Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Ma jezistix limitu ghal Lawrence Gonzi

E-mail Print PDF
Share

bonnici_owen_copy_copyJekk hemm sitwazzjoni fejn il-frazi li “ritratt jiswa daqs elf kelma” hija rilevanti hafna, dan huwa proprju illum meta tal-Partit Nazzjon-alista qed jikkritikaw lill-Partit Laburista b’dak li kienu ghamlu l-eksmexxejja tal-Partit Laburista fi zminijiet ohra mal-Libja ta’ Muammar Gaddafi.

Fl-ahhar 25 sena kellna tmexxija tal-Partit Nazzjon-alista fil-Gvern minn Lawrence Gonzi u qablu Eddie Fenech Adami. U f’dawn l-ahhar 25 sena, meta allura d-dinja kollha indunat u ikkonfermat kemm il-Kurunell Gaddafi kien dittatur li kien qed imexxi hazin lil pajjizu, kemm Eddie Fenech Adami u kemm Lawrence Gonzi marru iktar minn darba ghand Gaddafi jitghannqu mieghu u jitbissmulu.

Meta Eddie Fenech Adami u warajh Lawrence Gonzi, marru jitghannqu ma’ Gaddafi, il-Kurunell ma kienx dak iz-zaghzugh gdid li kien ghadu kemm rebah il-Libja f’idejh, imma kien persunagg li kien indara, iktar ghall-hazin milli ghat-tajjeb, mill-isfera internazzjonali.

Ma kinux biss Eddie Fen-ech Adami u Lawrence Gonzi li marru jitghannqu mieghu. Kien hemm Silvio Berlusconi u Tony Blair li qajla kien jimpurtahom li ma’ min kienu qed jittrattaw kien dittatur u kien jaghmel il-hazin - basta n-negozjanti Taljani u Inglizi u warajhom gelgul ta’ nazzjonalitajiet, kellhom swieqi godda fejn jaghmlu l-flus.

U anke Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi hekk ghamlu. Thabbew mal-Libja ta’ Gaddafi tant li anke tawh midalja u dana biex jitkattar il-business bejn Malta u l-Libja u biex il-Maltin jaghmlu l-flus mil-Libja.

Tajjeb? Hazin? Ghiduli intom. Jekk hu hazin nghidu hazin, però jekk hu tajjeb ma noqoghdux nilaghbuha tal-vergni meta hafna esponenti u negozjanti Nazzjon-alisti kellhom ferh ta’ genn biex jidhlu fil-Libja u jaghmlu l-flus u kienu javvicinaw lil kull min kellu l-kuntatti mal-Libja biex jidhlu hemm.

Tant kemm Lawrence Gonzi qieghed juri wicc b’iehor fuq din il-kwistjoni li fl-istess nifs li qed jghajjar lill-PL ghal dak li kien sar fis-sebghinijiet u t-tmeninijiet, hu se jibqa’ mnizzel fl-istorja bhala l-ahhar Prim Ministru li mar jitghannaq ma’ Gaddafi qabel ma graw l-irvellijiet fil-Libja.

Dan mhux fl-1979 jew fl-1984. Imma fi Frar li ghadda, fl-2011.

U terga’ hu kien mar jiltaqa’ ma’ Gaddafi biex jikkonvincieh halli jkabbar in-negozju bejn iz-zewg pajjizi u biex l-istess Gaddafi jattendi Malta ghas-summit tal-5+5. Probabbilment kien itih medalja ohra kif ikun hawn f’pajjizna.

Tghidli, kellu jitlaq Gaddafi? U zgur li kellu jitlaq u missu ilu li telaq. Ghandu jkun hemm demokrazija fil-Libja? U zgur li ghandu jkun hemm demokrazija, mhux fil-Libja biss imma kullimkien.

Ghamlu tajjeb in-NATO u l-Gnus Maqghuda? Dazgur li ghamlu tajjeb. Temmen li Malta taghmel sew li tghin lill-Gvern Tranzitorju Libjan? U zgur li taghmel sew.

Biss, hemm toghma qawwija ta’ ipokrezija f’dan kollu. Bhal Gaddafi hemm ghadd ta’ dittaturi ohrajn li sal-lum id-dinja kollha qed taghmel in-negozju maghhom u hadd ma hass il-bzonn li jintervjeni halli jnehhi d-dittatura u jdahhal id-demokrazija.

Hemm pajjizi ohra li ghax huma fqar thallew jitkissru fi gwerer civili ma jispiccaw qatt u hadd ma hass il-bzonn li jintervjeni halli naghtu futur ahjar lil dak il-poplu.

Forsi dan huwa l-bidu ta’ process li se jirrivoluzzjona d-dinja kif nafuha llum fejn se jkun hemm hafna inqas dittatura u hafna iktar demokrazija. J’Alla.

J’Alla l-Libja ssir pajjiz hieles, demokratiku fejn il-poplu jghix fil-haqq socjali u hbiberiji mal-pajjizi kollha. Din hi l-inqas haga li l-komunità internazzjonali tista’ tixtieq li jsir wara li ghal hafna snin ippreferiet timplimenta n-negozji u s-saltna tas-suq milli timplimenta d-demokrazija u s-saltna tad-dritt.

Sakemm nara dan il-process rivoluzzjonarju jsehh, ahfirli jekk niddarras bl-ipokrezija li juru nies bhal Lawrence Gonzi u l-klikka tieghu.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
19C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata