Il-fossa ta' DaphneGhandu jkun il-villa tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia fil-Bidnija mhijiex ikkomunikata mas-sistema tad-drenagg u qiesu ghandha xi fossa li l-hin kollu tfawwar. Ghax bhal donnu kull ma johrog mill-pinna taghha u xi kultant anki minn fommha, ghandu riha ta' fossa kif wiehed seta' jikkonferma mix-xhieda li tat quddiem il-Qorti aktar kmieni din il-gimgha.
Incidentalment il-villa fil-Bidnija tas-Sinjura Galizia li hija wkoll moghnija bil-fenomenu tal-flying saucers, hija protetta mill-Pulizija tal-Istat u dan sabiex Lawrence Gonzi & Co jizguraw ruhhom li Caruana Galizia thossha libera xxerred l-odju u l-hmieg taghha minghajr xejn li jista' jtellifha.
Lou fil-loki
Fost il-hafna hmieg li din l-apologista u propagandista ta' Lawrence Gonzi u l-klikka tieghu tajret waqt ix-xhieda taghha fil-qorti, din semmiet kif waqt ikla fid-dar tal-Magistrat Consuelo Scerri Herrera, Loo irrid nghid Lou Bondi f'hin minnhom illarga minn mal-mejda u mar fil-loki, mhux biex jaqdi l-bzonnijiet tieghu imma l-bzonnijiet tas-Sinjura Daphne. Skont ix-xhieda mrewwha ta' din l-izgugina mill-Bidnija, Lou Bondi mar jifsi dwar x'intqal minn Scerri Herrera waqt l-ikel.
Nara nixtiednux sad-dar jiekol bukkun mieghi lis-Sur Bondi, biex jintasabli fil-loki jifsi ma' Daphne. Veru li l-loki qieghed ghall-bass u ghall-fiswiet, imma zgur mhux ghal dan it-tip ta' fisi.
Bhala ma jghidu, b'dan it-tip ta' hbieb madwar il-mejda, minn ghandu bzonn ghedewwa.
Talent limitat
Lawrence Gonzi jahseb li ftit hawn talent ‘il barra mic-cirku tal-elit ta' dawk iz-zewg tuzzani minn nies li isimhom b'mod jew iehor dejjem jispicca jitla' fil-wicc bhat-‘torpedos' li kien ikun hemm f'wicc il-bahar ta' Wied Ghammieq. Ma nistax nuza l-kelma bil-Malti vera u pura, ghalkemm toqghod sew f'dan il-kuntest.
Jigini f'mohhi ma nafx ghalfejn isem il-bravu David Spiteri Gingell li huwa mzejjen bid-don li jifhem f'kollox, inkluz fil-mod kif isiru l-frejjeg ghax ghamel hafna minnhom meta kien fit-tmexxija tal-Enemalta.
Imma anki minn imexxi x-xandir pubbliku f'pajjizna bhal donnu ghandu l-istess vizjoni ta' Lawrence Gonzi dwar it-talent limitat.
Ghax wara xi tmintax -il sena b'Lou Bondi jimmonopolizza x-xandir pubbliku, bilfors li hawn talent limitat fis-suq, biex issa ghal program wiehed, se jispiccaw anki jaghtuh tnejn!
Zewg boqqiet
Ma nafx fejn huma d-Dipartiment tal-Konsumatur u l-ghaqda tal-konsumatur f'dakollu. Veru li l-birra Maltija tajba daqs jew aktar mill-birra ta' barra, imma thalli toghma morra, ghax zewg boqqiet u xejn aktar.

| < Prev | Next > |
|---|






