Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-qaghda finanzjarja u l-poplu Malti

E-mail Print PDF
Sharet_287x0_anglu_2Gvernijiet nazzjonalisti, tul dawn l-ahhar snin, sfaxxaw il-qasam finanzjarju. Bieghu l-assi tal-poplu bix-xejn. Investew f’diversi progetti sabiex isostnu l-politika tal-illuzjonijiet, investiment fil-gebla u mhux fil-bniedem.

Minhabba dan l-agir, il-poplu Malti u Ghawdxi, jinsab f’pozizzjoni fejn ghandu aktar minn erba’ biljun Ewro dejn. Izda din ic-cifra mhijiex realistika. Ghad forsi nkunu nafu kemm precizament ghandna dejn, fil-bagit li gej.

B’dan id-dejn kollu, magh-mul minn dan il-Gvern tul dawn is-snin fil-poter, pajjizna u l-poplu, m’ghamilx avvanzi ‘l quddiem. Anzi, kompla tghakkes bil-politika zbaljata u anke abbuziva. Illum qed ikompli jigi mghakkes u maghsur. U dan ghaliex?

Il-Gvern Nazzjonalista, sabiex jibqa’ jirbah is-siggu tal-poter, ra li bilfors irid jaqsam dak li jista’ mal-hbieb tal-hbieb. Irid jaqsam mill-gid komuni mahluq minn sistemi maghmula sabiex bihom, il-poplu stess jerga’ jigi moqdi.

Izda dan il-Gvern, minflok uza t-taxxi taghna kif inhu xieraq billi jinvesti fiz-zghazagh taghna, fis-sahha u dak kollu li tirrikjedi, id-dritt ghax-xoghol u mhux xoghol prekarju, l-edukazzjoni ecc, investa dawn it-taxxi f’binjiet, f’salarji u perkacci esagerati lill-hbieb tal-hbieb.

Berbaq flus il-poplu f’salarju doppju lill-membri tal-kabinett Nazzjonalista b’zieda ta’ 500 ewro fil-gimgha, karozzi lussuzi, progetti bla bzonn, riforma bazwija fit-trasport pubbliku u affarijiet ohra.

X’ha minn dan kollu l-poplu Malti u Ghawdxi? F’hiex isarrafu dakollu fl-interess tal- poplu? Xejn! Kielu l-kuntratturi, kielu l-ministri u s-segretarji parlamentari, kiel il-Prim Ministru, kielu l-hbieb fl-awtoritajiet u l-poplu baqa’ b’xejn.

Hu ir-riforma tat-trasport pubbliku. X’hadu diversi residenti bir-rotot il-godda? Xejn. Anzi marru ghall-aghar. X’hadu l-pazjenti li jkollhom bzonn servizz mediku fl-Isptar Mater Dei? Xejn. Emergenza mifqugha, pazjenti li m’hemmx fejn jigu mizmuma u appuntamenti ghal follow up li jsiru ghal sena wara jew aktar.

Biz-zieda li hadu l-Prim Ministru u shabu, x’ha l-poplu Malti u Ghawdxi? Xejn. Anzi zdied u tghakkes aktar il-poplu. Il-pajjiz issallab b’aktar taxxi. Il-qghad baqa’ hemm, il-faqar dejjem jizdied u Lawrence, Austin, Tonio Fenech, Giovanna, Dolores, Chris, Joe, Tonio Borg, Mario de Marco, Mario Galea, Jason, Clyde, George u Carm, jinsabu komdi b’500 ewro fil-gimgha zieda.

Ma jinteressahomx la ma cahdux iz-zieda li hadu. Ma jinteressahomx mill-weggha li pensjonant mhux ilahhaq mall-hajja; li l-haddiem salarjat jinsab imkisser sabiex jghajjex familja; li l-mara tad-dar qed ikollha taghmel sagrifficju u li hemm genituri li lanqas qed ihallu lil uliedhom ikomplu bl-istudji taghhom minhabba l-piz finanzjarju.

Ma jisimghux kif certi kappillani qeghdin sahansitra jitolbu sabiex familji jaghtu uniformijiet tal-iskola ghax hemm min m’ghandux biex jixtri uniformi ghal uliedu.

Gadaffi u dittaturi ohra, illum nafu x’ghamlu bi flus il-poplu. Flus il-pajjiz spiccaw investimenti taghhom u ta’ certi hbieb, filwaqt li l-popli taghhom ma kellhom xejn.

Pajjizi girien Ewropej l-istess. X’ jfisser dan kollu? Il-qaghda ekonomika ta’ pajjizna, m’hijiex mera ta’ dan kollu?

Huma biss id-dittaturi li jilghabu mad-demokrazija. Huma biss dawk politikament korrotti li jibqghu jitbissmu u jibqghu fil-poter, fejn idahhlu mizuri ta’ awsterità fuq il-poplu sabiex jaghmlu biss tajjeb ghal politika qarrieqa li tkun selhet lill-poplu.

Dan il-Gvern jiccertifika lilu nnifsu ghal dawn il-kriterji kollha u l-poplu mghobbi b’dan il-piz.

Gvern Laburista ser ikun qed jassigura li bl-ebda mod dan il-piz ma jintrefa’ mill-poplu, izda jintrefa’ minn dawk politikament responsabbli.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
19C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata