed mill-unici tlett regjuni fl-Unjoni Ewropeja li l-Purchasing Power Standard taghhom nizel fil-perijodu ta’ bejn is-sena 2000 u s-sena 2008. U ha nkun car, biex ma nohloqx iktar konfuzjoni fl-imhuh, Ghawdex huwa regjun, fuq livell Ewropew, biss bhala NUTS 3. M’huwiex direttament eligibbli ghal fondi Ewropej.

Il-Gvern Malti, fit-Trattat ta’ Adezjoni, ghamel dikjarazzjoni unilaterali li Ghawdex huwa Regjun. Imma dan ma giex accettat mill-Unjoni Ewropea. Kieku n-negozjaturi tal-Gvern insistew li Ghawdex isir regjun, kien jibbenefika direttament ghal hafna u hafna fondi Ewropej, anke sabiex ikun mghejjun jeghleb l-izvantaggi geografici tieghu frott ta’ insularità doppja u periferalità, u dan skont id-duttrina maghrufa Ewropea li kulhadd ghandu jkollu l-istess access ghas-swieq Ewropej.

Imma ghall-Partit Nazzjonalista, dan ma huwa tal-ebda importanza. L-aqwa li webblu lill-Ghawdxin jivvutaw favur l-Ewropa, bil-weghda (fiergha) li se jsiru Regjun u jfuru bil-gid. In-Nazzjonalisti jafu li l-Ghawdxin ta’ konservattivi li huma, jibqghu jappoggjawh minkejja li jit-faghhom lura. Anzi iktar ma jaghmel hekk, iktar jappoggjawh.

Forsi qieghed nesagera xi ftit, ghax l-appogg tal-Ghawdxin ghall-PN naqas f’dawn l-ahhar xhur. Imma xorta wahda is-swing kontra l-Gvern ma kinitx qawwija daqs dik ta’ Malta. Kienet 9% f’Ghawdex u 12% f’Malta.

Dan il-fenomenu jien ta’ spiss nirrifletti fuqu. U nahseb li r-raguni ghalih hija wahda semplici: inqas ma l-poplu jkun mohhu miftuh, inqas jahseb b’mohhu. Minflok, jahseb b’mohh haddiehor. F’Ghawdex ftit hemm min jahseb b’mod originali, billi l-krema ta’ nies edukati telqet lejn Malta.

Wara dan il-fjask flagranti, faqqset fazzjoni gdida minn fost in-Nazzjonalisti Ghawdxin. Fazzjoni li tikkompeti mal-Ministeru ghal Ghawdex. Din il-fazzjoni ghalkemm taghmilha tar-radikali, qatghet qalbha li xi darba Ghawdex jista’ jkun sostenibbli. Ghalhekk harget bl-idea tal-mina li tghaqqad iz-zewg gzejjer. Speci ta’ bakketta magika, li ssolvi l-problemi kollha ta’ Ghawdex f’kolp wiehed. U cjoè, ghal min ghandu ghajnejh f’wiccu, u rasu fuq ghonqu, weghda ohra, holma ohra, bhal dik tar-Regjun, li tkaxkar ghadd ta’ nies warajha.

Issa l-ideja ta’ komunikazzjoni permanenti bejn iz-zewg gzejjer mhix xi wahda gdida. Ilu li hareg biha l-Partit Laburista. U anke ricentement ufficjali gholjin tieghu regghu irriaffermawha. Izda imbierek Alla ftit taw kashom, sakemm imbaghad ikkuppjat l-idea il-fazzjoni anti-ministru tal-PN li ghadni kif semmejt.

Jien naqbel ma’ link permanenti. Kont affermajt l-idea f’nofs is-snin tmenin permezz ta’ artiklu fit-Torca. Dlonk hargu kittieba anonimi fin-Nazzjon Taghna li minflok ikkritikaw l-idea tieghi, bdew izebilhuni u jakkuzawni li ridt nghaddi z-zmien bl-Ghawdxin. Din l-idea ergajt irriaffermajtha f’dawn l-ahhar xhur, qabel ma holmu biha n-Nazzjonalisti.

Filwaqt li nemmen li jekk ikun fattibbli, ghandu jkun hemm holqa permanenti bejn il-gzejjer, ghax din taghti n-nifs lill-Ghawdex billi tghaqqdu mal-bqija ta’ Malta, u tnehhilu darb’ghal dejjem l-insularità doppja tieghu, xorta wahda Ghawdex jibqa’ periferali, jekk ma jkunx hemm ir-rieda li jigi zviluppat b’mod tajjeb, b’mod li fih jitkattar il-gid.

Inkella l-effett ta’ holqa permanenti jkollu l-effett oppost ta’ dak mahsub – f’Ghawdex ikun hemm inqas kummerc, inqas lukandi, inqas investiment barrani, inqas impjiegi ta’ kwalità.

Indipendentement mill-holqa permanenti, jinhtieg li wiehed jaghraf x’potenzjal ghandu Ghawdex, u jisfrutta sal-ahhar dan il-potenzjal. Il-Partit Laburista ghandu mhejjija progetti immaginattivi li sejrin jaghtu spinta lil Ghawdex anke fi zmien immedjat (short-term). Dawn ihabbarhom meta jkun il-waqt: igifieri, dalwaqt!

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
19C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata