Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Esigenti, bniedem tas-sajf u marbut ma’ Gunju

E-mail Print PDF
Share

picture_5Il-personalità li ntervistajt illum huwa bniedem mimli talenti, fosthom huwa kompozitur professjonali. Xi whud jahsbuh stramb jew imniehru mxammar. Fil-fatt huwa konxju ta’ dan huwa stess, imma nassigurak li kull min isir jafu personalment, jinduna li dan mhux minnu. Dwar dan tkellimt ma’ MARK SPITERI LUCAS f’din l-istess intervista, u fil-fatt ser insiru nafuh aktar mill-qrib.

Mark Spiteri Lucas ghandu 34 sena. Originarjament mill-Belt, izda llum jghix mal-mara tieghu fi Gwardamangia. Ihobb isegwi l-futbol bit-timijiet favoriti tieghu huma l-Belt u Manchester United.

Il-muzika jhares lejha bhala professjoni ohra, apparti li huwa wkoll ghalliem tal-Malti. Bhala passatempi mhux wisq ghandu hin, izda jikkunsidra t-teatru bhala passatemp ghalih.

Tlabtu jiddeskrivi lilu nnifsu fi kliemu u ammetta mieghi li hija pjuttost daqsxejn domanda antipatika ghalih. Izda malajr sab il-kliemu kien jaf kif iqeghdhom: “Nikkunsidrani bhala perfezzjonist, u waqt il-hin tax-xoghol nipprova nkun serju kemm jista’ jkun possibbli, fis-sens li ma nhallatx ic-cajt mas-serjetà. Apparti dan, jien bniedem tas-sajf,” iddeskriva ruhu mieghi.

Minbarra li Mark huwa kompozitur, huwa wkoll kantant. Mieghu ddiskutejt il-prezent, u fil-fatt infurmani li llum il-gurnata jsegwi l-muzika kollha ingenerali. Infatti qed jiffoka l-aktar fuq xoghol live permezz tal-band tieghu. “Nixtieq li ghandi hafna aktar hin sabiex inkun nista’ nerga’ nibda nikkomponi ta’ spiss”.

Rabta kbira max-xahar ta’ Gunju

Ghal Mark, Gunju huwa xahar partikolari hafna ghalih. Fih kien twieled, telaq jimxi, zzewweg u dan l-ahhar hareg l-ahhar album tieghu – ‘Hajti’ proprju wkoll f’Gunju. B’hekk ma stajtx ma nistaqsihx dwar kif ihares lejn Gunju.

 

“Jiena persuna li nhobb is-sajf. Gunju jiftah l-istagun tas-sajf u mhux xi xahar kiefer hafna bis-shana qawwija, allura narah xahar ideali hafna. Kumbinazzjoni sehhew dawn l-avvenimenti sbieh fuqi, u allura aktar u aktar sirt ghandi simpatija helwa lejh,” spjegali Mark.

Minbarra li huwa kompozitur u kantant, Mark huwa attur u anke producer ta’ programm televiziv lokali. Ma stajtx ma nistaqsihx kif jirnexxilu jlahhaq ma’ dan kollu. “Dan l-ahhar naqqast hafna mir-rectar, ghal-kemm nimmisjah hafna.

Fil-fatt nixtieq li nerga’ nibda nahdem xi haga, u qatt ma neskludi xejn. Inhobb nizen l-affarijiet. Kif ghedt tajjeb inti, jien il-producer ta’ programm televiziv lokali u anke d-direttur muzikali tal-istess programm. Ovvjament jehodli hafna mill-hin, izda nipprova nqassam kollox f’hinu u f’waqtu”.

Kif konna qeghdin nitkellmu dwar il-programm, tlabt lil Mark jaqsam xi sitwazzjoni tad-dahk jew imbarazzanti li gratlu waqt li kien ghaddej live.

Ghal mument ma setax jah-seb f’xi sitwazzjoni, izda dlonk ifaqqa dahqa u ninduna li kien ftakar f’xi haga parikolari. “Sitwazzjoni mbarazzanti li gratli waqt il-programm kienet meta konna ghaddejjin b’kompetizzjoni ma’ telespettatur b’ritratt misterjuz. Gara li proprjament jiena ridt nghid il-clue, u flok il-clue ghedt ir-risposta”, irrakkontali bi tbissima Mark.

L-ewwel album tieghu – ‘Hajti’

Kif qalli Mark stess, difficli hafna ssib xi hadd mill-familja tieghu li ma jdoqqx xi strument muzikali. Mark beda fix-xena muzikali permezz ta’ huh Ivan. Maz-zmien beda javvanza, sa ma fforma l-band tieghu u anke bdew itellghu shows teatrali. Gibt id-diskors dwar l-album li ghadu kif hareg f’Gunju li ghadda – ‘Hajti’.

‘Hajti’ huwa album ta’ successi tieghu stess li jikkonsisti f’gabra ta’ 22 kanzunetta fost id-diversi li kiteb matul is-snin.

Dsatax-il silta huma bl-ilsien Malti u tlett kanzunetti bil-lingwa Ingliza, lkoll interpretati minn tahlita ta’ kantanti stabbiliti u ohrajn zghazagh.

Huwa album li zgur ghandu jinzel ghasel ma’ kull min ghandu ghal qalbu t-talent lokali u l-kanzunetta Maltija !!! “L-album ‘Hajti’ huwa rizultat ta’ fazijiet differenti li nghaddi minnhom matul dan il-vjagg”.

Qabel ma’ ltqajt ma’ Mark ghal din l-intervista, skoprejt minn persuni qrib tieghu li huwa persuna esigenti hafna. B’hekk xtaqtu jikkummenta aktar dwar dan il-fatt. “Iva veru. Jien persuna maghmul li jekk hlomt b’xi haga, trid titlesta f’qasir zmien. Mhux ser noqghod intawwal, anzi nilhaq nipprepara ghaliha sakemm tkun ghandi kompluta”, spjegali sew Mark, sabiex jurini t-tip ta’ persuna li verament hu.

Barra minn hekk, kif ghedt fil-bidu nett ta’ din l-intervista, tkellimt ma’ Mark dwar l-impressjoni li jahseb li jiehdu dwaru nies li ma jafuhx tant. Dlonk wegibni, “Stramb!!! Hafna wara li jitkellmu mieghi jghiduli kemm kont naghmlek stramb”, wegibni bi tbissima Mark.

Ma jghix minghajr mobile u internet

’Il boghod mill-muzika, ridt inkun naf jippreferix l-ajru jew il-bahar sabiex jivjagga. Fil-fatt Mark jippreferi l-ajru ghall-efficjenza li joffri. Staqsejtu wkoll jimmaginahx jghix minghajr mobile. “Qabel kont nghix minghajru, izda llum anke ghax-xoghol biss, ma tistax tghaddi minghajru. Fil-fatt il-mobile tieghi dejjem mix-ghul, anke bil-lejl u anke waqt xi holiday. Bix-xoghol tieghi jekk nitfih jew ma nirrispondihx, ser nitlef ix-xoghol!!” fissirli Mark.

Fuq l-istess nota, staqsejtu jekk jahsibx li jirnexxilu joqghod tlett ijiem bla internet. “Le ma noqghodx, u ghall-istess raguni tal-mobile, minhabba n-natura tax-xoghol tieghi. Jaf immur lura d-dar u nsib e-mail li taf tbiddilli hajti fis-sens li tkun xi opportunità unika ghalija.”

Staqsejtu jekk ghandux xi progetti godda f’mohhu wara li ghadu kif hareg l-ewwel album tieghu. “Mohhi dejjem johlom minn daqshekk. Li naf s’issa huwa li f’Jannar li gej ser intellghu spettaklu muzikali fl-Istitut Kattoliku. Inhobb nghix gurnata b’gurnata, u kif ghedt qabel, jaf inmur lura d-dar u nsib e-mail li tbiddilli l-pjanijiet kollha.”

Finalment stedintu jghaddi messagg lill-qarrejja ta’ dan il-gurnal. “Importanti li taghtu sapport lit-talent lokali, kemm dak muzikali u anke teatrali, u kull qasam tal-performing arts. Il-livell tal-Maltin oghla hafna, allura jisthoqq li jkun apprezzat”, temm jghidli Mark.

Din l-intervista saret f’The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tigne Seafront, Tas-Sliema.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
19C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata