Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Ahbar hazina

E-mail Print PDF
Share
stefan_zrinzoL-ahbar ma kienetx hazina ghall-Gvern ta' Lawrence Gonzi biss izda ghall-poplu Malti u Ghawdxi kollu. Ahbar li se tfisser pizijiet akbar ghall-poplu taghna li digà qieghed ihallas prezz gholi ghal decizjonijiet zbaljati li ttiehdu matul is-snin. Minkejja s-serjetà tas-sitwazzjoni, Lawrence Gonzi sab l-ehfef triq possibbli meta gie biex jittanta jaghmel dikarazzjoni dwar ir-rapport imhejji mill-agenzija Moody's.

Ghal Lawrence Gonzi m'hemm ebda problema interna fil-pajjiz, u fil-mod kif qed jitmexxew l-affarijiet f'pajjizna. Izda ghalih, minhabba li hemm problemi fiz-Zona Euro, il-Moody's ghazlu li jaghtu rizultat u ahbar hazina lil pajjizna.

Is-serjetà fit-tmexxija titlob ferm aktar minn hekk. Tirrikjedi li min ikun qed imexxi jaghraf li hemm diffikultà u jistqarr dak li se jbiddel biex is-sitwazzjoni attwali tibda tigi indirizzata.
Sa ftit taz-zmien ilu, r-rapport tal-Moody's kien imfisser minn Lawrence Gonzi bhala xi certifikat tat-tmexxija tieghu. Kienet tintuza l-frazi, "Malta's A1 government ratings reflect the country's high economic resiliency and its very high financial robustness."

Fl-20 t'April 2010, Lawrence Gonzi hekk fisser ir-rapport li kien hareg minn Moody's. Dan id-diskors intqal meta fiz-Zona Euro kien hemm digà diffikultajiet kbar. Issa li waslet din l-ahbar hazina ghal pajjizna, il-Prim Ministru sabha facli jwahhal fi hwejjeg lil hinn mit-tmexxija tieghu.

Wiehed jistaqsi, jekk l-ekonomija taghna kienet, skont Lawrence Gonzi sejra tajjeb meta kien hemm rating ta' A1, issa li dan ir-rating tnaqqas, bl-istess ragunar ifisser li l-ekonomija taghna qed titlef mir-rankatura li kellha. Dan Lawrence Gonzi mhux qed jghidu imma sab biss skuza kif iwahhal f'xi haga ohra.

Din l-ahbar hija hazina ghall-poplu taghna kollu ghaliex tfisser spiza akbar biex il-gvern isostni d-dejn nazzjonali bi hlas ta' imghaxijiet oghla. Tfisser li pajjizna, biex jattira l-investiment, se jkun aktar difficli u dan fi zmien meta jehtieg li jkollna investiment gdid biex naccertaw li jinholoq ix-xoghol u nkabbru l-prodott gross domestiku ta' pajjizna.

Ghaliex biex insostnu dak li ksibna matul is-snin f'pajjizna, jehtieg li l-ewwelnett naccertaw li f'pajjizna jinholoq il-gid. Ma nistghux insostnu dak li hu mehtieg ghall-poplu taghna jekk ma naccertawx li jkollna l-holqien tal-gid.
Huwa ghalhekk mehtieg li l-poplu taghna jinghata spjegazzjoni cara ghalfejn pajjizna nghata din l-ahbar hekk hazina. Mhuwiex ghaqli li ahbar bhal din tittiehed b'mod legger u minghajr vizjoni ta' fejn irridu nwasslu lil pajjizna.

L-ewwel haga li hemm bzonn hija li min qieghed imexxi jkun sincier mal-poplu u f'sitwazzjonijiet bhal dawn, aktar milli jfittex spjegazzjonijiet hfief, ifisser dak li qed jikkawza dawn id-diffikultajiet. Din l-ahbar hazina li nghata pajjizna tehtieg soluzzjonijiet godda biex tigi ndirizzata.

Ghaxar snin wara

L-ahbar malajr kienet infirxet bl-istazzjonijiet tal-ahbarijiet ixandru l-filmati tal-ajurplani imtajjra ghal gol-bini tat-Twin Towers f'attakk terroristiku minghajr precedent. Tista' tghid li dan l-attakk biddel l-istorja tad-dinja u wassal lill-Istati Uniti biex flimkien ma' alleati ohra taghha taghmel gwerra fuq ghadu li ghal zmien twil ma kienx maghruf.


Dan l-attakk wassal biex id-dinja tiehu prekawzjonijiet kbar f'dak li ghandu x'jaqsam ma' sigurtà. Attakk li jgieghlna nirriflettu dwar dak li jwassal biex it-terrorizmu nfirex u l-mezzi li jehtieg tuza l-komunità internazzjonali biex il-popli jghixu f'dinja aktar sigura.


It-tifkira li qed issehh illum, ta' dan l-attakk hekk ikrah, m'ghandhiex iservi biss bhala kommemorazzjoni ta' avveniment li ghadda, mhux biss isservi biex jigu mfakkra dawk kollha li mietu f'dan l-attakk, izda ghandha sservi bhala mezz biex id-dinja tibqa' tiftakar li l-prosperità ssehh meta l-bniedem jghix fil-paci.

This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
19C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata