Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Rajt ma rajtx, smajt ma smajtx

E-mail Print PDF
Share

M’ghandux x’jaghmel

Li gejja hija silta minn kitba ta’ xi hadd li bhal donnu m’ghandux x’jaghmel, avolja suppost li ghandu hafna x’jaghmel. Qieghed nirreferi ghas-Segretarju Parlamentari Mario Galea li dan l-ahhar kiteb artiklu ta’ xi 700 kelma dwar il-laham jinten fil-karozza tas-segretarja u dwar minn liema kumplikazzjonijiet u tribulazzjonijiet ghadda minnhom dan l-ahhar, biex dakollu nizel minn Ghawdex fejn kien ghall-vaganzi, biex jattendi ghal laqgha urgenti tal-Kabinett, fejn kienu diskussi l-ahhar zviluppi fil-Libja.

mario_galea

Kwazi, kwazi kienu jaqbillu li qabad l-Arriva u bl-ghajnuna ta’ Alla, ta’ Austin Gatt u tal-Invisible Man Manuel Delia, b’xi mod kien jasal zgur.

Veru l-kliem bhac-cirasa kif jghid hu, imma Mario Galea ghandu jkun joghxa jinhela f’patafjun ta’ dettalji tivjali u insinifikanti, flok jitfa’ mohhu ghax-xoghol. Sieheb ta’ meta kien kiteb biex jghidilna li ra lil Clyde Puli jilbes qalziet ta’ taht bid-disinn tal-qlub.

Silly season

Nhar it-Tlieta kellna cabinet urgenti. B’kumbinazzjoni jien, Jason Azzopardi u Dolores Cristina lkoll inzertajna Ghawdex. Jason cempilli u qalli li kien irranga mal-Ministru Giovanna Debono biex ninzlu minn Ghawdex ghall-cabinet maghha.

Dolores hasbet ghal rasha. Giovanna bil-pacenzja ta’ omm, l-ewwel gabret lil Jason minn Marsalforn, u wara lili mix-Xaghra. Inzilna maghha ghall-cabinet. Avzatna li wara l-cabinet kellha xi laqghat Malta u li kienet se ddum ma tirritorna Ghawdex.

Izda jien u Jason ftehimna bejnietna. Jason irranga mad-driver tieghu biex iwassalna c-Cirkewwa. Imbaghad naqbdu l-vapur. U Ghawdex irrangajt jien ma’ Andrew, il-kugin tal-mara, li nzerta Ghawdex mieghi, biex jinzel ix-xatt ghalina. U nwasslu lil Jason Marsalforn. Dolores kellu jinzel ir-ragel taghha ghaliha.

Kif spiccajna l-cabinet, ahna morna hdejn Jason. Biex kif ftehimna, naslu mieghu sac-Cirkewwa. Izda Jason qalilna biex nahsbu ghal rasna. “Ghax jien iddecidejt li mmur niekol ghand il-kunjata. Se nitla’ Ghawdex aktar tard,” kompla Jason.

Jien u Dolores bqajna nharsu lejh. “Mela l-ftehim hekk? X’affarijiet dawn,” ilmentajt jien. Sadanittant, kelli nara lil min nista’ nsib biex jigi jwassal lili u lil Dolores sac-Cirkewwa.

Kieku l-istorja waqfet hemm fiha u ma fhiex. Izda Jason gie fuqi u frisk bhal hassa qalli “Issa tinsiex xi ftehimna. Meta nasal Ghawdex se ncempillek halli tinzel ix-xatt ghalija. Biex twassalni Marsalforn.” Hekk kelli naghmel. X’hin l-Onorevoli Azzopardi hassu komdu li jirritorna Ghawdex, cempilli u ta’ tifel tajjeb li jien kelli ninzel ghalih ix-xatt u nwasslu lura Marsalforn.

Lil Rose, il-mara, b’nofs cajta ghedtilha “Jason tassew habib kbir tieghi u nirrispettah. Izda veru ma jafx jisthi”. Mhux biss fl-ahhar minuta qalilna li ma kienx se jwassalna sac-Cirkewwa, izda mbaghad bil-wicc tost kollu, kelli nerga’ ninzel ghalih ix-xatt biex inwasslu sa Marsalforn.”

Il-mara kienet pronta wegbitni “Jekk sab cuc bhalek, sewwa ghamel.”

Fejn jidhol jaqsam

0bb96846698e9b53d0aa90f7c7973e7fCerta Mariella Rapa li hija attiva hafna fil-Partit Nazzjonalista f’Ghawdex, kitbet fit-Times tal-Erbgha li ghadda biex tesprimi t-thassib taghha dwar il-fatt li l-kirurgu tal-ghajnejn Franco Mercieca qieghed ikollu jhassar l-operazzjonijiet ghax mhuwiex jirnexxilu jasal fil-hin il-Mater Dei, peress li mhuwiex qieghed jinghata priority boarding fuq il-vapur ta’ Ghawdex. Dan filwaqt li l-pazjenti Ghawdxin li jkunu sejrin ghall-operazzjoni taht idejn Franco Mercieca, fil-fatt qeghdin jithallew jaqbzu l-kju ghall-vapur.

 

Li ma stajtx nifhem però x’riedet tghid biha ezattament Mariella Rapa meta kitbet li “I would have expected Dr. Mercieca to mention that, apart from being a dedicated eye surgeon, he shall also be contesting the coming election on the Labour Party ticket. That could have put his story into a better perspective for The Times readers”.

 

Imma nghid jien x’ghandu x’jaqsam ix-xoghol ta’ kirurgu tal-ghajnejn ta’ Franco Mercieca u l-fatt li fl-elezzjoni li gejja se jikkontesta mal-PL?! Imma bhalma jghidu, fejn jidhol jaqsam u dat-tip ta’ diskors gej minn fomm Nazzjonalista gwappa minn Ghawdex, sinjal li ghandu hafna x’jaqsam il-fatt li appena thabbar li Mr. Mercieca se jkun kandidat Laburista, tnehhilu l-priority boarding. Xi haga li fl-ahhar tal-gurnata ma kienx igawdi minnha Mr. Mercieca personalment, imma proprja proprja l-pazjenti tieghu.

Min jistenna jitherra

F’nofs din il-gimgha kelli ghal-fejn immur id-Dipartiment tal-Emergenza f’hin meta kien beda diehel sew il-lejl. Fis-sala tal-istennija, minghajr ma trid tispicca tit-ghallem it-tifsira tar-‘relativizmu’ ta’ Josef Ratzinger u anki t-teorija tar-relattività ta’ Einstein.

Jekk tkun ilek perezempju tistenna ‘biss’ saghtejn jew tlieta, xorta thossok ‘iffortunat’ jekk ta’ hdejk ikun ilu jistenna erbgha, hames, sitt sighat jew aktar. Kollox huwa relattiv, l-ugigh, t-tbatija u anki l-istennija.

F’din is-sala tal-istennija eterna ssib hafna ufficjali tas-sigurtà, imma hadd minnhom jew forsi xi hadd mill-customer care li f’dan id-dipartiment ma jidhirx li jezisti, m’huwa kapaci jaghti spjegazzjoni ghas-sighat twal li tkun ilek tistenna u xi forma ta’ hjiel dwar kemm ikun fadallek tistenna aktar.

Dakinhar, mara anzjana ta’ 84 sena stembhet fil-Casualty fid-9.00 ta’ filghodu. Wara nofsinhar qalulha biex tmur tistrieh id-dar u biex terga’ tmur hemm f’xis-6.00pm. Spiccaw dahhluha gewwa ghat-trattament li kellha bzonn ghall-habta ta’ nofsillejl. Insomma, bhall-Qorti u bhall-Arriva, l-istess il-Casualty, taf meta se tidhol, imma ma tafx meta se tohrog.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
19C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata